Dipartiment tas-saħħa — Persuni li tilfu ħajjithom kawża tat-tipjip
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra kawża ta' tipjip?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet matul is-sena 2003 u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 362 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sodod ġewwa l-isptar San Luqa u Karen Grech illum? Kemm minn dawk okkupati jinsabu f'korsiji u/jew ġo kuriduri f'kull sala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-saħħa — Tobba fuq maternity jew parental leave
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba fuq maternity u/jew parental leave illum? Kemm minnhom huma nisa jew irġiel u xi grad għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba li qegħdin fuq Maternity Leave jew Parental Leave huma 2 u 14 rispettivament.
Il-grad ta' dawn it-tobba huma kif ġej:
Maternity Leave:
No
Grade
Gender
1
Registrar
Female
1
Senior House Officer(Scale 8)
Female
Parental Leave:
No
Grade
Gender
4
Medical Officer(Scale 8)
Female
3
Medical Officer(Scale 7)
Female
1
Registrar
Female
4
Senior House Officer(Scale 8)
Female
2
Senior Registrar
Female
Servizz Pubbliku — Impjegat fuq maternity jew parental leave
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn impjegati taċ-ċivil fuq maternity jew parental leave illum u ma liema dipartiment jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm 41 impjegat tal-Gvern li qegħdin fuq Maternity jew Parental Leave u li jaqgħu taħt iż-żewġ Ministeri tiegħi. Aktar dettalji jinsabu mehmuża f’Tabella ‘A’.
Rigward il-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Tista' il-Ministru tgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' mard mit-tobba s-sena l-oħra u tagħti breakdown ta kemm ħareġ ċertifikati kull tabib?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2003, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rċieva total ta' 258,942 ċertifikat tal-mard, li jinkludu l-ewwel ċertifikat, intermediate u final.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi protetta bl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u għalhekk tali nformazzjoni ma tistax tiġi ppublikata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu fuq ix-xogħol din is-sena impjegati tal-gvern u ma liema dipartiment jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Awtorita' dwar il-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OĦSA), ma żżommx din l-istatistika partikolari. Statistika bħal din tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jaqa' taħt Ministeru ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati mad-dipartiment tas-saħħa li tressqu quddiem bord dixxiplinari din is-sena, għaliex u xi grad għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa li tressqu quddiem Bord ta' Dixxiplina din is-sena (mill-1 ta' Jannar sa 13 ta' Mejju) kien 149.
Ir-raġunijiet għalxiex tressqu quddiem il-Bord ta' Dixxiplina kienu jvarjaw u jinkludu min kien jidħol tard għax-xogħol, min assenta ruħu mill-post tax-xogħol; min ma obdiex ordni tas-superjur tiegħu, min tnikker fuq il-post tax-xogħol u każi oħra.
GRAD
NUMRU
Tobba
13
Paramediċi
16
Nurses/Qbiela
39
Ħaddiema Ndustrijali
12
Skrivani
18
Security
10
Ħaddiema Awżiljari
41
TOTAL
149
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li tressqu quddiem bord dixxiplinari din is-sena, għaliex u ma liema dipartiment jaħdmu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat li n-numru ta' impjegati li tressqu quddiem il-bord ta' dixxiplina din is-sena huwa sitta.
Erbgħa impjegati li jaħdmu mad-direttorat tat-trasport pubbliku.
Tnejn jaħdmu mad-direttorat tal-liċenzji u ttestjar.
L-offiżi kienu:-
Ma nstabux fuq il-post tax-xogħol tagħhom;
insubordinazzjoni;
abbuż ta' sick leave.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn anzjani ġewwa d-djar residenzjali tal-gvern illum? Kemm żammewlhom flus mill-pensjoni s-sena l-oħra u kemm din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani ġewwa d-djar residenzjali tal-gvern hu ta' 595.
L-ammont ta' flus li ġew miżmuma mill-pensjoni ta' dawn l-anzjani fis-sena 2003 kien ta' Lm796,487.45, filwaqt li l-ammont għall-ewwel erba' (4) xhur ta' din is-sena hu ta' Lm296,796.42.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet pendenti mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u mal-korporazzjoni Enemalta? Kemm minn dawn huma ta' djar privati u kemm ta' negozji?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment tat-taxxi interni — Employers li waqgħu lura fil-ħlas ta' bolla
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn azjendi kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-bolla ta' l-impjegati tagħhom u jagħti breakdown ta' kemm dawn jimpjegaw ħaddiema kull wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella mehmuża.
Gradwati ta' l-Universita' — Reġistrazzjoni għax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati ta' l-Universita' li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'degree għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Marzu 2004 kien hemm 64 gradwati li kienu jirreġistraw għax-xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-degrees differenti ta' dawn il-gradwati.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Reġistrazzjoni għax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jirreġistraw għax-xogħol illum u ta liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta' Marzu 2004 kien hawn 135 persuna ta' nazzjonalita' barranija tirreġistra għax-xogħol, 128 fuq l-ewwel parti tar-reġistru u 7 fuq it-tieni parti tar-reġistru. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirreġistraw.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kawżi tas-separazzjoni llum quddiem il-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-14 ta' Mejju 2004 kien hemm 802 kawża pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li minnhom 267 huma fl-istadju tal-medjazzjoni.