Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew preskritti ċitazzjonijiet is-sena l-oħra, kemm minn dawn inħarġu mill-pulizija u kemm inħarġu mill-gwardjani lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri ta' l-armata mill-armata kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom ġie tterminat mill-Forzi Armati ta’ Malta minħabba mġieba ħażina fis-servizz jew minħabba li nstabu ħatja mill-Qorti Ċivili ta’ reat li jinvolvi kontravenzjoni ta’ xi liġi kontra drogi perikolużi jew ġew ikkundannati mill-Qorti Ċivili għal priġunerija, kien ta’ ħmistax (15), imqassma kif ġej:
1999 – 6 2002 – nil
2000 – 2 2003 – 3
2001 – 3 2004 - 1
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri tal-korp tal-pulizija mill-korp kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 9 membri li tkeċċew mill-Korp tal-Pulizija wara li kienu nstabu ħatja ta' reati kriminali, filwaqt li 5 oħra tneħħew fl-interess pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bil-mutur ġodda f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm ġew reġistrati vetturi second hand u x'tip kienu f'kull kategorija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji lill-ħabsin f'dawn l-aħħar 20 sena, għaliex ingħataw u kemm żmien ingħata f'kull kas? Se tingħata amnestija għal dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Proklami li permezz tagħhom ingħataw amnestiji lill ħabsin f'dawn l-aħħar 20 sena. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatat ebda amnestija fl-okkażjoni minnu msemmija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħabsin li gawdew minn home leave din is-sena, għaliex u għal kemm żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-leave li ġew approvati mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Mejju 2004 kien mija u ħamsa u tletin (135).
Dawn kienu maqsuma kif jidher hawn taħt:-
Month
Compassionate
Family Occasion
Special
Educational
Work
January
18
3
4
2
February
19
4
5
3
March
17
4
8
2
April
10
11
4
1
May 14th
10
9
1
Compassionate leave - vista ta' sagħtejn
Family occasion - vista ta' erba sigħat
Special - appuntamenti għal visti medikali privati, skond il-bżonn.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpanniji/azjendi parastatali
Question
Jista' il-Ministru jelenka dawk il-kumpanniji jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm hu maħsub li hemm ħaddiema żejda ġo kull kumpannija jew azjenda u xi grad għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Gazzetta tal-Gvern relatata għall-ħatra tal-Ministri.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tkun tista' tingħata biss meta jiġi konkluz - kemm il-darba jkun inbeda - "complementing exercise" f'dan ir-rigward.
Sigurta' Soċjali — Persuni li bbenefikaw minn early retirement scheme
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni li bbenefikaw minn xi forma jew oħra ta' early retirement scheme is-sena l-oħra u din is-sena? Fejn kienu jaħdmu u xi grad kellhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta Soċjali ma jipprovdix għal Skemi ta' Irtirar Kmieni, liema skemi jiġu mnegħdija mill-azjendi li magħhom ikunu jaħdmu l-impjegati li jibbenifikaw minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern għal dawk l-ex ħaddiema tad-Dockyard illi issa qegħdin jaħdmu mal-gvern jew mal-kunsilli? Dawn se jibqgħu jitħallsu mill-gvern 'il quddiem? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema? Kemm hemm mal-kunsilli u kemm hemm mal-gvern? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawk mal-gvern u ma liema dipartimenti qegħdin jaħdmu? Dawk mal-gvern u dawk mal-kunsilli se jkollhom l-istess opportunitajiet li jibqgħu fejn qegħdin? X'se jsir minn dawk illi mhux se jinżammu mill-kunsilli jekk dawn jintalbu jħallsulhom il-paga u ma jaslux?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mis-cybercrime unit tal-pulizija minn mindu din twaqqfet u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol tas-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija huwa li tipprovdi assistenza speċjalizzata fl-informatika matul l-investigazzjonijiet u mhux tiprosekwixxi quddiem il-Qorti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti s-sena l-oħra mill-iskwadra ta' l-Administrative Law Enforcement u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġet is-sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija huwa kif ġej:
Nsib32
Kaċċa204
Ġlied ta’ klieb3
Pussess ta’ speċi protetti64
Importazzjoni illegali ta’ speċi protetti9
Żamma ta’ annimali kontra l-liġi8
Kontravenzjonijiet dwar telegrafija20
Evażjoni ta’ dazju15
Kontravenzjonijiet b’dgħajjes187
Kontravenzjonijiet taħt Litter Act21
Kontravenzjonijiet taħt Environment Protection Act47
Kontravenzjonijiet tat-traffiku153
Oħrajn178
Qrati — Persuni mħarrka mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-Iskwadra ta' kontra l-Vizzji ressqet quddiem il-Qorti 133 persuna fuq diversi akkużi fosthom prostituzzjoni, bigamija, korruzzjoni ta' minorenni, logħob illegali, pornografija, stupru u attakk u resistenza fuq uffiċjali tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija is-sena l-oħra u din is-sena u minn liema pajjiż oriġinarjament kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni barranin li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija is-sena l-oħra u din is-sena huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandna ambaxxati Maltin ġo pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u fejn? Xi pjani futuri għandu l-ministeru biex jinfetħu oħrajn, meta u fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Malta għandha ambaxxata fi tlettax-il pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri
Fl-Awstrija,
il-Belġju,
id-Danimarka,
Franza,
il-Greċja,
il-Ġermanja,
l-Irlanda,
l-Italja,
l-Olanda,
r-Renju Unit,
Spanja,
l-Isvezja, u
l-Ungerija.
Il-ftuħ ta' ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħrajn isir fuq programm studjat, li jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, bħal importanza strateġika u ekonomika, fost oħrajn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew estraditi persuni minn Malta s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm-il talba ta' estradizzjoni saret, minn min u kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3722. Ninsab infurmat illi ma kienx hemm bdil mindu ngħatat din it-Tweġiba u li l-estradizzjoni indikati fl-2003 kienet lejn l-Italja.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm fizzjali fl-armata llum u x'rank għandhom? Kemm minn dawn marru f'kulleġġi militari barranin biex ħadu l-commission u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont u r-rank ta’ fizzjali li qegħdin iservu fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-11 ta’ Mejju 2004 huwa kif jidher hawn taħt:
Brigadier - 1
Kurunell - 1
Tenent Kurunell - 1
(Tabib)
Tenent Kurunell - 5
Maġġur - 23
Kaptan - 1
(Tabib)
Kaptan - 27
Logutenent - 28
Total 87
Minn dan in-numru, tmienja u sittin (68) marru f’kulleġġi militari barranin b’konnessjoni ma’ l-għoti tal-kummissjoni. Il-kummissjonijiet ittieħdu mill-Ingilterra, l-Italja, l-Istati Uniti u l-Ġermanja.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list biex issirilhom xi operazzjoni? X'inhi t-tip ta' operazzjoni f'kull kas u kemm ilhom jistennew f'kull kas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.