Legislature:
Category:
Reset
Active:

Armata — patrol boats

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm patrol boats li huma serviceable illum? Kemm ilhom ma jintużaw il-kondors u x'beħsiebu jagħmel bihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fil-preżent hemm ħames Patrol Boats li huma serviceable. Barra minn hekk l-Armata għandha wkoll żewġ laneċ ta’ tfittxija u salvataġġ (SAR launches) li huma wkoll serviceable. Żewġ Kondors m’għadhomx serviceable ; waħda minnhom qed tistenna biex tiġi mibjugħa filwaqt li l-oħra beda l-proċess biex eventwalment tiġi mibjugħa wkoll. It-tielet waħda titħaddem b’ċerta restrizzjoni. Tajjeb li wieħed isemmi li patrol boat ġdida ser tasal Malta fi żmien qrib, filwaqt li patrol boat oħra ta’ daqs akbar mistennija li tasal Malta fl-2005. (Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM) (Seduta Numru: 145)

Armata — Klandestini mitlufa fuq il-baħar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk fl-armata tnedietx inkjesta dwar dak li ġara dan l-aħħar meta l-armata waqfet it-tfittxija għal 100 klandestin mitlufa fuq il-baħar għax qalet li huma mejta meta fil-fatt instabu sitt sigħat wara mill-armata Taljana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Forzi Armati nvestigaw dak li ġara waqt it-tfittxija għal dgħajsa b’madwar 100 immigrant li eventwalment instabet fil-punent tal-gżira Taljana ta’ Lampedusa fis-16 ta’ April 2004. Mhux korrett li jingħad illi l-Forzi Armati qalu li l-klandestini “huma mejta” kif qed jallega l-Onorevoli Interpellant. Nikkonferma però li l-Forzi Armati kienu esprimew dubju serju dwar il-ħajja ta’ l-immigranti li sa dak il-ħin kienu għadhom mitlufa. Il-Forzi Armati bbażaw id-dubji tagħhom fuq l-informazzjoni li kienet daħlitilhom sa dak il-ħin u li kienu flew bir-reqqa qabel ma ddeċidew f’liema roqgħa baħar kellhom ifittxu għall-immigranti, u wara li kienu aċċertaw ruħhom li t-tfittxija ntensa kemm b’bastimenti kif ukoll b’ajruplani fir-roqgħa baħar imsemmija ma tat ebda frott. (Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM) (Seduta Numru: 145)

Armata — Bomb hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sa l-20 ta’ Mejju 2004, is-sezzjoni tal-Bomb Disposal ta’ l-Armata ġiet imsejħa darba biss fuq każ ta’ Bomb Hoax. Il-post kien fil-Qala Għawdex. (Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM) (Seduta Numru: 145)

Pulizija — Rapporti dwar imwiet traġiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u x'kien il-kawża tal-mewt f'kull kas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Kawża tal-mewt19992000200120022003 Omiċidju126850 Inċidenti tat-traffiku1415191717 Suwiċidju2321261518 Inċidenti fatali oħra1826161328

Qrati — Reati konnessi ma' serq ta' dawl u ilma

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati konnessi ma' serq ta' dawl u/jew ilma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 47 persuna dwar serq ta' dawl u 2 persuni dwar serq ta' ilma.
Leg 10 PQ #5757 Sitting 144 2004-06-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Sħubija ta' Malta fl-UE — Flus minfuqa fuq attivitajiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-gvern għal attivitajiet li ġew organizzati għal dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn intnefqu fuq billboards, mingħand min ġew mikrija u għal kemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4993. Il-Gvern ma kellu l-ebda billboard imtella'.

Qrati — Prostituti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu prostituti l-qorti din is-sena? Minn fejn allegatament sar ir-reat? Kemm kellhom eta' u ta liema sess kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 52 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni fil-Marsa u l-Gżira. Minn dawn 41 kienu nisa u 11 irġiel, filwaqt li l-iżgħar fosthom kien raġel ta' 18-il sena.

Qrati — Nassaba u kaċċaturi li ġew imħarrka

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nassaba u kaċċaturi l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ittellgħu 263 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Qrati — Tfal li ġew imħarkka

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena n-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ttellgħu quddiem il-Qorti kien ta' tmintax (18). Ir-raġunijiet għax ittellgħu kienu dwar: Droga, kemm abbuż kif ukoll traffikar Serq Inġurji magħmula fil-konfront ta' ġenituri u terzi Ġlied fl-iskejjel Ksur ta' bon ordni Grieħi ħfief Sewqan ta' karozzi

Pulizija — Każi ta' hold ups

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru hold ups din is-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 26 każ ta' hold ups. Dawn seħħew f'dawn il-lokalitajiet: Żurrieq San Ġwann San Ġiljan Paola Luqa Kirkop Mtarfa Pembroke Burmarrad Marsa Msida Għaxaq Żabbar Swieqi Qormi Ħamrun Birkirkara Kalkara Ta' Xbiex Rabat San Pawl il-Baħar

Pulizija — Rapporti dwar vetturi misruqa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew misruqa vetturi din is-sena u x'kienu? Kemm instabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 365 vettura misruqa, li minnhom 245 ġew misjuba. It-tip tal-vetturi irrapurtati misruqa kienu 56 kummerċjali, 22 tal-kiri, 251 karozzi privati u 36 mutur.

Qrati — Persuni mħarrka fuq reati konnessi ma droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma droga din is-sena, kemm kellhom eta' u ta liema sess kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti 280 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga. L-eta' tagħhom hija bejn is-16 u l-56 sena, filwaqt li 224 huma rġiel u 56 huma nisa.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin illum, x'eta' għandhom u għaliex qegħdin hemm? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irġiel? Kemm kien hemm li ntbagħtu għall-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga flok il-ħabs din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri fl-20 ta' Mejju 2004 kien ta' mitejn u tlieta u sebgħin (273). It-tagħrif dwarhom mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Membri li tressqu quddiem bord ta' dixxiplina

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li tressqu quddiem bord ta' dixxiplina din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 157 membru tal-Korp tal-Pulizija li għaddew proċeduri sommarji tad-dixxiplina skond it-Tielet Skeda ta' l-Att dwar il-Pulizija (Kap 33), filwaqt li fil-konfront ta' 2 oħra inbdew proċeduri skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Pulizija — Breathalyser tests

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests din is-sena u x'kien ir-riżultat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kien hemm 51 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol. Minn dawn, 29 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 22 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.