Legislature:
Category:
Reset
Active:

Single Unmarried Mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single unmarried mothers illum u x'eta' għandhom? F'liema bliet jew irħula joqogħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'Malta u Għawdex hawn 2,179 ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal. Peress li l-eta' tal-benefiċjarji mhix waħda mill-kriterji biex titħallas din l-Allowance id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar l-eta' ta' dawn il-benefiċjarji. Ninsab infurmata li n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal, maqsum skond il-lokalita' fejn joqogħdu, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żweġijiet biċ-Ċivil

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iżżewġu persuni biċ-ċivil din is-sena? Kemm minn dawn kienu bejn Maltin biss u kemm bejn Maltin u barranin? Ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 t’ Awissu ta’ din is-sena saru 418 il-żwieġ ċivili f’ Malta. F’ Għawdex, bejn l-1 ta’ Jannar u l-5 ta’ Ottubru, 2004, saru 34. Minn dawn 51 kienu bejn koppji Maltin u 218 bejn Maltin u barranin. Il-barranin li żżewġu ma’ Maltin kienu minn dawn il-pajjiżi:- Albania Australia Azerbaidzhan Belarus Belgium Brazil Bulgaria China Egypt England France Germany Ghana Ireland Israel Italy Jordan Kenya Korea Libya Moldova Mongolia Morocco Nepal Netherlands Nigeria Norway Palestine Philippines Poland Romania Russia Scotland Serbia Sqallija Spain Sweden Syria Taiwan Thailand Tunisia Turkey U.S.A. Ukraine Uzbekistan Yugoslavia

Tfal li tressqu qudddiem il-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena sa issa n-numru ta’ minuri taħt 18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti kien ta’ erba’ u erbgħin (44). Ir-raġunijiet għax tressqu l-Qorti kienu s-segwenti:- · Inġurji u theddid · Serq ta’ diversi oġġetti bħal CDs u DVD mill-ħwienet, mobile phones, aċċessorji tal-karozzi, karozzi u flus · Pussess u f’ xi wħud mill-każi anke traffikar tad-droga, f’ post frekwentat miż-żgħażagħ · Pussess ta’ arma tan-nar · Pussess ta’ affarijiet misruqa · Sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni u b’manjiera traskurata · Ksur ta’ buon ordni u paċi pubblika u kliem oxxen fil-pubbliku · Feriti ħfief u ħsara volontarja · Offiżi lejn il-pudur u l-morali ta’ terzi · Ġrieħi gravi per durata · Żamma ta’ senter mingħajr liċenzja

CCF — Żgħażagħ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt l-20 sena il-ħabs jew under house arrest illum? X'eta' għandhom u x'reat wettqu jew allegatament wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 persuni li għandhom anqas minn 20 sena li ngħataw liberta’ proviżżorja mill-Qorti bil-kundizzjoni li ma joħorġux mid-dar. Tlieta huma akkużati b’ reati konnessi ma’ droga u tnejn b’serq. Ninsab infurmat ukoll li fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, fil-preżent hemm tnax il-priġunier/a li l-eta’ tagħhom hija taħt l-għoxrin sena. L-informazzjoni mitluba dwar dawn hi kif ġej:- Eta’ Akkuża Sentenzjat Taħt arrest 15 Serq aggravat 19 Pussess u traffikar ta’ droga 18 Pussess u traffikar ta’ droga 19 Serq aggravat 19 Pussess u traffikar ta’ droga 19 Serq aggravat 19 Serq aggravat 18 Ksur tal-kundizzjonijiet tal- Bail 18 Omiċidju 19 Ksur tal-kundizzjonijiet tal- Bail 18 Stupru 17 Serq aggravat

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini miżmuma mill-armata bħalissa? Kemm swew is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sas-7 ta’ Ottubru 2004, in-numru totali ta’ immigranti irregulari li qegħdin jinżammu mill-Armata kien ta’ 758. Minn dawn, 478 qed jinżammu fil-Closed Centre li hemm fil-Barracks ta’ Ħal Safi filwaqt li l-kumplament, cioé 280, qed jinżammu fl-Open Centre li hemm fl-Lyster Barracks ta’ Ħal Far. Is-sena l-oħra, l-Armata nefqet is-somma ta’ Lm667,925, filwaqt li din is-sena, sa l-aħħar ta’ Settembru ġa ntefqet is-somma ta’ Lm714,215

Paceville — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru reati ġewwa Paceville u l-area ta' madwar din is-sena u x'kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ l-2004, il-Pulizija kellha rapport dwar 351 reati li jidhru li seħħew ġewwa Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta’ offiżi, offiżi fuq il-persuna, offiżi sesswali, ksur ta’ buon ordni, ħsara volontarja, frodi u serq.

Litter Act — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni din is-sena talli kisru l-litter act? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ l-2004, Il-Pulizija ressqet 26 persuna quddiem il-Qorti bi ksur ta’ l-Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206). Ir-reati prinċipaljament kienu jikkonsistu f’rimi ta’ materjal. Minn dawn sitta nstabu ħatja u weħlu multa, tlieta ġew liberati, filwaqt li l-każijiet l-oħra ghadhom pendenti quddiem il-Qorti.

VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT din is-sena u kemm kien in-numru ta' vetturi li ma nstabux roadworthy?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li din is-sena saru dawn it-testijiet hawn taħt imsemmija: Klassi II (Vetturi GVW taħt it-3500kg) Ġew ittestjati 64349, Għaddew 57964, Weħlu 6385. Klassi II (Vetturi GVW 3500kg u 'l fuq) Ġew ittestjati 8328, Għaddew 6735, Weħlu1593. Statistiċi ta' Settembru jkunu disponibbli wara il-15 t' Ottubru 2004.

Veikoli bil-Mutur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn veikoli bil-mutur fuq it-toroq din is-sena? X'tip huma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hawn taħt qed jingħataw dettalji ta' numru ta' veikoli liċenzjati bil-mutur sat-30 ta' Settembru 2004 Agricultural Tractors: 1,224 Coaches & Mini Buses: 156 Commercial Vehicles: 44,562 Chauffeur Driven Vehicles: 1,215 Mini Buses: 422 Motor Cycles: 12,714 Passenger Cars- Up to 1300cc: 98,732 1301cc to 1449cc: 22,715 1450cc to 1500cc: 22,043 1501cc to 1800cc: 27,428 1801cc to 2000cc: 26,179 2001cc and over: 6,862 Electric Cars: 13 Route Buses: 582 Self-Drive Passenger Cars: 5,903 Self-Drive Motor Cycles: 199 Taxis: 246 TOTAL 271,195

Djar — Imsida

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jitqassmu l-flats li hemm ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-appartamenti ndikati mill-Onor. Interpellant jonqoshom il-provista tas-servizz tad-dawl u l-ilma u komunikazzjoni mad-dranaġġ. Irid ukoll jogħla l-livell tat-triq ta' quddiemhom. Ix-xogħol fuq l-ilma u d-dranaġġ jiddependu mix-xogħol fuq it-triq. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' Maltija tat-Trasport irreferiet id-dokumenti tat-tender dwar it-triq lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-pubblikazzjoni.

Msida — Toqba fil-ħajt tal-Junior College

Question

Jista' il-Ministru jara li toqba li hemm ġo ħajt ġo John Borg Street, Imsida, cioe' fil-ħajt tal-Junior College, tingħalaq billi minnha qed jinżel ħafna ilma tax-xita li qed imur ġo djar tal-persuni li joqogħdu fil-madwar?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lil awtorita' kompetenti jibdew inkjesta u jieħdu l-passi meħtieġa.

Imsida Seafront — Motoċikletti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex żewġ motoċikletti, wieħed minnhom b'teddy bear fuqu u li ma jintużawx u li qed jokkupaw spazju ta' karozza, ma tneħħewx la mill-pulizija u lanqas mill-gwardjani lokali meta ilhom ipparkjati hekk ġo Ta' Xbiex Seafront, Imsida, għal aktar minn sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi ż-żewġ muturi msemmija mill-Onor. Interpellant huma liċenzjati skond il-liġi sabiex jintużaw fit-triq.

Kunsilli Lokali — Deficit Finanzjarju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli li spiċċaw is-sena finanzjarja b'deficit is-sena l-oħra? Liema huma u kemm kien id-deficit?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li spiċċaw is-sena finanzjarja 2003 – 2004 b’deficit fil-working capital tagħhom kienu sebgħa. Dawn kienu: Kunsill Deficit Birgu Lm 6, 727 Rabat (Għawdex) Lm 12, 605 Għasri Lm 1, 518 Pembroke Lm 5, 416 San Pawl il-Baħar Lm 10, 761 Swieqi Lm 14, 342 Xewkija Lm 2, 254

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, nqatagħlha r-relief għal sitt xhur meta din ma rċeviet xejn mill-ETC bil-posta u meta l-ETC qed tgħid li l-persuna msemmija irrifjutat xi lezzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatagħtilha is-somma ta' Lm800 mir-relief u dan meta dejjem ingħata relief ta' persuna single minkejja li kellu t-tifel tiegħu jgħix miegħu? Dan qed tinqatagħlu l-pensjoni minħabba li t-tifel tiegħu ħadem ftit part-time u qalgħa Lm800 s-sena l-oħra.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

VAT — Ħlasijiet żejda fuq income tax u refunds fuq VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti f'arretrati lura lit-taxpayer għall-ħlasijiet żejda ta' l-income tax u għar-refunds fuq il-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.