Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jagħmel pubbliku l-pjanijiet li għandu dwar il-qasam tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar ir-riforma neċessarja fil-qasam tas-Saħħa. Meta dawn jiġu finaliżżati hu ntenzjonat li toħroġ white paper dwar din ir-riforma.

Enemalta/WSC — Qtugħ fis-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni u/jew azjendi li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u/jew ilma għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-ewwel t'Awwissu sal-11 t'Ottubru 2004 in-numru ta' persuni u/jew ażjendi li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl kien ta' 571 fil-waqt li ta' l-ilma kien ta' 96.

Persuni li rrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta' sport

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni rrappreżentawx lil Malta f'xi sport ta' l-isparar f'dawn l-aħħar 11-il sena meta dawn ma kellhomx il-permess tal-pulizija to use and/or to keep a fire arm for sporting purposes? Jekk iva, kemm kellhom eta', fejn ħadu sehem u għaliex qed jintbagħtu atleti barra jirrappreżentaw lill-pajjiżna meta dawn kienu qed jiksru l-liġi? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk din il-prattika hijiex se titkompla għad-detriment ta' dawk kollha li josservaw il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx tagħrif dwar persuni li jirrapreżentaw lil Malta f'xi sport ta' l-isparar jew xi sport ieħor. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub ma jistax jinkiseb, pero' jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina d-dettalji tal-persuni li qiegħed jirreferi għalihom, inkun nista' nitlob dan it-tagħrif.
Leg 10 PQ #7761 Sitting 178 2004-10-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żjarat f'mużewijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm żaru persuni lid-diversi mużewijiet din is-sena u jagħti breakdown ta' dawk li żaru d-diversi mużewijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #7762 Sitting 178 2004-10-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Serq minn mużewijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet mid-diversi mużewijiet li hawn f'dawn l-aħħar ħames snin, x'insteraq u x'instab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fis-sena 2000 insterqet statwa żgħira ta' anġlu, magħmula mill-irħam mill-Mużew ta' l-Arti u li din għada ma nstabitx. Fl-2001 insteraq kwadru tal-Granmastru De Rohan, xogħol Giuseppe Grech mill-Mużew ta' l-Arti. Dan għadu ma nstabx. Fit-22 ta' Mejju 2003 fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar minn waħda mis-swali ta' l-Armerija (Palace Armoury) insteraq 16th century steel lance head. Dan ġie rappurtat lill-pulizija u saru investigazzjonijiet. Dan ma ġiex irritornat. Fit-18 ta' Mejju 2004 il-moon rock insterqet mill-Mużew ta' l-Istorja Naturali (Palazzo Vilhena). Dan ġie rappurtat lill-pulizija u saru investigazzjonijiet. Dan ma ġiex irritornat. F'Ġunju - Lulju 2004 insterqet Airforce World War II Bicycle Headlamp li għandha ftit valur storiku, u kienet imlaqtha minn diversi spare parts. Sar rapport lill-pulizija. Din ma ġietx lura.

Pulizija — Persuni li tilfu ħajjiethom traġikament

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament din is-sena? X'eta' kellhom, ta' liema sess kienu u x'kienet il-kawża tal-mewt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej: Kawża tal-mewt Irġiel Nisa Total ta’ vittmi Omiċidju 2 4 6 Inċidenti tat-traffiku 9 1 10 Suwiċidju 15 9 24 Inċidenti fatali oħra 12 6 18

Sptar San Luqa — Persuni li ddaħħlu fl-emerġenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar (emerġenza) minħabba teħid ta' droga u/jew alkoħol wara u waqt li saru parties lejliet l-Għid il-Kbir, lejliet Santa Marija u lejliet it-8 ta' Settembru u l-indipendenza? X'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

Pulizija — Għassa waqt parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija għassa ġol-postijiet fejn saru parties din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 331 membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu assenjati xogħol f'xi ħin matul din is-sena ma' postijiet ta' divertiment, inkluż parties.

Qrati — Reati konnessi ma' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' droga? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004, il-Pulizija akkuħat quddiem il-Qorti 501 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga, li minnhom 57 kienu ta' nazzjonalita' barranija.

Ċentru Detox

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tad-Detox din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-saħħa — Persuni li ħadu d-drogi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-casualty jew ġo ċentri tas-saħħa minħabba tehid eċċessiv ta' droga, pilloli jew alkoħol din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li jidħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza tal-Isptar San Luqa u li jkunu konfermati li huma każijiet ta teħid eċċessiv ta' pilloli/droga jiġu ammessi għal kura fis-swali ta' l-isptar. Matul l-2004 sa l-20 ta' Ottubru daħlu 102 irġiel u 118 nisa.L-etajiet ivarjaw minn 15 sa 70 sena. Matul is-sena 2004, il-persuni li daħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għal teħid eċċessiv t'alcoħol u li ħtiġilhom kura fis-swali ta' l-Isptar San Luqa kienu 18 ħames (5) nisa u tlettax (13) -il raġel u dan sal-20 t'Ottubru 2004. L-etajiet varjaw minn 17 sa 84 sena. L-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx.

Sptar San Luqa — Persuna li daħlu kawża ta' attentat ta' suwiċidju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba attentat ta' suwiċidju din is-sena? X'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

School girl's mother unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet jattendu l-ischool girl's mother unit illum u kemm hawn tfal tqal li mhux qed jattendu skola llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 42 tfajliet jattendu għall-Programm ta' tliet darbiet fil-ġimgħa. 24 jattendu għall-Counselling u 30 jattendu l-Mother and Baby Support Group. Informat ukoll li hemm 15 tfajliet tqal b'kollox li m'humiex jattendu l-iskola.

Pulizija — Każi ta' kollużjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba li weġġgħu wara kollużjonijiet? Kemm weġġgħu wara li ħabtu ma' karozza oħra u kemm wara li s-sewwieq tilef il-kontroll?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena? X'tip kienu u ta' liema nazzjonalita'?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Bejn Jannar 2004 u l-11 ta' Ottubru 2004, daħlu 69 vapur militari li ġew mill-Bulgarija, Danimarka, l-Federazzjoni Russa, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ingilterra, Istati Uniti, Italja, Kanada, Marokk, Portugal, Rumanija, Spanja, Svezja u Turkija. It-tip ta' dawn il-vapuri kienu varji fosthom Destroyers, Frigates, Auxiliaries, Amphibious, Cruisers, Mine Sweepers, Mine Hunters, Corvette, Submarines, Patrol Boats, Tug Boats, Aircraft Carriers, Training Ships, Replenishment Vessels u oħrajn.