Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna Soċjali — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? Kemm huma single, miżżewġa u kemm hemm tfal jgħixu ġo dawn il-familji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna Soċjali — Single Parents

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ħareġ flus f'għajnuna soċjali l-gvern għal single parents kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tad-diżimpjieg din is-sena u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa' Settembru 2004 inqatgħu 1,040 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-1,040 persuna, 265 persuna nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 518 persuna irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 257 persuna irrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw illum għax-xogħol u li qatt ma ħadmu? Kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru u li qatt ma ħadmu kien 912. - 458 kienu ilhom jirreġistraw taħt l-20 ġimgħa - 188 kienu ilhom jirreġistraw minn 20 sa 52 ġimgħa - 266 kienu ilhom jirreġistraw minn 53 ġimgħa u 'l fuq.

Servizz Pubbliku — Studenti Universitarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni gradwati mill-universita' li qed jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom? Fejn qed jaħdmu? X'degree universitarju għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 312-il persuna fil-General Service li għandhom degree universitarja. Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi hemm ukoll 175 persuna fi gradi dipartimentali, professjonali jew b’kuntratt li għandhom degree universitarja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-impjegati. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni oħra dwar persuni li m’humiex fil- General Service li jaqgħu taħt ministeri oħrajn, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

ETC — Impjieg bla Permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Settembru 2004 kien hemm 1006 persuni li nqabdu jaħdmu bla ma kienu reġistrati ma' l-ETC. Minn dawn 48 kienu barranin. Informat ukoll li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika dwar it-tip ta' xogħol li kienu qed jagħmlu.

Saħħa — Nurses Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu Malta llum? Minn liema pajjiż huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika dwar infermiera barranin kollha li jaħdmu f'Malta. Dettalji ta' infermiera u qwiebel barranin li jaħdmu mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' fi Sptarijiet jew Kliniċi pubbliċi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa — Tobba Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu Malta llum? Minn fejn huma u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Divżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika tat-tobba barranin kollha li jaħdmu f'Malta. Id-dettalji tat-tobba barranin li jaħdmu mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Paramediċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn paramediċi jaħdmu mal-gvern illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu f'kull kategorija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni tirrigwardja biss dawk il-paramediċi li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa li b'kollox jammontaw għal 773. Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' ma jżommx statistika dwar paramediċi oħra li jistgħu jkun qegħdin jaħdmu mal-Gvern fi ħdan Ministeri oħra..

Anzjani vittma ta' Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' reat din is-sena? X'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5752, ninsab infurmat illi bejn Ġunju u Ottubru ta' l-2004 ġew irrapurtati lill-Pulizija 32 każ ta' feriti fuq il-persuna ta' anzjan, uħud minnhom riżultat ta' vjolenza domestika.

Persuni taħt Sentenza ta' Ħabs Sospiża

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li llum qegħdin taħt sentenza ta' ħabs sospiża? X'inhu r-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li qegħdin taħt sentenza ta' ħabs sospiża huwa ta' 717. L-akkużi rispettivi u t-total ta' numru ta' kull akkuża huma kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta nies il-ħabs din is-sena? X'kien ir-reat li tiegħu nstabu ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-14 ta’ Ottubru 2004, ingħataw mitejn u erba u erbgħin (244) sentenza karċeraraja. Dawn kienu mifruxa bejn mitejn u sbatax (217) –il persuna. Ir-reati li għalihom ġew kundannati dawn il-persuni kienu kif turi t-tabella segwenti:- Aċċetta oġġetti misruqa 2 Ħrib minn post ta’ kustodja 1 Serq 50 Attentat omiċidju/omiċidju 10 Ksur tar-regolamenti ta’ l-immigrazzjoni 6 Naqsu li jħallsu multa 60 Ħsarat volontarji 10 Disprezz lejn il-Qorti 5 Inċendju volontarju 1 Reati konnessi ma’ drogi 39 Ġrieħi ta’ natura gravi 2 Theddid 3 Ksur/kundizzjonijiet tal- bail 3 Ġurament falz 2 Tibdil ta’ multa f’ħabs 12 Frodi/Falsifikazzjoni 6 Naqsu li jmantnu lill- mara tagħhom 18 Ħasil ta’ flus 1 Pussess ta’ oġġetti pprojbiti 1 Ksur tal-paċi pubbliku 1 Pussess ta’ passaport falz 1 Evażjoni ta’ dazju 1 Feriti ħfief 2 Stupru ta’ minorenni 2 Logħob tal-azzard 2 Traffiku 2 Prostituzzjoni 1

Armi tan-Nar — Liċenzji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati llum? Kemm minn dawn ġew liċenzjati din is-sena? X'tip kienu? Jista' jagħti breakdown ta' x'tip ta' armi hawn reġistrati?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 7681 u Nru. 7682.

Għeluq ta' Ħwienet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għalqu ħwienet jew stabilimenti oħra din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerilu biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Qrati — Żgħażagħ imressqa fuq reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena f'postijiet ta' divertiment? Kemm tressqu persuni l-qorti fuq dan ir-reat? X'weħlu f'kull każ din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena instabu 78 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment. B'konsegwenza ta' dan il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 17-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti, liema każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ħlief għal tnejn li ngħataw twiddiba.

Xtajtiet tal-Baħar — Bini Illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar il-bini llegali li hemm ħdejn ix-xtajtiet tal-baħar, bħal per eżempju l-Armier?

Response (BORG, TONIO)

Din hija problema li ilha s-snin. Fil-każ tal-istrutturi fl-Armier - fejn hemm l-iktar konċentrazzjoni il-Gvern fl-2000 waqqa' diversi strutturi mibnija wara l-1992 u oħrajn twaqqgħu mis-sidien. Fit-tieni lok, saru diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tas-Sidien dwar possibilita' li jaqgħu l-istrutturi mibnija qabel l-1992, u jinbnew strutturi ġodda skond il-permessi basta dawn ma jinbnewx fuq art raba' saqwi jew fejn illum hemm stabbilimenti kummerċjali u/jew entitajiet pubbliċi.

Servizz Pubbliku — Impjegati - Performance Bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu flus f'performance bonuses impjegati tal-gvern is-sena l-oħra, dipartiment b'dipartiment? Kemm gawdew impjegati f'kull dipartiment u x'kien il-grad tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li għas-sena 2003 tqassmu total ta’ Lm221,423 bħala Performance Bonuses lil dawk l-impjegati tal-Gvern li qegħdin fuq Performance Contract f’kategorija ‘A’ tas-Servizz inklużi dawk fil-Korp tal-Pulizija u ta’ l-Armata. Dawn il-Performance Bonuses tqassmu fuq kriterji stabbiliti u a bażi ta’ riżultati ottenuti mill-uffiċjali.

OPM — Advisors

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu advisors illum u kemm jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-dekasteru tiegħi hemm tliet Advisors, tnejn fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u waħda fil-Ministeru tal-Finanzi, li kollha jaħdmu fuq bażi part-time, jiġifieri 20 siegħa fil-ġimgħa, 10 siegħat fil-ġimgħa u 30 siegħa fil-ġimgħa rispettivament. Dawn jitħallsu kif ġej:- Lm4,219 fis-sena u Lm940 allowances Lm1,500 fis-sena Lm6,600 fis-sena

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet din is-sena mill-gwardjani lokali u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu tas-sena sa l-aħħar ta’ Awissu 2004, il-Gwardjani Lokali taw 202,369 ċitazzjoni. Qiegħed nindika fit-tabella t’hawn taħt ir-raġuni għall-ħruġ ta' dawn il-kontravvenzjonijiet kif ukoll in-numru maħruġa. Total Deskrizzjoni tal-Kontravvenzjoni 25,399 Liċenza mhux imwaħħla kif suppost fuq il-vettura/mal- windscreen 18,275 Kontravvenzjoni tal-marki tal-kareġġjata ( No stopping – Double Yellow Line ) 10,129 Ipparkjar f’distanza sa 5 metri mill-kantuniera 9,503 Xufier mhux liebes iċ-ċintorin tas-sigurta’ 8,883 Ipparkjar f’area riservata mingħajr permess 8,251 Kontravvenzjoni ta’ Sinjal tat-Traffiku ( No entry from this side ) 7,169 Kontravvenzjoni ta’ Sinjal tat-Traffiku ( No parking ) 6,777 Ipparkjar fuq il-bankina 107,933 Kontravvenzjonjiet varji (ez. Xufier liebes il- headphones jew apparat ieħor simili, li jtellef is-smiegħ jew li jista’ jtellfu mis-smiegħ; sewqan ta’ vettura ttowjata mingħajr dawl xieraq; sewqan mingħajr l-attenzjoni xierqa jew mingħajr ma jitteħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’ junctions ; sewqan bi ħsejjes eċċessivi ( ineffective silencer ); duħħan eċċessiv mill- exhaust pipe ; naqas li jagħmel sinjali tat-trafiku kif indikat mill-Kunsill Lokali fl-applikazzjoni għall-permess.