Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra minħabba vjolenza domestika? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 367 persuna (111 nisa u 256 irġiel) fuq akkużi li jistgħu b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jew jelenka lista ta' oġġetti mkissra jew vandalizzati mill-immigranti klandestini f'ċentri miżmuma mill-armata s-sena l-oħra u ta' qabel? Kemm swiet din il-ħsara biex tiġi rranġata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ispiża ta’ l-oġġetti mkissra jew vandalizzati mill-immigranti irregolari tul l-2003 kienet ta’ Lm853 filwaqt li fl-2004 kienet tlaħħaq Lm1,080.
L-oġġetti mkissra jew vandalizzati kienu jikkonsistu f’showers, toilets, u toilet seats, flushings, wash hand basins, aċċessorji tad-dawl u ta’ l-ilma, fan regulators, ħġieġ, tea/water urns, saħansitra l-fence li jdawwar il-post ta’ detenzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni s-sena l-oħra, fejn, ta' liema sess kienu u x'eta' kellhom? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 73 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 251 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Marsa, Valletta, Floriana u San Pawl il-Baħar. Minn dawn 60 kienu nisa u 13 irġiel u l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn it-18 u l-65 sena. Kollha kienu Maltin ħlief għal waħda.
Qrati — Persuni akkużi fuq każi ta' prostituzzjoni
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħaddmu persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni u x'weħlu f'kull każ individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 13-il persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħaddmu persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni. Minn dawn 8 każi ġew deċiżi u s-sentenzi mogħtija kienu jinkludu ħabs, multa, sentenza ta' ħabs sospiża u probation.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu bla permess is-sena l-oħra? Kemm minn dawn irriżultaw li kienu immigranti klandestini miżmuma mill-awtoritajiet Maltin?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10366, fejn ingħatat din l-informazzjoni dwar ħaddiema barranin li nstabu jaħdmu mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ is-sena l-oħra. Mhux magħruf kemm minn dawn irriżultaw li kienu immigranti klandestini, għaliex meta l-korporazzjoni ssib xi ħaddiema barranin jaħdmu bla permess tax-xogħol, tgħaddi l-każ f'idejn il-Pulizija ta' Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għal over speeding is-sena l-oħra? Kemm inqabdu mill-ispeed cameras, kemm mill-gwardjani lokali u kemm mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 1,029 persuna li nbdew proċeduri kontrihom quddiem il-Qorti mill-Pulizija fuq sewqan eċċessiv, li minnhom kien hemm 739 bl-speed cameras.
Infurmat ukoll li fis-sena 2004 tressqu 1,946 persuna għal overspeeding permezz ta' l-speed cameras, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Gwardjani Lokali.
L-informazzjoni l-oħra għar-rigward ta' kemm tressqu persuni b'overspeeding mill-Gwardjani Lokali mhux permezz ta' speed cameras għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issirx tfittxija fuq l-immigranti klandestini ġaladarba jidħlu Malta? Jekk iva, kemm instabu flus kontanti u f'xi forma oħra bħal, credit cards, eċċ., u passaporti fuq immigranti maqbuda s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti klandestini li għandhom permess jaħdmu llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li immigranti klandestini ma jingħatawx permess biex jaħdmu Malta. Huma biss dawk li jingħataw Refugee Status u persuni li jgawdu minn Temporary Humanitarian Protection li jistgħu jaħdmu hawnhekk.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu klandestini jaħdmu mingħajr permess waqt li kienu jinżammu f'xi open centre miżmuma mill-armata s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jidhirx li kien hemm każijiet kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum, għaliex qegħdin hemm u jagħti breakdown tar-reati u ta' l-etajiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-21 ta' Frar 2005 il-Ħabs ta' Kordin kien hemm mitejn u seba' u tmenin (287) priġunier. Minn dawn hemm tnejn u sebgħin (72) li huma taħt arrest preventiv u mitejn u ħmistax (215) issentenzjati. Ir-reati li għalihom ġew misjuba ħatja jew qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv kif ukoll l-eta' tagħhom huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-klandestini li waqgħu taħt il-kustodja ta' l-armata kienu jbatu minn mard infettiv meta waslu Malta? X'kien it-tip ta' mard?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul is-sena 2004 ġew irrapurtati ħames każi ta ' klandestini li kienu jbagħtu b'mard infettiv. Peress li n-numri huma żgħar u allura jistgħu jiġu identifikati mhux ser tingħata aktar informazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il vettura tal-pulizija kienet involuta f'xi kolliżjoni s-sena l-oħra u kemm nefqu l-pulizija biex ġiet irranġata l-ħsara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b'żieda mat-tagħrif li jien tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7803, matul is-sena l-oħra kien hemm 16-il vettura oħra tal-Pulizija involuta f'inċident tat-traffiku, li 11-il każ minnhom irriżulta li t-tort ma kienx tal-Pulizija. It-total tat-tiswija tal-5 vetturi l-oħra kien jammonta għal Lm1,084.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet l-armata fuq il-klandestini s-sena l-oħra u kif u fuqxiex intnefqu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena 2004 l-Armata nefqet is-somma ta’ Lm1,014,691 in konnessjoni ma’ l-immigranti irregolari. Dawn intefqu kif ġej:
Ammont
1.
Pagi f’għases
474,258
2.
Pagi ta’ suldati mpjegati fil-kċejjen
200,350
3.
Pagi ta’ xufiera – twassil ta’ immigranti fil-
Health Centres
tal-Gvern u sptarijiet
29,310
4.
Pagi f’amministrazzjoni ġenerali
73,183
5.
Ikel
128,409
6.
Affarijiet tat-tindif (bħal dawk użati fit-tindif ta’ kċejjen, akkomodazzjoni u iġjene personali)
15,481
7.
Spejjeż Varji¹
41,654
8.
Manutenzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-immigranti irregolari
41,098
9.
Ilma u elettriku
7,303
10.
Trasport – Konsum ta’
fuel
u żjut
2,928
11.
Fuel
ieħor bħal ċilindri tal-
gas
għat-tisjir
684
12.
Medikazzjoni
33
Total
Lm1,014,691
¹ Dawn intefqu fi fridges, sodod ‘double tier’, camp beds, tined (tip Marquee), saqqijiet, servizzi ta’ l-iskip u ta’ tindif tal-fosos (mhux inklużi fit-tabella t’hawn fuq), boroż taż-żibel, tindif u manutenzjoni ta’ mobile toilets, u xi ftit rations oħra li jingħataw lis-suldati waqt li dawn ikunu stand-by waqt xi rewwixta mill-immigranti irregolari.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ntbagħtu l-ħabs is-sena l-oħra u għaliex f'kull każ individwali, għal kemm żmien u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 in-numru ta' dokumenti biex persuna tinżamm il-ħabs maħruġa mill-Qrati ta' Malta kien ta' sitt mija u tlieta u sittin (663). Dawn kienu maqsumin fi tlett mija u ħamsa u tletin sentenza (335) u tlett mija u tmienja u għoxrin (328) ordni biex jinżammu taħt arrest preventiv.
It-tagħrif dwar ir-reati li nstabu ħatja dwarhom u l-pieni li ngħataw hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq reati konnessi mad-droga? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija ressqet 569 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi relatati ma' droga. Il-każijiet ta' 164 minn dawn ġew deċiżi, filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti. Is-sentenzi mogħtija kienu jinkludu ħabs, multa, sentenza ta' ħabs sospiża u probation.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal-liċenzja tal-kaċċa kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li applikaw għall-liċenzja tal-kaċċa f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:-
SenaNumru
20001,042
2001830
2002993
2003673
2004591