Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra s-sena l-oħra? X'tip kienu u ta' liema nazzjonalita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' vapuri militari li daħlu Malta matul is-sena 2004 kien ta' 78. Lista tan-nazzjonalita' kif ukoll x'tip ta' vapuri kienu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ta' separazzjoni ġodda kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet ġodda ta' separazzjoni li ġew ippreżentati kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
Malta
133
111
192
165
154
Għawdex
10
9
8
4
7
Total
143
120
200
169
161
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni jattendu s-servizzi tad-Detox illum? Kemm attendew is-sena l-oħra? Kemm minn dawn kellhom anqas minn 16-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement in-numru ta' persuni li jirċievu s-servizz miċ-Ċentru Detox hu ta' 801. In-numru totali ta' dawk li attendew iċ-Ċentru matul l-2004 kien ta' 1,047.
Ninsab infurmata wkoll li ħadd minn dawn il-persuni ma kellu anqas minn 16-il sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mogħija ċittadinanza Maltija persuni s-sena l-oħra u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija matul l-2004 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew kanċellati operazzjonijiet din is-sena minħabba over crowding fl-isptarijiet? X'tip ta' operazzjonijiet kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba l-foward planning li kien sar ftit kienu dawk il-pazjenti li l-operazzjoni ma kienitx saret fil-ġurnata prevista.
Wieħed ħa ħsieb illi waqt dan il-perjodu pazjenti illi huma elective u kien ser ikollhom bżonn jużaw is-swali normali ma jitqegħdux fuq it-theatre list. Dawk il-pazjenti li kienu fuq din il-lista u ma saritx l-operazzjoni (kienu ftit) ser ikollhom data mogħtija lilhom minnufih malli l-overcrowding jispiċċa u s-swali tal-kirurġija li kienu mittieħda jerġgħu jiġu lura lid-dipartiment tal-kirurġija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 425 persuna anzjana, ċioe' ta' l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali u jvarjaw minn omiċidju volontarju sa kontravenzjonijiet.
Pulizija — Persuni convicted of a criminal offence
Question
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence is-sena l-oħra? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-offiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 4,867 persuna li nstabet ħatja quddiem il-Qorti ta' xi reat kriminali. Dan ma jinkludix reati li huma depinalizzati. 2,905 instabu ħatja fuq delitti (crimes) u 1,962 kontravenzjonijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija ressqet 475 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati llum u x'tip huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu armi antiki, artistiċi, u partijiet ta' kollezzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi liċenzjati llum u x'eta' għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar tas-sena 2004 kien hemm 12,071 liċenzja għall-kaċċa minn fuq l-art, 510 liċenzja għall-kaċċa fuq il-baħar u 837 liċenzja għall-kaċċa tal-fenek, filwaqt li sal-preżent ġew renovati 6,949, 303 u 604 rispettivament.
Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika ta' l-etajiet tal-kaċċaturi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom permess jaħdmu llum u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta bħalissa huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq akkużi sesswali s-sena l-oħra u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew imressqa mill-Pulizija quddiem il-Qorti 34 persuna fuq akkużi sesswali li jinkludu stupru, korruzzjoni ta' minorenni, atti immorali fil-pubbliku u attakk vjolenti għal pudur.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena 2004 inqatgħu 1492 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-1492 persuna, 335 persuna inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 791 persuna rrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 366 persuna rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' imwiet traġiċi s-sena l-oħra u x'kienet il-kawża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar imwiet traġiċi matul l-2004 huwa kif ġej:
Kawża tal-mewtNumru
Omiċidju7
Inċidenti tat-traffiku14
Suwiċidju25
Inċidenti fatali oħra24
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi rappurtati lill-pulzija ta' stupri jew allegat stupri s-sena l-oħra u f'liema lokalita' sar l-allegat abbuż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrapurtati lill-Pulizija 14 każi ta’ stupru jew allegat stupru f’dawn il-lokalitajiet:
BirkirkaraMarsascalaSan Pawl il-Baħar
BirżebbugiaMġarrSliema
GħaxaqSan ĠiljanŻebbuġ
Ħamrun