Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-entitajiet li ġew "ikkonsultati" mill-pulizija biex ħareġ il-permess tar-rave party li sar ġewwa Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju li għadda, u fejn kien hemm każ serju ta' overdose ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-entitajiet li taw l-approvazzjoni tagħhom għall-attivita' imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, qabel ma' l-Pulizija ħarġet il-permess kienu: l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta; l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u d-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar fil-lejl tal-5/6 ta' Ġunju b'overdose ta' droga jew xorb li ttieħed waqt li l-vittmi kienu ġewwa rave party?
Response (DEGUARA, LOUIS)
NInsab infurmat li kien hemm żewġ (2) pazjenti li ttieħdu l-Isptar San Luqa minħabba xorb eċċessiv. L-Isptar m'għandux informazzjoni jekk dawn kienux ir-rave party jew le.
Ma kien hemm ħadd li ttieħed l-Isptar minħabba overdose ta' droga f'dak il-lejl.
Tista' il-Ministru tgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' mard is-sena l-oħra u mingħajr ma tagħti ismijiet ta' tobba tgħid jew tagħti breakdown ta' kemm ħarġu ċertifikati kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 11813.
Immigrazzjoni illegali — Għajnuna finanzjarja mill-UE lil Malta
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ngħatatx xi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immigrazzjoni llegali u jekk iva, kemm?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12777, nixtieq inżid li Malta ibbenefikat ukoll minn proġett ieħor taħt pre-accession funds mill-Unjoni Ewropeja li kienu jammontaw għal 1.3 miljun euros. Permezz ta' dan il-programm inxtara apparat sofistikat użat mill-Pulizija għall-identifikazzjoni ta' dokumenti foloz kif ukoll apparat użat in konnessjoni ma' l-immigrazzjoni irregolari. Sar ukoll taħriġ intensiv, fosthom minn esperti Ingliżi u Spanjoli, lil numru ta' uffiċjali li huma involuti f'dan is-settur.
Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hijiex se taqleb għall-privat jew permezz ta' bejgħ jew permezz tal-management?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma hemm l-ebda pjan fis-sens li qed jgħid l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx revision of pay fuq il-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tinforma lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm trid tkun il-pensjoni tagħha biex tkun intitolata għall-SKA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jara li l-arblu tad-dawl temporanju li hemm ġewwa Triq it-Torri, l-Imsida jitneħħa billi issa x-xogħol ta' bini li kien qed isir tlesta u dan l-arblu qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti billi qiegħed fuq il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arblu msemmi mhux responsabilta' tal-Enemalta iżda tal-Maltacom.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex intitolata għal relief meta din m'għandhiex biex tgħix u żewġha nqata' mill-ewwel parti tar-reġistru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jinvestiga applikazzjoni għal reserved parking - ref number 724 - li ġiet rifjutata għaliex "il-problema ta' mobilita' mhijiex severa" meta l-persuna li qed tapplika ma timxix aktar minn ftit passi u tqatta' ħafna ħin fis-sodda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikant ma ngħatax reserved parking għall-persuni b'diżabilita' mill-Bord għax skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, in-nuqqas ta' mobilita' mhux severa.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-reserved parking tal-persuna b'diżabilita' li isimha qed jintbagħat separatament, u li ma timxix fit-tul, ġiet rifjutata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikatn ma ngħatax reserved parking għall-persuni b'diżabilita' mill-Bord għax skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, in-nuqqas ta' mobilita' mhux severa.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu wara r-rapport ta' l-awditur fuq l-ikel u l-istat tal-kċina fir-residenza San Vincenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment qed jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex permezz ta' programm ta' xogħol, jirratifika n-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-Ispettorat tas-Saħħa u dan invista wkoll tal-proċess biex fil-futur is-servizz tal-catering ġewwa San Vinċenz jiġi out-sourced lill-privat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi din is-sena? X'kien il-kaġun u kemm kellhom żmien il-vittmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, l-imwiet traġiċi rrapurati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt:
Kawża tal-mewtNumru ta’ persuniEta’
Omiċidju120
Inċidenti tat-traffiku52; 66; 29; 21; 77
Suwiċidju1060; 53; 95; 61; 69; 44; 47; 43; 40; 51
Inċidenti fatali oħra1053; 41; 50; 46; 40; 79; 32; 49; 22; 63
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati li saru rapes u attakki sesswali din is-sena u fejn? Kemm mill-vittmi kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ma ġie rapportat ebda każ ta' stupru dis-sena. Il-Pulizija iżda kellha 15-il rapport dwar każi ta’ attakki sesswali, f’dawn il-lokalitajiet:
Dingli
Marsascala
San Ġiljan
Gżira
Mosta
Sliema
Ħamrun
Naxxar
Żabbar
B’kollox dawn ir-rapporti kienu jinvolvu 16-il persuna (vittma), li minnhom 9 kienu Maltin u 7 kienu barranin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux jikkonsidra li klieb ta' ċertu daqs għandhom jibdew jintlibsu sarima meta jkunu barra ma' sidhom? Jekk iva, x'tip ta' klieb se jkollhom jilbsuha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi diġa' hemm provvedimenti fir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Klieb, li jekk persuna tkun taf jew tissuspetta li l-kelb li jkun taħt il-kontroll tagħha huwa temperamentali jew perikoluż jew jista' jweġġa' lil xi persuna, dik il-persuna għandha tara li l-kelb jintlibes sarima f'kull ħin f'kull post pubbliku. L-istess Regolamenti jipprovdu wkoll li ebda persuna li jkollha xi kelb taħt il-kontroll tagħha ma għandha tħalli li dak il-kelb jiġġerra u meta dak il-kelb jittieħed f'xi triq, għandu jinżamm b'ċinga, ħlief meta kelb jintuża għall-kaċċa, f'dak iż-żmien u f'dak il-post fejn il-kaċċa tkun permessa.