Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-informazzjoni li ta għal domanda parlamentari ma kenitx korretta għax intqal li fir-rave party li kellu jsir fil-5 ta' Ġunju fil-Paradise Bay, parti biss mill-bajja se tintuża, meta fil-fatt intużat il-bajja kollha u ħadd ħlief dawk li kienu sejrin għall-party ma tħalla jidħol? Jista' jgħid jekk il-fatt li t-triq ingħalqet minn fejn hemm il-lukanda paradise bay, sarx bil-permess jew b'abbuż? Jista' jispjega d-diskrepanza bejn ir-risposta mogħtija għal dik il-mistoqsija u dak li ġara fir-realta' u x'passi se jieħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapporti minn xi persuna jew persuni li ilmentaw li ma setgħux jinżlu fil-bajja u sa fejn huwa magħruf u jista' jiġi konstatat, kienet użata dik il-parti tal-bajja fejn kien hemm il-permess. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ħasset il-ħtieġa li tingħalaq it-triq minħabba s-sigurta' għal massa ta' nies li attendiet għal din l-attivita'.
Infurmat ukoll illi l-permess li ngħata mid-Dipartiment tal-Artijiet biex issir attivita' f'Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju 2005, ma kienx biex isir 'Rave Party', imma biex isir 'Free Lido Festival'. Il-permess kien suġġett għal kundizzjoni li l-bajja tibqa' aċċessibli u miftuħa għall-pubbliku u li l-applikant jottjeni il-permessi kollha meħtieġa.
Id-Dipartiment tal-Artijiet ma irċieva l-ebda ilment mill-pubbliku li xi ħadd inżamm milli jmur jgħum meta saret din l-attivita'.
Floriana — Licensing & testing dept. - post quddiem Bieb A
Question
Billi post quddiem Bieb A fejn jitħallsu l-liċenzji tal-karozzi qed jintuża għal karozzi ta' l-impjegati ta' l-awtorita', jikkonsidra l-Ministru li in vista tal-fatt li qed ikun hemm queues kbar, dan il-post jista' jintuża jew għall-ħlas tal-liċenzji jew għal skop pubbliku ieħor?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li Hall A, fejn jitħallsu l-liċenzji tal-karozzi għandha żewġ bibien. Wieħed jinsab f’kantuniera u għaldaqstant hemm “double yellow line” u quddiem l-ieħor hemm barrieri u indikazzjoni li ma tistax tipparkja. Għaldaqstant f’din l-area llum ħadt ma’ jista’ jipparkja.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infumat li l-impjegati ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport jipparkjaw f’ “Parking Bays” li jistgħu jintużaw ukoll mill-pubbliku ġenerali.
Paceville — Persuni li nqabdu jpejpu kontra l-liġi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu f'Paceville kontra l-liġi sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 81 persuna li nqabdu jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa projbit ġewwa Paceville.
Billi persuni akkużati b'white slave trafficking ġew mogħtija sentenza ta' twiddiba u anke multa żgħira, jaqbel il-Viċi Prim Ministru li dawn huma insult lejn kull min josserva l-liġi u x'se jagħmel biex jieqfu dan it-tip ta' sentenzi?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma hux responsabbli għall-għoti ta' pieni mill-ġudikanti. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-White Paper "Lejn Ġustizzja Eħfef u Aħjar" tipproponi tibdil fil-liġi dwar dan is-suġġett, iżda fl-aħħar mill-aħħar, jkunu l-Qrati li, fl-awtonomija u indipendenza tagħhom, jiddeċiedu x'piena japplikaw.
Bis-saħħa ta' emenda fil-Kodiċi Proċedura Ċivili - opposta mill-Oppożizzjoni - hu possibli li f'ċerti każijiet l-Avukat Ġenerali jappella dwar piena li tkun ħafifa wisq għar-reat konness. Din l-emenda daħlet fis-seħħ fl-2002.
Billi fil-budget speeches li għaddew il-ministru qal illi parti mil-isptar Mater Dei kien se jkun bi ħlas għal persuni barranin u anke Maltin, jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux se jsir u jekk le, x'wassal biex dan il-pjan jieqaf?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda bidla fil-politika tal-Ministeru dwar sodod li jkunu bi ħlas għal persuni barranin jew Maltin. Din il-politika tiġi mwettqa biss jekk ikun żgurat li dan isir mingħajr detriment għall-kura li tingħata liċ-ċittadini Maltin.
Pulizija — Rapporti dwar attakki fuq persuni minn klieb
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' attakki fuq persuni minn klieb din is-sena? Kemm minn dawn kienu minn klieb marbuta u f'idejn sidhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena il-Pulizija kellha seba' (7) rapporti dwar attakki fuq persuni minn klieb, li f'każ wieħed il-kelb kien fuq iċ-ċinga.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni: a) bl-AIDS illum? b) HIV positive illum? c) Hepatitis B positive illum? d) Hepatitis C positive illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex wieħed jkun jaf kemm hawn persuni li qegħdin ibatu minn dan il-mard iridu jsiru studji seroloġiċi. L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika tirreferi għal dawk il-persuni li jiġu notifikati lill-istess Dipartiment skond il-Public Health Act. Skond l-aħħar statistika l-każijiet notifikati huma kif ġej:
Marda
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
AIDS
2*
-
-
-
-
HIV
-
-
-
-
1**
Hepatite B akuta
1
-
4
-
-
Hepatite C akuta
1
2
1
-
1
* In-numru jindika persuni li huma mejta.
** In-numru jindika persuni barranin li kienu morda qabel ġew Malta.
Jikkonsidra l-Ministru li meta mediċina tkun out of stock id-dipartiment għandu jgħin finanzjarjament lil dawk il-persuni li huma intitolati għall-mediċina b'xejn billi ħafna drabi ma jkunux jaffordjaw jixtruha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant huwa nnotat.
Stabilimenti li għandhom permess ikollhom żeffiena professjonali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn stabilimenti li għandhom permess li jkollhom żeffiena professjonali impjegati magħhom illum u kemm hawn żeffiena professjonali llum? Kemm minn dawn huma Maltin? Minn fejn huma l-oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Dwar in-numru ta’ Maltin li jistgħu jkunu qed jaħdmu bħala żeffiena fi stabbilimenti lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ barranin - raġel u mara - li għandhom permess biex jaħdmu bħala żeffiena.
Skond id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-
Expatriates
, normalment isiru talbiet biex barranin jaħdmu Malta bħala żeffiena fi żmien speċifiku (bħal fil-Milied, fl-Ewwel tas-Sena u fl-Għid) u għal perjodu limitat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru rave parties din is-sena u kemm daħlu nies b'overdose l-isptar wara dawn l-attivitajiet? Kemm hawn permessi pendenti? Kemm parties oħra diġa' għandhom il-permess approvat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s'issa, matul din is-sena, il-Pulizija ħarġet 11-il permess għal disco, ballu, party jew xi attivita' oħra simili li diġa' saru, filwaqt li hemm permess ieħor għal attivita' li għad trid issir. Applikazzjonijiet pendenti mal-Pulizija m'hemmx. Infurmat ukoll li l-Pulizija kellha rapport ta' każ wieħed, fejn persuna ddaħlet l-isptar b'suspett ta' overdose waqt li kienet f'party.
Ċittadini Maltin jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-UE
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm Maltin jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea illum u fejn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Mejju 2005 b'kollox kien hemm 114 Maltin li huma impjegati ma' 1-istituzzjonijiet ta' 1-Unjoni Ewropea, u dawn huma mqassmin hekk:
Kunsill 18
Kummissjoni 47
Parlament 24
Qorti tal-Ġustizzja - 20
Qorti ta' l-Awdituri - 05
Dawn il-figuri ma jinkludux id-deputati Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll l-uffiċjali li ġew innominati mill-Gvern Malti.