Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet — Suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji jew attentati ta' suwiċidji ġo sptarijiet kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-Isptar San Luqa ma tinżammx statistika dwar suwiċidji u attentati suwiċidji minn pazjenti rikoverati f'dak l-isptar. Fl-Isptar Boffa ma kien hemm ebda suwiċidju jew attentat ta' suwiċidju fost pazjenti rikoverati fl-aħħar ħames snin. Fl-Isptar Monte Karmeli kien hemm suwiċidju wieħed bejn l-2001 u l-2005 u 48 attentat ta' suwiċidju imqassma hekk: 2001 6 2002 13 2003 9 2004 16 2005 4

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ġurijiet pendenti llum u x'inhu l-allegat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 25 ġuri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali. L'akkużi huma s-segwenti: Attentat ta' omiċidju 5 Omiċidju 4 Sekwestu ta' persuna/ħarba mill-ħabs 1 Droga - importazzjoni, pussess u traffikar 11 Serq/pussess ta' arma 1 Korruzzjoni ta' minorenni 1 Uffiċjali pubbliċi li rċevew xi rigali jew vantaġġi 2

Licensing & Testing Dept. — Door A

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post quddiem Bieb A fejn jitħallsu l-liċenzji tal-karozzi u li issa qed jintuża bħala garage, jistax isir użu aħjar minnu biex il-pubbliku jinqeda aħjar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-garage imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jintuża bħala store ta' l-Awtorita' wara li ġew żvojtati stores li kienu lokati f'postijiet oħra. Issa qed jintużaw mill-Awtorita' b'riżultat ta' frankar ta' flus.

Debt servicing

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-debt servicing illum u kemm kien kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Postijiet ta' divertiment — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 17-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wara li kienu nstabu 37 persuna taħt is-sittax-il sena fl-istabbilimenti tagħhom.

Eco-tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li fuqhom trid titħallas eco-tax? Kemm ġabar il-gvern fuq kull kategorija din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' alkaħol/sigaretti lil minorenni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq bejgħ ta' alkaħol jew sigaretti lil minorenni din is-sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, kien hemm żewġ sidien ta' stabbilimenti li nqabdu mill-Pulizija li biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-eta'. Il-każ tagħhom għadu pendenti. Dwar bejgħ ta' sigaretti ma kien hemm ebda każ.

EU — Kaċċa u Nsib

Question

Billi l-Ministru qed jgħid illi l-Gvern Malti interpreta ħażin ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib, jista' il-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari se jittieħdu għal dan l-iżball li se jaffettwa delizju ta' eluf ta' nies u li jimbarazza l-gvern li kien qal li kollox se jibqa' l-istess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif għidt fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 14399, id-differenza ta’ interpretazzjoni kienet fl-interpretazzjoni legali u mhux fis-sinifikat tagħha.

Qrati — prostituti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu prostituti l-qorti din is-sena? Kemm instabu ħatja, x'weħlu individwalment f'kull kas u kemm minnhom ittellgħu l-qorti fuq l-istess reat u għal kemm-il darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 69 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 264 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. 26 każ ġie deċiż u l-pieni mogħtija kienu każ sentenza sospiża, ħamsa probation, tmienja multa u tnax twiddib. Kien hemm ukoll tlett kazi li kienu dikjarati estiniti peress li l-akkużat miet, 10 każi fejn l-akkużati kienu liberati, filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti.

Pandemic flu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tiġi l-pandemic flu il-gvern hux se jagħlaq skejjel, postijiet tax-xogħol, postijiet ta' divertiment, knejjes, ħwienet, jew postijiet fejn jinġabru n-nies? Jekk iva, fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk tiġi l-pandemic flu, il-miżuri meħtieġa biex tiġi ikkontrollata jiġu bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' dak il-ħin. Ma jistax jiġi eskluż li jittieħdu xi miżuri li ġew imsemmija fil-mistoqsija.

Qrati — Persuni mħarrka fuq littering

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq littering u x'weħlu f'kull kas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 40 persuna bi ksur tal-Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206). Erba` ġew immultati, wieħed ġie mogħti twissija w amonizzjoni, tnejn ġew liberati, filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti.

Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens u mill-pulizija din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ingħataw 31,221 ċitazzjoni mill-Pulizija dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Għal dak li jikkonċerna l-għoti ta' ċitazzjonijiet mill-wardens, ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tiġi informata mid-dipartiment jekk għaddietx bord jew le? (Ta' l-invalidita')

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar il-każ tagħha.

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm kien hawn impjegati fiċ-ċivil illi s-sena li għaddiet kellhom dħul akbar mis-somma dovuta lill-President tar-Repubblika? F'liema dipartiment kienu, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u xi grad kellhom? Kemm ġew imqabbda advisors, konsulenti u esperti biex jgħinu s-servizz pubbliku fl-istess żmien li matul is-sena li għaddiet kellhom dħul akbar minn tal-President tar-Repubblika? Min kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm disa’ (9) impjegati mas-Servizz Pubbliku li kellhom id-dħul tagħhom għal dik is-sena akbar mis-somma dovuta lill-President tar-Repubblika. Dawn jidhru fit-tabella hawn taħt: DIPARTIMENT GRAD Civil Aviation Airworthiness Surveyor Civil Aviation Flight Operations Inspector Law Courts Chief Justice Gozo General Hospital Medical Officer St. Luke’s Hospital Senior Registrar Anaesthesia St. Luke’s Hospital Card Surgeon St. Luke’s Hospital Senior Registrar St. Luke’s Hospital Senior House Officer St. Luke’s Hospital Consultant Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub għad-dekasteru tiegħi jista’ jinkiseb mit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10588. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq aktar tagħrif dwar ministeri oħra, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Kaċċa fir-rebbiegħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se tinqata' il-kaċċa tar-rebbiegħa jew jekk hux kollox se jibqa' kif inhu llum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kaċċa f’Malta hija bbażata minn dejjem fuq dak li kien nnegozjat u maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tal- kaċċa fir-rebbiegħa dan ifisser li Malta se tapplika għal deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva ta’ l-Ghasafar biex il-kaċċa tibqa’ fir-rebbiegħa fuq il-gamiem u s-summien. Il-gammiem u s-summien huma meqjusa bħala tajr ta’ kaċċa tradizzjonali f’Malta. Il-Gvern hu determinat li jibqa’ jsostni dak li kien maqbul, u fl-istess waqt qed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-kaċċa tibqa ssir b’mod sostenibbli u b’hekk tibqa’ pprattikata f’Malta.