Legislature:
Category:
Reset
Active:

Klandestini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk instabux xi satellite phones u xi flus kontanti jew credit cards fuq klandestini li ġew Malta din is-sena? Jekk iva, kemm f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ħadd mill-immigranti irregolari li waslu Malta din is-sena ma kellu xi satellite phone jew credit cards, filwaqt li l-flus li nstabu kienu jikkonsistu f'77,117 dollaru Amerikan u 36,200 Euros.

Klandestini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux figuri fuq kemm mill-klandestini li ġew Malta din is-sena huma political refugees jew economic refugees?

Response (BORG, TONIO)

Skond il-Liġi dwar ir-Refuġjati, refuġjat ifisser min, minħabba f'biża' msejsa fuq ir-realta' li jista' jiġi persegwitat għal raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalita', sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew fehma politika, ikun jinsab barra minn pajjiżu. Il-persuni li jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati jridu jkunu jissodisfaw il-kriterji ta' din id-definizzjoni. L'hekk imsejħin "economic refugees" ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni. Ninsab infurmat illi fis-sena 2005, f'Malta s'issa, kien hemm 25 persuna li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati skond il-Liġi dwar ir-Refuġjati.

Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu klandestini kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm hemm illum miżmuma mill-armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda tinsab għand il-Pulizija, u peress ukoll li minn Awissu ’l hawn iċ-Ċentri kollha ta’ Detenzjoni magħrufa bħala “Closed Centres”, inklużi dawk fl-Armata, bdew jiġu amministrati minn Uffiċjal għoli maħtur mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

AFM — Suldati li korrew fuq ix-xogħol

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu suldati din is-sena waqt il-qadi ta' dmirijiethom konness ma' xogħol fuq klandestini? Xi ġralhom kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li din is-sena, sat-30 ta’ Settembru 2005, weġġgħu tmien suldati waqt xogħol konness ma’ immigranti irregolari, kif jidher hawn taħt: Wieħed sofra ġrieħi fuq siequ x-xellugija b’daqqiet ta’ ġebel Wieħed sofra ġrieħi fuq il-polz tax-xellug Wieħed sofra ġrieħi fuq idu l-leminija Tnejn sofrew ġrieħi ħfief f’diversi partijiet tal-ġisem permezz ta’ ġebel Wieħed sofra ġrieħi f’rasu b’daqqiet ta’ ġebel Wieħed sofra ġrieħi fl-għaksa x-xellugija fi ġlieda bejn żewġ immigranti Wieħed sofra grif u tbenġil f’għonqu

Debt servicing

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-debt servicing illum u kemm kien kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-imgħaxxijiet fuq dejn lokali u barrani mill-1995 hu skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eco-tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li fuqhom trid titħallas eco-tax? Kemm ġabar il-gvern fuq kull kategorija din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti kollha li jattiraw EKO-Kontribuzzjoni huma kif elenkati f’Avviż Legali 312 ta’ l-2005. L-EKO-Kontribuzzjoni miġbura skond id-dikjarazzjoni fid-denunzji għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2005 u sottomessi sal-15 t’Awissu 2005 hija kif indikata fit-tabella mehmuża.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni rikjesta mhux qiegħda għad-dispożizzjoni tar-Reġistratur tal-Qrati Kriminali. Qiegħed isir sforz biex l-informazzjoni mitluba tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew sentenzjati nies il-ħabs din is-sena, għalkemm u għaliex? Kemm ingħataw probations u għaliex? Kemm ingħataw sentenzi sospiżi u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar persuni sentenzjati l-ħabs, dawk li ngħataw probation u dawk li ngħataw sentenza sospiża matul din is-sena, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ ta' residence permit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li l-file reference tagħha qed jintbagħat separatament, tingħata residence permit jew extension tal-visa biex din tiżżewweġ ċittadin Malti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-referenza tal-file mogħtija mill-Onorevoli Interpellant ma tikkorespondix għal xi file ta' l-immigrazzjoni. Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji tal-persuna kkonċernata sabiex inkun nista' nitlob it-tagħrif meħtieġ.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jelenka t-toroq li se jiġu rranġati wara Novembru, 2005? Liema huma dawk li qed jiġu rranġati bħalissa u liema tlestew fl-aħħar ħames snin? Liema huma t-toroq li ġew irranġati bi flus mill-protokoll Taljan u kemm swew? Liema huma t-toroq li ġew irranġati bi flus mill-UE u kemm swew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Pulizija — Każi ta' suwiċidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm saru overdosages fl-istess żmien? Kemm saru attentati ta' suwiċidju jew calls for help fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998. Minn dik is-sena sa’ l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena il-każi ta’ suwiċidju, attentat ta’ suwiċidju u overdose irrapurtati lill-Pulizija huwa kif jidher hawn taħt: 19981999200020012002200320042005* Suwiċidju1123212615182514 Attentat suwiċidju171263016302720 Overdose**156149217241244229245146 * Sat-30 ta’ Settembru. ** Dawn il-figuri minbarra overdoses ta' droga illegali, jinkludu ukoll overdoses minn mediċinali li joħorġu b'riċetta.

Sptar San Luqa — Persuni b'overdose

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar b'overdose ta' droga u alkoħol din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li -l-persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa b'Overdose bejn Jannar u Settembru 2005 kien kif jidhru hawn taħt. Dawn ikopru każijiet ta' overdose b'mediċini legali kif ukoll sustanzi illegali. Ma tinżamm l-ebda statistika dwar persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba alkoħol. Eta' Rġiel Nisa Taħt 15-il sena 4 (4.8%) 3 (2.9%) 15-29 sena 38 (45.8%) 30 (28.6%) 30-44 sena 29 (34.9%) 36 (34.3%) 45-59 sena 7 (8.4%) 23 (21.9%) 'l fuq 60 sena 5 (6.0%) 13 (12.4%) Total 83 105

Bajja tal-Mistra

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir bini ta' vilel/appartamenti ġo xi area f'radius ta' 2 mili mill-bajja tal-Mistra, biċ-ċentru ta' dawn iż-żewġ mili jkunu n-nases tal-ħut li hemm fil-bokka ta' din il-bajja? Jekk iva, x'se jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

F’radius ta’ żewġ mili mill-bajja tal-Mistra jinqabad kull żvilupp fill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u Wardija. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jkun iżjed speċifiku.

Dipartiment tas-Saħħa — Mediċina Tamiflu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se titqassam il-mediċina Tamiflu mill-gvern kemm-il darba persuni jkollhom bżonnha? X'inhi l-proċedura li se jkollhom isegwu t-tobba privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, peress li t-tqassim tal-mediċini jkun f'kuntest ta' pandemija u din ma tkunx sitwazzjoni normali, il-mediċini Tamiflu se titqassam b'xejn lil kull min jiġi ddikjarat minn tobba li għandu bżonn il-mediċina.

Parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru parties f'postijiet mhux soltu liċenzjati din is-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s'issa, matul din is-sena il-Pulizija ħarġet 18-il permess għall-disco, ballu, party jew xi attivita' oħra simili. Dawn kienu f'dawn il-lokalitajiet:- Belt Nadur Qormi Wied il-Għajn Gudja B'Bugia Paradise Bay St Andrews Baħar iċ-Ċagħaq Mellieħa Rabat Marsa Għajnsielem Qawra

CCF — priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum, għaliex u kemm ilhom hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-popolazzjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-4 ta' Ottubru 2005, kienet ta' mitejn u ħamsa u disgħin (295). Dawn qegħdin fil-Faċilita' biex jew jiskontaw sentenza jew taħt arrest preventiv. Bejnithom kollha dawn ġew akkużati jew instabu ħatja ta' ħames mija u għoxrin (520) akkuża. L-akkużi huma kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ilhom miżmuma l-ħabs dawn il-persuni.

Impjiegi — Persuni ta' nazzjonalita' barranin jaħdmu bil-permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu bil-permess illum u minn liema pajjiż huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' barranin li kellhom permess validu sabiex jaħdmu f'Malta fl-ewwel t'Ottubru 2005, kien ta' 2,751. Tagħrif dwar iċ-ċittadinanza tgħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet — Pazjenti rikoverati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-isptar kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u minn liema sptar ħarbu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-Isptarijiet Boffa u San Luqa ma tinżammx statistika li ħarbu mill-isptar. Ta' min jgħid li f'dawn l-isptarijiet, il-pazjenti ma jinżammux kontra r-rieda tagħhom, sakemm ma jkunx taħt arrest jew sorveljanza tal-pulizija. Kien hemm 53 pazjent li ħarbu mill-Isptar Monte Karmeli bejn l-2001 u l-2005 mqassmin hekk: 2001 9 2002 20 2003 9 2004 13 2005 sa Settembru 2 Il-maġġoranza tal-pazjenti ħarbu mill-ġonna u mhux mis-swali ta' l-Isptar Monte Karmeli.