Legislature:
Category:
Reset
Active:

Single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers with children of unknown father fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta’ single mothers li preżentement qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali hu 1,755. Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar single mothers bit-tfal li missierhom ma jkunx magħruf.

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet tas-servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħarraf lill-Kamra għadx hemm każi ta' arretrati ta' kontribuzzjonijiet għas-servizzi soċjali miġbura mill-ħaddiema u mhux mgħoddija lill-gvern? Jekk fl-affermattiv, kemm hu t-total dovut lill-gvern u kemm arretrati jridu jinġabru għal kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7661 f'Seduta 175.

Offerti ta' amnestiji mill-gvern — Dikjarazzjoni ta' assi

Question

Minn meta Malta saret Indipendenti, kemm-il darba saret offerta ta amnestija mill-gvern lil ċittadini li ma kienux iddikjaraw l-assi tagħhom barra l-pajjiż u allura ma ħallsux taxxa fuq id-dħul? X'kienu t-termini ta' kull offerta li saret mill-gvern u f'liema sena? Kemm kien l-ammont totali ta' assi li ġew dikjarati u bdew jikkonformaw mal-liġi, kull meta saret offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi jidher li, mill-Indipendenza ‘l hawn, ngħataw tliet opportunitajiet, taħt l-iskemi ta’ reġistrazzjoni dwar l-investimenti, sabiex il-pubbliku jirreġistra assi mhux dikjarati miżmuma barra l-pajjiż. Taħt l-ewwel skema, li għalqet fl-2002, kienu ddikjarati Lm291.5 miljun. Taħt it-tieni skema, li għalqet fl-2003, kienu ddikjarati Lm129.8 miljun. Taħt it-tielet skema, li għalqet fl-2005, kienu ddikjarati Lm127.7 miljun. Il-kundizzjonijiet ta’ kull skema jidhru fl-Avviżi Legali Numri 59 ta’ l-2002, 209 ta’ l-2003, 226 ta’ l-2003, maħruġa taħt l-Att Dwar il-Kontroll tal-Kambju u l-Avviżi Legali Numri 121 ta l-2005 u 242 ta’ l-2005 maħruġa taħt l-Att Dwar it-Transazzjonijiet Esterni (Kap. 233).

Rapporti ta' veikoli li jdaħħnu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati veikoli jdaħħnu minn mindu beda dan is-servizz? X'passi ħa d-dipartiment? X'kien l-eżodu? Kemm kien hemm hoaxes?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Kollega li minn mindu beda dan is-servizz sas-26 t’Ottubru 2005, ġew irrapurtati 13,497 veikoli, permezz ta’ 29,186 SMS. Minn dawn il-veikoli, 742 ġew ittestjati, u 30% minn dawn il-vetturi fallew. Dawn ġew mogħtija ċitazzjoni u ser jerġgħu jiġu ttestjati sakemm jgħaddu minn dan it-test. 525 veikoli ser jiġu ttestjati fil-gimgħat li ġejjin. Ma kien hemm l-ebda hoaxes irrapurtati.

Offerti ta' maħfra mill-gvern — Ħlas lura ta' taxxa

Question

Minn meta Malta saret indipendenti, kemm saru offerti ta' maħfra mill-gvern lil ċittadini li baqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u li ġew mitluba jikkonformaw mal-liġi? Kemm kien l-ammont totali? X'kienu t-termini ta' kull offerta li saret mill-gvern u f'liema sena? Kemm kien l-ammont totali ta' taxxa li ġew imħallsa lill-gvern kull meta saret offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Survey dwar unaccompanied children

Question

Billi kwantita' kbira ta' nies huma favur curfew fuq il-ħin li tfal jistgħu jibqgħu barra unaccompanied skond survey li sar dan l-aħħar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux se jieħu passi fuq dan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13099.

Taxxi Interni — Formoli ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Minsitru jgħarraf lill-Kamra kemm kien l-għadd ta' taxpayers li ma mlewx il-formola ta' l-income tax fl-aħħar sentejn? Kemm minnhom ma ddikjarawx dħul minn interessi bankarji u investimenti oħra? Xi progress sar f'dan ir-rigward komparat maċ-ċifri mogħtija lill-media mill-Ministru tal-Finanzi fit-13 ta' Ġunju 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Nies imtella' il-qorti minħabba overspeeding

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti jew quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja għal overspeeding? Kemm inqabdu bl-ispeed cameras u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ġew mogħtija 567 taħrika mill-Pulizija dwar sewqan eċċessiv. 392 minn dawn inqabdu fl-speed cameras użati mill-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja l-Gwardjani Lokali qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.

Użu tal-mobile phone waqt is-sewqan

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet għal persuni li wżaw il-mobile phone waqt li kienu qed isuqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ġew mogħtija 1,100 taħrika mill-Pulizija dwar użu ta' mobile phone waqt sewqan. Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja l-Gwardjani Lokali qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.

Rapporti dwar tjur mejta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu calls fejn ġew irrappurtati għasafar jew tjur mejta minn mindu beda dan is-servizz?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema servizz qed jirreferi.

Spezzjonijiet fuq tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' azzjoni qed jieħu d-dipartiment biex jiġu spezzjonati tjur minħabba l-bird flu? Kemm saru testijiet fuq tajr selvaġġ din is-sena u x'tip ta' għasafar kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-dipartiment għandu 'on going' surveillance programme fuq il-farms tat-tjur.

Qrati — Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu l-qorti kaċċaturi u nassaba din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ittellgħu 190 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi [Kap. 66]).

Sptarijiet — Waiting list

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall kull operazzjoni l-isptar illum? Kemm hi l-waiting list għal kull op session illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.

MAM

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-MAM fir-rigward ta' diskriminazzjoni ta' paga ta' tobba ġos-servizzi tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, peress li bħalissa għaddejja korrispondenza bejn l-avukati taż-żewġ naħat, ma nħossx li jkun pertinenti li nikkumenta f'dan il-waqt.

Sptarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti ġo korsiji jew kurituri ġo l-isptar illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa illum (12 ta' Ottubru 2005) hemm sitta u ħamsin (56) pazjent ġo korsiji jew kurituri. Fl-isptarijiet oħra m'hemmx pazjenti f'din il-qagħda.

Pandemic flu

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn se jiġu housed il-pazjenti morda li jista' ikollhom il-pandemic flu jekk din tiġi? Liema servizzi ta' l-isptar se jitwaqqfu jekk tiġri din l-eventwalita'? X'passi se jieħu l-gvern għall-mortwarji temporanji jekk jiġri dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant , peress li mistoqsijiet jirrigwardaw dettalji tal-pjan ta' kontinġenza u peress li għadu ż-żmien u ċertu deċiżjonijiet iridu jittieħdu skond iċ-ċirkostanzi prevalenti dak iż-żmien, ma nħossx li wieħed għandu jibda jiddikjara miżuri f'dan iż-żmien bikri.