Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta' alkaħol lil tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbiegħu alkaħol lil tfal din is-sena u x'weħlu f'kull kas? Kemm minn dawn kienu nstabu ħatja aktar minn darba u kemm?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14567.

Pulizija — Każ ta' tifla li ġiet stuprata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħaditx passi kontra l-boyfriend ta' tifla ta' 14-il sena u li ġiet stuprata, kif rappurtat illum f'The Times u f'gazzetti oħra, billi hi stess qalet li kellha relazzjoni sesswali miegħu meta din kienet taħt l-eta' u dan żgura huwa child abuse?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu fl-istadju ta' l-Appell quddiem il-Qorti u għaldaqstant m'għandu jingħad xejn li jista' jippreġudika proċeduri fil-Qorti.

Tas-Sliema — Triq Rudolph

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha magħluqa Rudolph Str, f'Tas-Sliema u meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Inteprellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru f'Rudolph Street, f'Tas-Sliema qed isir mill-Kunsill Lokali.

Tax free cars for handicapped persons

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tax free for handicapped persons? Jista' jgħid kemm minn dawn il-karozzi huma ta' valur bejn Lm10,000 - Lm20,000, bejn Lm20,000 - Lm30,000 u Lm30,000 jew aktar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta l-Awtorita' dwar it-Trasport tirreġistra karozza li nagħtat awtorizazzjoni sabiex ma titħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni din tiġi rreġistrata bi pjanċi TF. Minħabba raġunijiet ta’ kif inhi magħmula s-sistema kompjuterizzata ma’ jiġux allokati dawn it-tip ta’ reġistrazzjonijiet (TF) għal raġunjiet speċifiċi bħal ma qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant jiġifieri for Handicapped Persons. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Informazzjoni speċifika ta’ x’ingħataw eżenzzjonijiet ta’ ħelsien mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni lil Handicapped Persons hija responsabbilita tal-Ministeru tal-Finanzi għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Single mothers — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm minn dawn inqatalhom ir-relief is-sena l-oħra u din is-sena għax inqabdu jabbużaw u x'kien l-abbuż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15259 f'Seduta Numru 312. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija ninsab infurmata li fl-2004 kien hemm każ wieħed ta' single motherfejn twaqqfet l-Għajnuna Soċjali u matul din is-sena kien hemm 9 każijiet. Ninsab infurmata wkoll li dan it-twaqqif kien riżultat ta' nvestigazzjonijiet mid-Dipartiment konċernat fejn instab li l-kompożizzjoni tal-familja kienet fil-fatt differenti minn kif dikjarat fl-applikazzjoni.

Single parents — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' single parents is-sena l-oħra u din is-sena li twaqqfulhom ir-relief jew għax qabdu jaħdmu jew għax iżżewġu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata n-numru ta’ single parents li twaqqfitilhom l-Għajnuna Soċjali s-sena l-oħra għax qabdu jaħdmu jew għax iżżewġu kien 21 u 43 rispettivament. Matul din is-sena n-numri rispettivi kienu 22 u 42.

Pandemic flu

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf it-tobba xi proċedura se tkun f'postha biex persuni morda bil-pandemic flu jingħataw b'xejn l-antivirals li ser ikollu stokkjati l-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu ż-żmien biex wieħed jiddikjara din il-proċedura li hija inkluża fil-pjan ta' kontinġenza. It-tobba jiġu mgħarrfa fil-mument opportun.

Reġistrazzjoni ta' tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati tjur mal-kunsilli lokali, x'tip kienu u f'liema lokalita'? Liema huma kkonsidrati bħala għasafar eżotiċi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-pubbliku irreġistra tjur, għasafar, papri etc f'kull lokalità f'Malta u Għawdex. F'Malta kien hawn 4,953 persuna li irreġistraw it-tjur tagħhom. Filwaqt li f'Għawdex kien hemm 1,847. It-tipi ta’ għasafar li ġew irreġistrati kienu varji u kienu jinkludu għasafar ta' l-għana, wiżż, tiġieġ, ħamiem, summien, fancy poultry etc. Il-klassifikazzjoni tagħhom għadha qed issir. Ir-reġistrazzjoni li saret fil-kunsilli lokali ma kienetx tinkludi lil dawk li huma reġistrati mad-dipartiment bħala registered breeders.

Paceville — Tfajla li kienet il-Bamboo Bar

Question

Billi llum f'The Times u f'gazzetti oħra ġie rappurtat li tifla ta' 14-il sena (u li wara li ġiet stuprata) kienet fis-sakra fil-Bamboo Bar ġewwa Paceville, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra sid il-bar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu fl-istadju ta' l-Appell quddiem il-Qorti u għaldaqstant m'għandu jingħad xejn li jista' jippreġudika proċeduri fil-Qorti.

Teenagers fuq ir-relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn teenagers fuq ir-relief illum u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentement hawn 466 teenagers li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: ommijiet xebbiet; iduru b’membru tal-familja marid; fuq programm ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga; jgħixu weħedhom u ma jistgħux jaħdmu; jirreġistraw għax-xogħol.

Teenage pregnancies

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn teenager pregnancies kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kellhom żmien l-ommijiet? Kemm minn dawn spiċċaw it-tqala li kellhom u kemm minnhom spiċċaw f'korrimenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar teenage pregnancies ma tinżammx. Tinżamm iżda informazzjoni dwar teenage deliveries f'Malta u Għawdex. In-numru ta' teenage deliveries sena b'sena mill-1999 u skond kemm kellha żmien l-omm huma kif jidhru hawn taħt: Teenage deliveries Mother age 1999 2000 2001 2002 2003 2004 14 4 4 2 4 5 5 15 8 13 14 7 14 16 16 23 20 29 25 21 31 17 51 41 39 51 43 46 18 67 65 79 57 60 56 19 83 97 84 89 78 68

Taxxi Interni — Arretrati ta' l-income tax

Question

B'riferenza għall-aħħar rapport annwali ta' l-Awditur Ġenerali (għas-sena 2003) f'paġna 70 jingħad li l-arretrati ta' income tax dovuti lill-gvern sas-sena ta' stima 1999 kienu jiskorru l-Lm140 miljun, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabru minn din is-somma minn meta kien imxandar dak ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ammont dovut ta’ Lm140 miljun kif rifless fir-rapport annwali ta’ l-Awditur Generali naqas għal Lm123.7 miljuni fit-30 ta’ Settembru 2005.

Single parent families

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single parent families illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. Jekk qed jirreferi għan-numru ta' single parent families li jirċievu benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, ninsab infurmata li dan hu 9,562.

Single mothers — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ħareġ flus il-gvern is-sena l-oħra f'benefiċċji soċjali għal single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont imħallas fl-2004 f’benefiċċji u allowances taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali lil single mothers kien Lm 3.13 miljuni.

Prostituti Russi

Question

Billi fuq l-internet wieħed isib informazzjoni fejn jeżistu club privees jew aħjar briedel kif ukoll informazzjoni fejn wieħed jista' isib prostituti Russi ġo bars Paceville jew Buġibba u anke striptease, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga l-informazzjoni mgħoddija mill-Onorevoli Interpellant.

PBS — News Division

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ma baqgħux jaħdmu fin-News Division tal-Public Broadcasting Services minn meta saret ristrutturazzjoni tal-PBS? Min kienu n-nies konċernati u x-xogħol kienu jagħmlu? Kemm impjegati ġodda bdew jaħdmu fl-istess News Division minn meta seħħet ir-ristrutturazzjoni? Min huma n-nies konċernati u x-xogħol qed jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-għadd ta' nies li ma baqgħux jaħdmu fi News Division tal-PBS minn meta saret ir-ristrutturazzjoni huwa ta' 15. Il-karigi li kienu jokkupaw kienu: Executive Policy & Planning Manager News Mgr. Com. Education & Archives Asst. Mgr. News & Current Affairs Asst. Mgr. Local Productions News Executve 2 Senior Reporters 2 Reporters Clerk III 3 Senior Cameramen Cameraman L-impjegati godda li qed jaħdmu fi News Division huma sitt Journalist Editors. Ma nħossx li hu opportun li jingħataw l-ismijiet tal-impjegati.

Taxxi Interni — Arretrati ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' arretrati ta' income tax dovut lill-gvern minn dipartimenti u entitajiet pubbliċi u għal liema snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta ohra.

Benefiċċji għas-single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'benefiċċju mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali jew tal-housing huma intitolati għalih single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Single mothers jistgħu jibbenefikaw mill-Iskemi u l-inizjattivi kollha ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Dwar benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, single mothers jistgħu jikkwalifikaw għad-diversi benefiċċji, allowances u pensjonijiet provduti taħt l-imsemmi Att, dejjem suġġett li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi applikabbli għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji, allowances u pensjonijiet. Il-benefiċċju taħt l-imsemmi Att, maħsub speċifikament għal single parents, kemm jekk raġel kif ukoll mara, hu l-Għajnuna Soċjali għal Ġenitur Wieħed.