Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni l-qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq moħqrija ta' annimali u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti disa' persuni fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali. Sitta kienu liberati, tnejn li l-każijiet tagħhom għad m'humiex deċiżi, filwaqt li wieħed ġie immultat Lm20.

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mkeċċija miċ-ċivil kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tnejn u erbgħin uffiċjal pubbliku li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor Interpellant jinsab fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti lill-housing authority illum u fejn joqogħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm 26 persuna li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti lill-Awtorita' tad-Djar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn il-persuni.

Malta Drydocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Malta Drydocks illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala segwitu ghall-provedimenti ta' l-Att Nru XV ta' l-2003, kull legislazzjoni li biha giet imwaqqfa t-Tarzna (Kap 157, Kap 177 u Kap 207) ġew imħassra b'effet mis-7 ta' Novembru 2003 u, b'konsegwenza ta' dan l-Att, id-dejn li kellha t-Tarzna ghadda ghand il-Gvern.

VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi tal-gvern jew azjendi parastatali weħlu mill-VRT din is-sena? Ta' liema dipartiment u azjendi kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant mhux possibli tingħata. L-Awtorita' dwar it-Trasport ma żżomx statistika dwar dawn il-vetturi separatament.

Barranin imtella' il-qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu barranin il-qorti din is-sena, xahar b'xahar, u x'kien ir-reat f'kull każ? Ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet 419 persuna ta’ nazzjonalita’ barranija quddiem il-Qorti, kif jidher hawn taħt: JannarFrarMarzuAprilMejjuĠunjuLuljuAwissuSettembruOttubru 203527245438272513534 Fost in-nazzjonalita’ kien hemm dawn il-pajjiżi:- Algeria, Awstralja, Awstrija, Belġju, Bulgaria, Cameroon, Canada, China, Ċipru, Congo, Croatia, Danimarka, Eġittu, Eritrea, Ethiopia, Fillipini, Franza, Ġermanja, Ingilterra, Iraq, Irlanda, Italja, Ivory Coast, Jordan, Khazastan, Korea, Libja, Marokk, Nigeria, Olanda, Palestina, Repubblika Ceka, Russja, Rumanija, Serbia, Sierra Leone, Skozja, Slovenja, Somalia, Spanja, Stati Uniti, Sudan, Svezja, Syria, Turkija, Tuneżija, Ukranja, Uzbeikistan u Jugoslavia. L-akkużi kienu jinkludu serq, offiża fuq il-persuna, omiċidju, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta’ droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, kontravenzjonijiet tar-Regolamenti tat-tipjip u ksur tal-liġi ta’ l-Immigrazzjoni.

Ġnien tal-Gżira — Bini ta' gabbana

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex se ssir xi gabbana jew xi ħaġa oħra ta' bini fil-ġnien tal-Gżira? Kif ħareġ il-permess u kif intgħażel il-kerrej? X'se jsir? Meta ħarġet it-tender u kemm intefgħu tenders?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġnien tal-Gżira ġiet mikrija biċċa art ta' 20 metru kwadru biex tinbena gabbana. L-art ġiet mikrija lil l-ogħla offerent wara sejħa għall-offerti li dehret fil-gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' April 2004 permezz ta' Avviż Nru. 80. Kien hemm sitt offerti b'kollox u l-gabbana trid tinbena skond il-permess tal-M.E.P.A.

AFM — Bomb hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn? X'tip ta' ordinanza ġiet distrutta mill-AFM din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li matul din is-sena, mill-1 ta’ Jannar sa l-14 ta’ Novembru, ma kien hemm l-ebda Bomb Hoax irrapurtata lill-Forzi Armati ta’ Malta. It-tip ta’ ordinanza li ġiet distrutta mill-Forzi Armati ta’ Malta din is-sena kienet tinkludi numru ta’ bombi tal-gwerra ta’ qies ta’ tliet pulzieri u waħda ta’ ħames pulzieri li kienet tat-tip high explosive. Ġew distrutti wkoll numru żgħir ta’ Cartridge Primers u numru ieħor ta’ murtali tal-festa ta’ qisien diversi.

Pulizija — Rapporti ta' suwiċidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji jew attentati ta' suwiċidji din is-sena kull ġimgħa? X'sess u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif disponibbli dwar suwiċidji/attentati ta’ suwiċidji bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru 2005 hu s-segwenti:- SuwiċidjiNisaIrġielTotal Attentati Kommessi10 212 1322 15 Total122537 Infurmat ukoll li l-etajiet ta’ persuni konċernati kienet tvarja bejn 11-il sena u 95 sena.

CCF — Contact visits

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid eżattament xi tkun contact visit bejn il-ħabsin u viżitaturi? Dawn isiru ġo kamra fejn il-ħabsin u ma' min ikun ikunu, waħedhom? Kemm idumu, kemm-il darba jsiru, min hu intitolat għalihom u min huma dawk il-viżitaturi li jistgħu jaraw il-ħabsin f'dawn il-viżiti privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li "Contact Visit" hija vista li ssir f'sala ma' viżti oħra ta' l-istess tip fejn il-priġunier u l-viżitaturi joqgħodu bil-qegħda madwar mejda u ma jkunx hemm l-ebda tip ta' separazzjoni bejniethom. Il-priġunieri jkollhom vista li ddum ħamsa u erbgħin (45) minuta darba fil-ġimgħa u fil-każ fejn il-priġunier jagħmel xi xogħol produttiv fil-Faċilita', dan jingħata żewġ visti ta' dan it-tip.

Sigurta' Soċjali — Single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika dwar in-numru ta' single mothers fil-gzejjer Maltin. Ninsab infurmata li skond l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, hemm 1,755 single mother li qed jirċievu xi tip ta' Għajnuna Soċjali.

Single mothers — Sussidju fuq housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers li gawdew minn xi forma ta' għajnuna jew sussidju fuq il-housing kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u kemm kien l-ammont?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Importazzjoni ta' għasafar ta' l-għana

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi din is-sena u s-sena l-oħra ta' persuni li nqabdu jdaħħlu Malta għasafar ta' l-għana llegalment? Kemm ittellgħu l-qorti s-sena l-oħra u kemm din is-sena u kemm hemm persuni li għadhom ma ttellgħux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm persuna waħda li nqabdet tipprova timporta f'Malta għasafar ta' l-għana illegalment, filwaqt li matul din is-sena kien hemm 9 persuni. Fil-każ tal-persuna li nqabdet is-sena l-oħra il-proċeduri kriminali quddiem il-Qorti nbdew, filwaqt li fil-każ tal-persuni li nqabdu din is-sena il-Pulizija qed tistenna l-awtorita' sabiex tipproċedi mingħand il-Kontrollur tad-Dwana u l-Kummissarju tal-V.A.T.

Opri tal-baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma? Kemm huma for business u kemm for pleasure?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sigurta' Soċjali — Persuni fuq relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum għax il-bread winner huwa l-ħabs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninformata lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika ta' dawk il-familji fuq ir-relief li l-bread winner huwa l-ħabs.