Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Każi ta' divjett

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet divjett il-qorti fuq pubblikazzjoni ta' l-isem akkużat, kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u x'kien ir-reat, kif ukoll għaliex ġie ordnat id-divjett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi statistika ta' din ix-xorta ma tinżammx fil-Qrati Ċivili ta' Malta.

Għajnuna soċjali — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jirċievu l-Assistenza jew Għajnuna Soċjali magħrufa bħala relief. Ninsab infurmata wkoll li hemm 2,201 persuna li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja għal diżabilita' jew għal persuni b'vista batuta.

Servizzi soċjali — Drug addicts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn drug addicts fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant. L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tirrigwarda l-allowance mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali lil persuni li jsegwu programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga f'ċentru komunitarju terapewtiku. Ninsab infurmata li n-numru ta' dawk li qed jirċievu din l-allowance hu ta' 36.

Qrati — Pieni għal reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux jikkonsidra li jżid il-pieni għal xi reati? Jekk iva, liema?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi proposti li ġew sottomessi sabiex jiżdiedu ċerti pieni fosthom dawk fil-Kapitolu 63 tal-Liġijiet ta' Malta kif spjegat fil-white paper 'Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef'. Kif dawn jiġu konklużi, jiġu preżentati bil-proċedura solita fil-Parlament.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin, li tilfu r-remission u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ priġunieri li tilfu remission hu kif jidher hawn taħt:- SenaNumruGħaliex 200153Ksur tar-regolamenti tal-ħabs 200283Ksur tar-regolamenti tal-ħabs 200349Ksur tar-regolamenti tal-ħabs 2004114Ksur tar-regolamenti tal-ħabs 2005*142Ksur tar-regolamenti tal-ħabs *sal-5 ta’ Ottubru. Priġunier jista’ kellu aktar minn każ wieħed matul is-sena.

Taħriġ lill-ħabsin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ jingħataw il-ħabsin illum? Kemm minn dawn irrifjutaw taħriġ din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taħriġ prinċipali fil-Faċilita' Korrettiva huwa dak akkademiku. Isir tagħlim ta' diversi suġġetti u anke lezzjonijiet ta' lifeskills. Fir-rigward ta' snajja ma jsirux lezzjonijiet, iżda l-priġunieri jaħdmu ma' uffiċjali mħarrġa, u dawn jakkwistaw esperjenza kif ukoll jipprattikaw is-sengħa. Fir-rigward ta' l-iskola, il-priġunieri jiġu assessjati u jitpoġġew fil-klassijiet tal-livell addatat għalihom. Dawn l-opportunitajiet huma volontarji u għaldaqstant ma humiex obbligatorji.

Qrati — Reati konnessi ma' prostituzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti dwar reati konnessi ma' prostituzzjoni jew atti indiċenti fil-pubbliku kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 20012002200320042005* Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti fuq prostituzzjoni / atti indiċenti fil-pubbliku7910698138154 *sat-30 ta’ Novembru.

Korriment fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol din is-sena u x'benefiċċji nħarġu sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar u l-aħħar ta' Ottubru 2005 kien hemm 3,298 talba għall-Benefiċċju għall-Korriment fuq ix-Xogħol u li n-nefqa fuq dan il-benefiċċju kienet ta' Lm436,436.

Servizz soċjali — Persuni mtella' il-qorti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq abbużi konnessi ma' ħlasijiet għal xi servizz soċjali din is-sena? X'kien l-ammont u x'kien l-esodu ta' kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul din is-sena tressaq każ wieħed quddiem il-Qorti dwar abbuż konness ma' ħlasijiet ta' benefiċċji soċjali, liema każ għad mhux deċiż. L-ammont involut kien ta' Lm20,606.

Persuni mressqa l-qorti b'degree universitarju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu l-qorti persuni li għandhom degree universitarju kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin għal reati kriminali? X'kien ir-reat u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx mill-Pulizija.

Qrati — Reati ta' child abuse

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati ta' child abuse kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 20012002200320042005* Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti fuq abbuż ta’ tfal1117262230 *sat-30 ta’ Novembru.

Persuni interdetti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti llum u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Digrieti mogħtija li permezz tagħhom ġew interdetti persuni minħabba mard mentali u li ġew hekk iddikjarati mill-Qorti Ċivili ġia` Sekond'Awla u tal-Qorti (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) hu ta' seba' mija u wieħed (701). Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat li ġew ordnati 118 interdizzjonijiet (Ġurisdizzjoni Volontarja) minħabba mard mentali u interdizzjoni waħda għal ħames snin minħabba skrittura falza. Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika ta' persuni interdetti fil-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta).

Offerti ta' maħfra mill-gvern — Ħlas lura ta' taxxa

Question

Minn meta Malta saret indipendenti, kemm saru offerti ta' maħfra mill-gvern lil ċittadini li baqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u li ġew mitluba jikkonformaw mal-liġi? Kemm kien l-ammont totali? X'kienu t-termini ta' kull offerta li saret mill-gvern u f'liema sena? Kemm kien l-ammont totali ta' taxxa li ġew imħallsa lill-gvern kull meta saret offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.