Legislature:
Category:
Reset
Active:

Annimali miżmuma kwarantina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li nżammu kwarantina din is-sena? X'tip kienu? Kemm minnhom mietu waqt iż-żamma u kemm insterqu? X'tip kienu dawk li mietu u dawk li nsterqu u x'forma ta' kumpens ngħataw is-sidien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li għall-perjodu mill-ewwel ta’ Jannar sa t-tletin ta’ Settembru 2005 (01.01.05 – 30.09.05) l-ammont ta’ annimali domestiċi, jiġifieri klieb u qtates, li ġew minn pajjiżi li jikkwalifikaw, u ddaħħlu Malta bir-rekwiżiti neċessarji ta’ “l-Iskema ta’l-Annimali li Jivvjaġġaw” kien ta’ 116. Dawn l-annimali domestiċi tpoġġew fil-Kwarantina ta’ l-Annimali żgħar f’Ħal-Luqa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u Pinto Wharf, fil-Port il-Kbir. Ninsab ukoll infurmat li l-ammont ta’ annimali domestiċi li joriġinaw mill-Pajjiżi kwalifikanti li ddaħħlu Malta, iżda ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Iskema ta’ l-Annimali li Jivvjaġġjaw, u tpoġġew kwarantina għal perjodu definit kien ta’ 115. L-ammont ta’ annimali domestiċi li joriġinaw minn pajjiżi li ma jikkwalifikawx, u għalhekk kellhom jinżammu sitt xhur fil-kwarantina kien ta’ 3. Ta’ min jgħid li ma miet ebda annimal minn dawk li daħlu Malta waqt li kienu qed jinżammu l-kwarantina matul is-sena 2005. Iżda żewġt iklieb li ġew importati flimkien mill-Greċja u baqgħu miżmumin l-kwarantina għal tletin ġurnata, insterqu qabel id-data ta’ meta suppost inħarġu mill-kwarantina. Dan il-każ ġie investigat minnufih mill-pulizija u l-każ tressaq ukoll quddiem it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar.

Stabbilimenti ta' divertiment — Żeffiena

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti tad-divertiment li għandhom permess biex ikollhom żeffiena professjonali fil-post? X'tip ta' żfin hu permess u x'mhuwiex?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sigurta' Soċjali — Persuni li għandhom il-karta r-roża

Question

Billi ħafna persuni li għandhom il-karta r-roża ma jafux li huma ntitolati għall-għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, taqbel il-Ministru li dawn il-persuni għandhom jiġu nformati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-test tal-mezzi għall-karta r-roża u dak ghar-rebate fuq il-kont tad-dawl u l-ilma huma differenti u għalhekk persuna li jkollha dritt għall-karta r-roża mhux neċessarjament ikollha dritt ukoll għar-rebate.
Leg 10 PQ #15758 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visas

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu visas din is-sena u għal liema pajjiżi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minħabba l-kliem "għal liema pajjiżi " fil-mistoqsija, Nitlob l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal visas li ntħarġu biex persuni jiġu Malta jew jekk hux qed jirreferi għal visas li nħargu lill-Maltin biex jmorru f` pajjiżi ohrajn.

Servizzi soċjali — Residenti barranin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn barranin residenti f'Malta fuq ir-relief illum? X'jieħdu u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vapuri tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena u x'tip kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-2005 in-numru ta' żjarat ta' vapuri navali li daħlu Malta kien ta' 31 li kienu 11 frigati, 1 Landing Ship, 1 Cruiser, 6 Destroyer, 3 Training Ship,1 Submarine, 1 Corvett, 2 Auxiliary Ship, 1 Salvage Boat, 2 Assault Ship, 1 Oceangraphic u 1 Support vessel.

Studenti li ma komplewx il-kors

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti universitarji, tal-junior college, ta' l-MCAST u tal-higher secondary li ma komplewx il-kors li kellhom din is-sena? X'kors kienu qed jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ma komplewx il-kors kien hekk : Total Universita' ta' Malta 823 G.F.Abela Junior College 44 MCAST 146 Giovanni Curmi Higher Secondary School 272 Total: 1,285 Informat li informazzjoni dwar liema kors kienu qed jieħdu dawn l-istudenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Bejgħ ta' xorb lil persuni taħt l-eta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbiegħu alkaħol lil minuri din is-sena? Kemm weħlu f'kull kas? Kemm minn dawn diġa' instabu ħatja ta' reati simili u għal kemm-il darba fil-passat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Jannar sas-6 ta' Diċembru tas-sena 2005 kien hemm tmien sidien ta' stabbilimenti li nqabdu mill-Pulizija li biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-eta'. Minn dawn każ wieħed ġie deċiż u l-imputat ġie liberat. Dawn il-każijiet kienu jinvolvu 32 persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu f'post ta' divertiment.

Pulizija — Annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn annimali wżati mill-korp tal-pulizija llum? Kemm minnhom ġew irtirati mis-servizz kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin u x'sar minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu 32 kelb fit-Taqsima tal-Klieb u 25 żiemel fit-Taqsima tal-Kavallerija. Infurmat ukoll illi l-annimali li spiċċaw minn mal-Korp tul dawn l-aħħar għaxar snin kienu kif ġej: Żwiemel Klieb 1996 2 Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju 2 Mgħotija b’bejgħ 1997 xejn 1 Mgħoti b’bejgħ 1998 1 Imraqqad fuq parir minn kirurgu veterinarju 1 Mgħoti b’bejgħ 1999 3 Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju 4 Mgħotija b’bejgħ 2000 xejn 7 Mgħotija b’bejgħ 2001 xejn 4 Mgħotija b’bejgħ 2002 2 Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju xejn 2003 2 Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju 4 2 Mgħotija b’bejgħ 2 Mietu kawża naturali 2004 xejn 7 6 Mgħotija b’bejgħ 1 miet kawża naturali 2005 1 Mogħti lill-għaqda filantropika 6 Mgħotija b’bejgħ

Oil exploration

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal it-tiftix għaż-żejt u xi pjanijiet hemm għall-futur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-mument hawn ħames liċenzji għall-esplorazzjoni taż-żejt, fit-Tramuntana, fil-Lvant , fil-Lbiċ, fin-Nofsinhar u fix-Xlokk ta' Malta. Dawn qegħdin taħt kuntratt magħruf bħala ESA, Exploration Study Agreement. Waqt li tlieta minn dawn għaddejjin bl-istħarriġ tekniku, bħal ġbir ta’ informazzjoni siżmika u studji ġeoloġiċi, it-tnejn l-oħra jinsabu fi stat aktar avvanzat u qegħdin ifittxu kumpaniji sħab biex jinqasam kemm ir-riskju, kif ukoll l-ispejjeż tat-tħaffir tal-bjar. Hekk kif jinstabu kumpaniji nteressati jkun jista’ jibda t-tħaffir. Fil-preżent għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma’ pajjiżi ġirien fuq il-qsim tal-blata kontinentali.

Pulizija — Retirement home għall-annimali

Question

Ma jidhrilux il-Viċi Prim Ministru li għandha titwaqqaf retirement home għall-annimali wżati mill-pulizija wara li dawn jiġu rtirati mis-servizz?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164) diġa' jipprovdi għall-mod ta' kif għandhom jiġu irtirati mis-servizz l-annimali li jintużaw mill-Korp tal-Pulizija.

Enemalta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba inqata' id-dawl minħabba ħsara kkaġunata minn kuntratturi tat-toroq din is-sena? X'passi ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li din is-sena kien hemm 39 każ ta' ħsarat ikkaġunati minn kuntratturi. F'kull każ sar rapport fl-eqreb għassa tal-pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa.

Benefiċċji soċjali lill-barranin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn barranin mill-Unjoni Ewropea llum residenti f'Malta li għamlu talba għal xi forma ta' benefiċċju soċjali s-sena l-oħra u din is-sena? X'intalab u kemm kienet in-nefqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti ta' l-appell

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi fil-qorti ta' l-appell din is-sena? Kemm minnhom kellhom is-sentenza mnaqqsa u kemm miżjuda? X'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar kawżi ta' l-Appell maqtugħa din is-sena (sal-31 ta' Ottubru) hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Pulizija/gwardjani tal-ħabs

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija jew gwardjani tal-ħabs li ttellgħu l-qorti sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija u Gwardjani tal-Ħabs li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom tul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 20012002200320042005 Pulizija14111697 Ħabs---12

AFM — Suldati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew mill-armata suldati jew ranks oħra kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija Numru 11866 fis-16 ta’ Mejju 2005 (Seduta 267) inżid ngħid li matul din is-sena tkeċċew żewġ Gunners oħra mill-Armata minħabba kondotta militari ħażina.

Dipartiment ta' l-agrikoltura — Reġistrazzjoni ta' annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tjur, baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel u annimali oħra reġistrati mad-dipartiment ta' l-agrikoltura llum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li :- In-numru ta’ bovini huwa ta' 19,000 In-numru ta’ Kaprini/Ovini huwa ta' 15,000 In-numru ta' broilers huwa 743,500 In-numru ta' layers huwa 575,500 Ma jinżammux figuri dwar żwiemel u annimali oħra Kif wieħed jista' jissoponi dawn il-figuri jistgħu jinbidlu minn ġurnata għall-oħra minħabba qtil, imwiet etċ.