Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni ta' nazzjonalita' barranija l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, il-Pulizija ressqet 481 persuna ta' nazzjonalita' barranija quddiem il-Qorti. L-akkużi kienu jinkludu serq, offiża fuq il-persuna, omiċidju, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta' droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, kontravenzzjonijiet tar-Regolamenti tat-Tipjip u ksur tal-liġi ta' l-Immigrazzjoni.

AFM — Suldati taħt l-effett tad-droga

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm suldati nstabu li kienu taħt l-effett tad-droga meta dawn jiġu ittestjati mill-armata? X'kien l-eżitu ta' kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal-liema perjodu ta’ zmien qed jirreferi.
Leg 10 PQ #15786 Sitting 342 2006-01-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Ħaddiema Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni Maltin jaħdmu f'xi organizzazzjoni li taqa' taħt il-kappell ta' l-Unjoni Ewropea llum u fejn? X'xogħol jagħmlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-reklutaġġ ta' l-impjegati ta' l-Unjoni Ewropea hija r-responsabbilta' tal-European Communities Personnel Selection Office (EPSO) fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mhux tal-Gvern Malti. Jien infurmat li sa' l-aħħar ta' Novembru 2005 kien hemm 167 ċittadin Malti mpjegat ma xi Istituzzjoni Ewropea li minnhom, 83 jaħdmu ġewwa l-Belġju, 71 jaħdmu ġewwa l-Lussemburgu u 13 jaħdmu Malta. Dawn il-figuri ma jinkludux id-deputati Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll l-uffiċċjali li ġew innominati direttament mill-Gvern Malti. Fil-Kunsill hemm 31 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom 4 jagħmlu xogħol politiku, 20 jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni u 7 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Kummissjoni hemm 67 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom, 23 jagħmlu xogħol politiku, 30 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 14 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Parlament hemm 30 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom, 21 jagħmlu xogħol politiku, 7 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 2 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Qorti tal-Ġustizzja hemm 27 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom persuna tagħmel xogħol politiku, 20 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 6 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Qorti ta' l-Awdituri hemm 6 ċittadini Maltin impjegati, li minnhom 2 jagħmlu xogħol politiku u 4 jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni. Fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hemm 2 ċittadini Maltin impjegati, li minnhom, persuna tagħmel xogħol politiku u persuna tagħmel xogħol segretarjali. Hemm ukoll 4 interpreti Maltin li jaħdmu b'mod fiss ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Minbarra dawn, wieħed irid jgħid ukoll li hemm numru ta' ċittadini Maltin li għaddew l-eżamijiet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej imma s'issa għadhom ma ġewx offruti post ta' xogħol ma' l-istess istituzzjonijiet.

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens jew pulizija s-sena l-oħra u din is-sena li għadhom ma tħallsux? Kemm hu l-ammont ta' flus li għandu jinġabar? X'qed isir fuq dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tiġbor biss ħlas ta' kontravenzzjonijiet tat-traffiku li jitħallsu barra mill-Qorti, fil-lokalitajiet fejn ma hemmx is-servizzi tal-Gwardjani Lokali. Matul is-sena 2004 dan kien jammonta għal Lm31,575, filwaqt li matul is-sena l-oħra inġabru Lm3,970. Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Numru ta' Ċitazzjonijiet li ma tħallsux 2004 2005 Gwardjani Lokali 27,959 41,653 Pulizija 6,401 8,687 Total 34,360 50,340 Flus li ma nġabrux Gwardjani Lokali Lm609,656 Lm735,671 Pulizija Lm161,000 Lm181,968 Total Lm770,656 Lm917,639 Il-ħlas kollu dovut għall-kontravvenzjonijiet devoluti lill-Kummissarji għall-Ġustizzja hu meqjus bħala dejn ċivili.

HIV tests

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena? Kemm kienu fuq Maltin, kemm fuq barranin, kemm fuq nisa u kemm fuq tfal u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' testijiet għal HIV antibodies li saru fil-Virology Unit tal-Isptar San Luqa minn Jannar 2005 sa l-aħħar ta' Settembru 2005 jammontaw għal 4,736. In-Nazzjonalita' tal-persuna li tagħmel it-test għall-HIV mhix mitluba fuq il-formola. It-tqassim ta' numru ta' testijiet skond l-eta' u sess għall-istess perjodu huwa kif ġej: Nisa 1935 Irġiel 2322 Unknown Sex 479 Age Groups Male Female U (Sex) S/Total 0-19 126 161 6 293 20-29 695 667 18 1380 30-39 437 307 18 762 40-49 245 108 11 364 50-59 146 54 2 202 60-69 59 34 0 93 70-79 49 22 0 71 80-89 12 9 1 22 90-99 0 1 0 1 S/Total 3188 Uknown (Age) 1548 Total 4736

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies il-ħabs illum, għaliex u x'eta' għandu l-iżgħar u l-akbar wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-18 ta’ Novembru 2005 il-popolazzjoni tal-ħabs kienet ta’ tlett mija u tmienja. Dawn bejnithom instabu ħatja jew qegħdin arrestati fuq dawn l-akkużi. Reati Sentenzjati Arrestati Serq/serq aggravat 106 29 Drogi 71 36 Relatati ma’ multi 118 Stupru - indiċenza 6 1 Attentat omiċidju - omiċidju 37 15 Frodi - Falsifikazzjoni 6 3 Theddid 1 6 Ġrieħi ta’ natura gravi 1 4 Ħrib minn post ta’ kustodja 5 3 Ħruq volontarju 3 0 Ksur ta’ probation 6 1 Ħsara Volontarja 1 4 Riċetazzjoni jew pussess ta’ oġġetti projbiti 3 0 Reati dwar traffiku 3 0 Oħrajn 18 14 TOTAL 385 116 L-eta’ ta’ l-iżgħar priġunier hija (16) sittax-il sena u l-akbar fl-eta’ huwa ta’ (75) ħamsa u sebgħin sena.

CCF — Teħid ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li nstabu li ħadu d-droga fil-ħabs? Kemm minnhom irriżultaw pożittiv aktar minn darba u kemm-il darba fil-passat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998, minn kemm ilhom jinżammu r-rekords dwar tehid ta' kampjuni ta' l-urina biex tiġi ttestjata għal finijiet ta' tehid ta' droga sat-23 ta' Ottubru 2005, saru 2,718 random tests li minnhom instabu 360 posittivi.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt it-18-il sena li weħlu l-ħabs jew sentenza sospiża ta' ħabs kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni taħt it-18-il sena li ġew ikkundannati sentenza ta’ ħabs sospiża f’dawn l-aħħar ħames snin hu kif jidher fit-tabella hawn taħt:- - Eta' - Sena 12 13 14 15 16 17 2001 1 1 1 2002 1 1 2 7 2003 2 11 2004 1 1 4 3 2005* 1 3 *sat-30 ta’ Ottubru. Infurmat ukoll li n-numru ta’ persuni li ntbagħtu l-ħabs u kellhom anqas minn tmintax-il sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:- Sena Ammont Eta’ 2001 2 Wieħed sittax u l-ieħor sbatax. 2002 4 Wieħed sbatax-il sena u kellu żewġ sentenzi, u tlieta oħra li kellhom sentenza kull wieħed. 2003 0 2004 3 Wieħed ta’ ħmistax-il sena kellu tlett sentenzi, ieħor ħmistax u ieħor ta’ 17-il sena. 2005* 4 Wieħed ta’ 15-il sena li kellu tlett sentenzi u tlieta oħra li kellhom sbatax-il sena. *sal-5 ta’ Diċembru.

Każi quddiem il-PSC

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-PSC illum, għaliex u minn liema dipartiment huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li b’effett mill-1 ta’ Frar 2000, taħt ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina) 1999, il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. Għalhekk dawn il-każijiet, għajr każijiet kriminali, każijiet ta’ dixxiplina li jistgħu jwasslu għal tkeċċija u appelli, m’għadhomx iżjed jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi. Għar-rigward tad-Dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi, ninsab infurmat li hemm każ wieħed pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi. Id-dettalji l-oħra mitluba mill-Onor Interpellant jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tlajjar ta' prostituzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni f'Ta' Xbiex, Msida, Gżira u bnadi oħra matul din is-sena u fejn? Kemm minn dawn kienu rġiel, kemm nisa u x'eta' kellhom? Kemm kienu barranin u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 83 persuna li bejtniethom tressqu l-Qorti 379 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Msida, Ta' Xbiex u l-Marsa. Minn dawn 69 kienu nisa, 7 minnhom barranin, u 14 irġiel. L-eta' ta' dawn il-persuni kienet tvarja bejn it-18 u l-65 sena. Minn dawn il-każijiet 27 ġew deċiżi, fejn wara li nstabu ħatja ġew mogħtija sentenzi sospiżi, multa jew ċanfira u twiddiba. F'10 każi l-persuni akkużati ġew liberati, 4 każi ġew dikjarati proċess eżawirt stante il-mewt ta' l-imputat, filwaqt li l-kumplament tal-każijiet għadhom pendenti.

Farm ta' l-Għammieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm annimali ġewwa l-farm ta' l-għammieri llum u għaliex qegħdin hemm? Xi jsir minnhom meta d-dipartiment ma jkollux bżonnhom aktar? X'sar minn dawn l-annimali fl-aħħar għaxar snin u kemm kien in-numru tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

ADT — Char-a-bancs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja illum u x'eta' għandhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzi tal-linja u l-eta' tagħhom sa l-31 ta' Diċembru, 2005 huma :- Numru ta' karozzi tal-linja reġistrati Eta' 111 2 years 10 2 > 5 years 15 5 > 10 years 445 > 10 years Dawn jammontaw għal 581. Minn dan it-total 508 huma permessi maħruġa għall-Malta biex isir xogħol relatat mas-servizz tat-trasport pubbliku, l-kumplament huma permessi maħruġa għall-Għawdex biex jagħmlu kemm xogħol relatat mas-servizz tat-trasport pubbliku f'Għawdex (8) kif ukoll xogħol privat.

Vetturi bil-mutur — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi bil-mutur jiġru fit-toroq illum mingħajr il-liċenzja mħallsa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi bil-mutur reġistrati u li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2005 skond id-database ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ma ġeddux il-liċenzja tagħhom jammonta għal 23,156.

Ajruplani tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ajruplani tal-gwerra fl-ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena u x'tip kienu? Kemm minn dawn waqfu f'Malta u x'tip kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li niżlu Malta 202 ajruplan militari magħmulin minn 53 tip differenti u li jinkludu l-ajruplani militari li ħadu sehem fil-Malta International Airshow 2005. Fil-każ ta' ajruplani li għaddew mill-ispazju ta' l-ajru kontrollat minn Malta mingħajr ma niżlu f'Malta dawn kienu jammontaw għal 388 ajruplan magħmula minn 50 tipi differenti.

Studenti mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni mill-Unjoni Ewropea li huma intitolati għall-istipendji ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li student hu biss intitolat għall-istipendju jekk jissodisfa r-regolamenti konċernati li jinkludu: a) jew li xi ħadd mill-ġenituri hu ċittadin/a Malti/ja; jew b) l-istudent/a hu/hija ċittadin/a Malti/ja u ċ) li jkun hemm perjodu ta' residenza ta' ħames snin. Hemm 24 student ta' nazzjonalita' ta' xi pajjiż membru ta' l-UE li għamlu l-iskola sekondarja f'Malta u jissodisfaw il-kriterji fuq imsemmija.

Pulizija — persuni li nqabdu jsuqu mingħajr liċenzja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu bla liċenzja u/jew bla insurance coverage matul din is-sena? X'weħlu dawk misjuba ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, kien hemm 35 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti fuq sewqan ta' vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan, filwaqt li 155 persuna oħra kienu akkużati talli saqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Minn dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż u li ġew misjuba ħatja, dawn weħlu pieni stabbiliti skond il-liġi.

Stabbilimenti tad-divertiment

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti tad-divertiment li ngħalqu mill-pulizija minħabba xi ksur tal-liġi din is-sena, għal kemm ingħalqu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm żewġ stabbilimenti li ġew ordnati jagħlqu minħabba xi ksur tar-regolamenti. Wieħed kien ġie hekk ordnat mill-Qorti wara li l-persuna responsabbli mill-istabbiliment kien instab ħati li ħalla jidħlu persuni taħt is-sittax-il sena u l-ieħor kien ġie ordnat jagħlaq mill-Pulizija għal perijodu ta' ħmistax-il ġurnata fuq ksur ta' bon ordni, wara liema perijodu, il-persuna responsabbli kien għażel li jżomm il-ħanut magħluq.