Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li legalment qed jgħixu Malta llum u minn liema pajjiż ġew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 17,611 persuna ta' nazzjonalita barranija li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap 258). Minn dawn, 9,568 huma minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja.
Dawn jinkludu l-konjugi/tfal ta' ċittadini Maltin, residenti permanenti, barranin li jaħdmu Malta bil-permess, oħrajn li jingħataw estensjoni tal-visa, studenti barranin eċċ. Mhux bil-fors li dawn il-persuni li għandhom karta ta' identita' fil-fatt, qed igħixu f'Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga s-sena l-oħra u x'kienet? X'inqabad din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-2005 u bejn Jannar u April ta’ din is-sena huwa kif jidher hawn taħt:
2005
TipAmmont
Cocaine
6kg 398.1g
Heroin
15kg 487.2g
Cannabis resin
19kg 662.86g
Cannabis grass
1kg 886.6g
Cannabis plants
3 plants
Ecstacy
17,273 tablets
LSD
3 micro-dot
Amphetamine1kg
DHC26 tablets
Dalmaine
10 tablets
Halcion
4 tablets
Valium
2 tablets
Tramal
1 tablet
Methadone
250ml
2006*
TipAmmont
Cocaine
997.5g
Heroin
1kg 733.8g
Cannabis resin
30kg 230.95g
Cannabis grass
19.5g
Ecstacy
355 tablets
Valium
2 tablets
DHC68 tablets
BZP
70.5 tablets
*sa l-aħħar ta’ April.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' droga s-sena l-oħra? X'eta' kellhom u x'kien ir-reat? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm ittellgħu din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, l-Skwadra ta' kontra d-Droga ressqet quddiem il-Qorti 333 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 93 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga. L-eta' ta' dawn il-persuni kienet ta' bejn il-15 u d-59 sena, filwaqt li 38 kienu barranin. Infurmat ukoll illi bejn Jannar u April ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 144 persuna fuq akkużi relatati ma' droga.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn refuġjati Malta llum u minn liema pajjiż huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni rikonoxxuti bħala refuġjati bejn l-2002 u l-2006 (mill-1 ta' Jannar 2002 sat-8 ta' Mejju 2006) kien kif ġej:
2002: 22 (21 minnhom waslu bid-dgħajjes)
2003: 53 (51 minnhom waslu bid-dgħajjes)
2004: 49 (8 minnhom waslu bid-dgħajjes)
2005: 34 (7 minnhom waslu bid-dgħajjes)
2006: 12 (8 minnhom waslu bid-dgħajjes)
Total: 170 (95 minnhom waslu bid-dgħajjes)
Hija l-fehma ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati li, peress li n-numru ta' refuġjati f'Malta huwa relattivament żgħir u artna hija ċkejkna, ikun iktar għaqli, speċjalment għall-aħjar sigurta' tar-refuġjati nfushom, jekk ma jingħadx pubblikament mill-liema pajjiżi huma ġejjin ir-refuġjati li għandna fostna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq mill-kunsilli lokali jew proprjeta' tal-kunsilli lokali s-sena l-oħra? X'insteraq u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu nies l-isptar b'overdose din is-sena? X'kienet il-kawża? Kemm kienu nisa,u kemm kienu rġiel? X'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena (Jannar sa' Marzu 2006) jidhru hawn taħt:
Nota: It-terminu overdose jinkludi dawn it-tielet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD- 10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD- 10 codes Y10-Y14)
Kategorija A (Jannar sa' Marzu 2006)
Eta'
Nisa
Irġiel
Total
0-5
2
-
2
Total
2
-
2
Il-kawża f'dawn iż-żewġ każijiet kienet kif ġej: f'wieħed avvelenament inċidentali b'mediċinali anti-epileptiċi, jew sedativi/hipnotiċi jew anti-pakinsonism, waqt fl-ieħor is-sustanza ta' l-avvelenament ma ġietx speċifikata.
Kategorija B (Jannar sa' Marzu 2006)
Ma kienx hemm każijiet
Kategorija C (Jannar sa' Marzu)
Eta'
Nisa
Irġiel
Total
10-19
3
2
5
20-29
1
6
7
30-39
3
2
5
40-49
1
-
1
60-69
1
2
3
70-79
-
1
1
Total
9
13
22
Il-kawża ta' l-avvelenament f'din il-kategorija (fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx premeditat jew inċidentali) f'ħafna każijiet mhix imniżżla. Infatti, minn dawn it-22 każ, 4 kienu kawża ta' avvelenament b'mediċinali anti-pyretics, analġesiċi jew anti-rewmatiċi, f'każ wieħed il-kawża ta' avvelenament kienu mediċinali anti-epileptiċi, jew sedativi/hipnotiċi jew anti-parkinsonism waqt li fil-bqija ta' 17 -il każ is-sustanza li kkawżat l-avvelenament ma ġietx speċifikata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew misjuba pożittivi għad-droga ħabsin is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 ittieħdu 365 kampjun ta' l-urina u irriżulta li 76 kienu pożittivi filwaqt li 289 irriżultaw fin-negattiv.
Matul din is-sena, sas-26 ta' Arpil, ittieħdu 118 il-kampjun fejn 18 kienu pożittivi u 100 fin-negattiv.
Pulizija — Persuni misjuba ħatja fuq abbużi sesswali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu ħatja fuq abbużi sesswali s-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu fuq minuri? Jista' jelenka x'kien l-abbuż li tiegħu nstabu ħatja u x'weħlu wieħed wieħed f'kull każ individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-records tal-Pulizija matul is-sena 2005 kien hemm 12 il-persuna li nstabu ħatja mill-Qorti fuq akkużi ta' abbużi sesswali, kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus il-pulizija fuq il-klandestini s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma diġa’ kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti, minħabba in-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-eżiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari.
Madankollu, ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija l-ispiża kienet:
Biljetti ta’ l-ajru għar-ripatrijazzjoniLm75,307
IkelLm199,302
Tiswijiet u manutenzjoniLm7,582
Materjal għal tindifLm13,008
Affarijiet oħra bħal ma huma materjal ta’ l-iġene personali, telecards, etcLm23,883
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa l-ħsara li saret fuq proprjeta' tal-pulzija mill-klandestini s-sena l-oħra u din is-sena? Xi ħsara saret?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħsarat li saru fiċ-ċentru ta' akkomodazzjoni għall-immigranti irregolari ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u f'Ta' Kandja, matul is-sena l-oħra u din is-sena hija stmata li tlaħħaq Lm2,753. Dan l-ammont ma jinkludix il-pagi tal-Pulizija li għamlu t-tiswijiet meħtieġa.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fejn se jinżammu l-klandestini li se jiġu Malta jżuruna din is-sena? Fejn qed tinbena akkomodazzjoni ġdida, meta se titlesta u kemm se tiġi tiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twaqqgħu djar ġo Tas-Sliema, Imsida, Gżira u San Ġiljan biex flokhom itellgħu flats jew blokki ta' flats? Kemm ittellgħu flats fuq art li ma kienx hemm bini fuqhom fl-istess lokalitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih jixtieq din l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm area mhux b'bini fuqha ġewwa Tas-Sliema, Gżira u Imsida għaxar snin ilu u kif jikkompara dan illum? Kemm kienet l-area ta' ġonna distinta biex fuqha sar bini f'dan il-perijodu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni se tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew immigranti illegali kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu rġiel, kemm kienu nisa u kemm kienu tfal? Kemm kellhom eta', billi jagħti breakdown ta' kull immigrant? Kemm intbagħtu lura? Kemm ingħataw stat ta' refuġjat kull sena? Kemm ħarbu kull sena? Kemm minnhom ġew ripatrijati kull sena? Kemm minnhom għadhom hawn? Kemm minn dawk li ma ngħatawx refugee status intelqu u baqgħu Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti irregolari li waslu Malta tul dawn l-aħħar ħames snin kien:
20022003200420052006*
1,6865021,3881,822205
*sat-30 ta' April.
Infurmat ukoll illi l-kumplament tat-tagħrif fid-dettal ta’ kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx mill-Pulizija taħt forma ta’ statistika u għaldaqstant għad irid ikun ikkumpilat.
Infurmat ukoll illi n-numru totali ta’ persuni li applikaw għal status ta’ refuġjati (asylum seekers), ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew li ngħataw protezzjoni umanitarja fis-snin 2002-2006, sena b’sena, kien dan:
SenaApplikantiRefuġjatiKażi Umanitarji
200247422111
200356853328
200499749560
20051,16634484
2006*37112194
*sat-8 ta' Mejju.
In-numru totali ta’ applikanti jinkludi l-każi fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata u applikazzjonijiet li f’għeluq is-sena kalendarja jkunu għadhom qed jiġu eżaminati.