Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jisirqu dawl u/jew ilma is-sena l-oħra u din is-sena u x'weħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qabdet sitt każijiet ta' serq ta' ilma matul is-sena 2005 u erbgħa oħra matul din is-sena. Dawn b'kollox weħlu Lm2,627.50.
Hemm ħames każijiet oħra li nqabdu din is-sena li għadhom fil-proċess għall-konklużjoni.
Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta inqabdu 508 każi fl-2005 u 147 każ sat-13 ta' Marzu 2006. Enemalta ma żżommx informazzjoni dwar kemm ġew immultati konsumaturi fuq serq ta' dawl mill-Qorti.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Postijiet ta' l-awtorita' tad-djar
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' barranin li ngħataw dar tal-housing f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema pajjiż kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda post ma ngħata mill-Awtorita’ tad-Djar jew ġie allokat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lil xi persuna li mhiex miżżewġa ma’ persuna ta’ ċittadinanza Maltija.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta’ koppji miżżewġa, magħmula minn persuna Maltija u oħra barranija, li ngħataw post mill-Awtorita’ tad-Djar fl-aħħar ħames snin kien 40, filwaqt li n-numru ta’ l-istess tip ta’ koppji allokati post mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, matul l-istess perijodu, kien 17.
In-nazzjonalita’ tal-persuna barranija f’dawn il-każijiet hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu diġa' ingħatat fit-Tweġibiet li tajtu għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 13530 u Nru. 15796.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u x'inhu r-reat allegat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm tlieta u tletin (33) ġuri pendenti u r-reati allegati huma s-segwenti:
Traffikar ta' Droga 11
Importazzjoni u pusses ta' droga 2
Omiċidju volontarju 9
Attentat ta' omiċidju volontarju 6
Riċettazzjoni ta' xi rigali jew vantaġġi -
Kxif ta' sigrieti pubbliċi 2
Sekwestru ta' persuna u ħarba mill-ħabs 1
Serq u pussess ta' arma 1
Korruzzjoni ta' minorenni 1
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qassmu flus il-good causes fund is-sena l-oħra u lil min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-ammont totali ta’ flus li tqassmu mill-Good Causes Fund matul l-2005 kien ta’ Lm365,080.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-benefiċarji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom l-aids illum? Kemm hawn HIV positive u kemm mietu s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika illum hawn 9 persuni li għandhom l-Aids. Mill-1986 s'issa mietu 53 persuna bl-Aids.
L-HIV saret notifikabbli bil-liġi fit-27 ta' Jannar 2004. Għalhekk in-numru ta' persuni li huma HIV ma setgħax jiġi determinat bi preċiżjoni sa din id-data. Pero' nistgħu ngħidu li sa l-aħħar ta' 2003 kien hemm 210 testijiet pożittivi. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba.
Mis-27 ta' Jannar 2004 s'issa kien hemm 39 każ ta' HIV irrapurtati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu suldati minħabba li saret vjolenza fuqhom minn klandestini s-sena l-oħra u din is-sena? X'danni sofrew dawn is-suldati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li tul l-2005, tnax il-suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta weġgħu minħabba li saret vjolenza fuqhom minn immigranti rregolari. Dettalji ta’ dawn l-inċidenti jidhru hawn taħt:
· Wieħed sofra grieħi fuq siequ x-xellugija b’daqqiet ta’ ġebel
· Wieħed sofra grieħi fuq il-polz t’idu x-xellugija
· Wieħed sofra grieħi fuq idu l-leminija
· Tnejn sofrew grieħi ħfief f’diversi partijiet tal-ġisem riżultat ta’ tfiħ ta’ ġebel
· Wieħed sofra ġrieħi fl-għaksa x-xellugija fi ġlieda bejn żewġ immigranti irregulari
· Wieħed sofra grif u tbenġil f’għonqu meta immigrant irregulari pprova jifggħu
· Wieħed sofra daqqa f’għajnejh il-leminija waqt li kien qed jeskorta immigrant irregulari
· Wieħed sofra daqqa fuq spalltu l-leminija u subgħajh b’daqqa ta’ zokk ta’ siġra
· Wieħed sofra ġrieħi ħfief f’idejh il-leminija meta pprova jżomm klandestin milli jaħrab
· Wieħed sofra grif ma’ ġismu kollu meta ġie mbuttat minn immigrant irregulari għal fuq qabda “barbed wire”
Sallum, ma ġewx irrappurtati inċidenti simili fl-2006.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saret ħsara mill-klandestini s-sena l-oħra u din is-sena fuq proprjeta' ta' l-Armata? Kemm swiet din il-ħsara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-ħsara li saret mill-immigranti rregolari fuq proprjeta’ ta’ l-Armata mill-1 ta’ Jannar 2005 sa t-30 t’April 2006 tammonta għas-somma ta’ madwar Lm12,500. Il-ħsara kienet tinkludi ħsara fuq tined, tkissir ta’ sodod, ħsara fuq toilets, bibien, twieqi, water boilers, fittings ta’ l-elettriku, tqattiegħ ta’ blalen tal-futbol u ħsara fuq ċnut tal-wire u tal-ġebel.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fejn se jinżammu l-klandestini li se jiġu Malta jżuruna din is-sena? Fejn qed tinbena akkomodazzjoni ġdida, meta se titlesta u kemm se tiġi tiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li f’każ ta’ wasla ta’ iktar immigranti rregolari f’Malta, dawn jiġu allokati f’wieħed mid-diversi “Closed Centres” li jinsabu f’Ta’ Kandja, fid-depot tal-Pulizija, fil-“barracks” ta’ Ħal-Safi u f’Lyster Barracks Ħal Far.
Qed jiġu studjati wkoll żewġ siti ġodda fejn jista jsir użu ta’ “tent area” f’kazijiet ta’ emerġenza, bħal ma ġara s-sajf li għadda f’Lyster Barracks ġo Ħal Far.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu teachers fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u din is-sena wara li ġew aggrediti minn studenti, ġenituri , nies oħra u teachers oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern kontra dawk l-istudenti aggressivi li jattakkaw l-għalliema tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
F'każijiet li studenti aggressivi li jattakkaw l-għalliema tagħhom, l-iskejjel għandhom isegwu "Il-Politika dwar l-Imġieba Tajba u Dixxiplina għall-Iskejjel". Ser ngħaddi kopja ta' din il-politika lill-Onor. Membru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-16-il sena l-qorti s-sena l-oħra u għaliex f'kull każ individwali? Kemm kellhom eta' kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2005 ittellgħu 58 tfal taħt is-sittax-il sena (16). Disgħa (9) minnhom quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) għaliex tressqu flimkien ma' persuna jew persuni maġġorenni u disgħa u erbgħin (49) quddiem il-Qorti tal-Minorenni.
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
Eta' Akkuża
15 Falsifikazzjoni
12** Serq
15 Serq
15 Serq
14 Copyright act
15 Copyright act
13* Hold up
13* Serq
15 Ħsara volontarja
** Persuna barranija
* Persuna li tressqet darbtejn
L-informazzjoni għar-rigward l-Qorti tal-Minorenni għadha qegħdha tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda għal ħwienet is-sena l-oħra? Kemm għalqu? X'kummerċ qed isir mill-ħwienet il-ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' għedt fi tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, il-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstantm nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet id-droga maqbuda s-sena l-oħra fil-ħabs? Kemm inqabad din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 34 okkażjoni meta nstab xi materjal suspettuż ġewwa l-Ħabs, filwaqt li din is-sena, sal-10 ta' Mejju, kien hemm 13.
Fir-rigward ta' kwantita d-dipartiment ma jkollux din it-tip ta' informazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati żweġijiet is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm kienu ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u dak ta' Għawdex ġew reġistrati dawn iż-żwiġijiet bejn l-1 ta' Jannar 2005 u t-30 ta' April 2006:
Malta Għawdex
Total
Dawk minnhom
biċ-Ċivil
Total
Dawk minnhom
biċ-Ċivil
2005
2,188
336
158
43
2006
708
114
23
9