Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li jixtiequ jmorru jgħumu Paradise Bay waqt li jkun qed jinżamm rave party humiex se jiġu miżmuma milli jagħmlu dan?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W261.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħarġitx permess biex il-bar jinżamm miftuħ għal 24 siegħa waqt il-party li se jsir f'Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju? Skond il-flyer li qed jiġi reklamat, il-party se jibda fid-9.00 a.m. ta' l-4 ta' Ġunju? Fi x'ħin se jkollu jispiċċa l-party?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-attivita msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kemm skond l-applikazzjoni li saret mall-Pulizija, kif ukoll skond il-permess maħruġ mill-Pulizija, kienet bejn il-5.00pm ta' l-4 ta' Ġunju u s-1.00am tal-5 ta' Ġunju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni 'il fuq minn 61 sena jaħdmu llum u x'xogħol jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, f'Novembru 2005, kien hemm 4,198 persuni 'il fuq minn 61 sena jaħdmu kif jidher f'din it-tabella:
Occupation
Full Time
Part Time
Total
Armed forces
4
0
4
Clerks
89
180
269
Crafts and related trade workers
127
202
329
Elementary Occupations
253
578
831
Legislators, Senior Officials and Managers
471
411
882
Plant and machinery operators and assemblers
87
195
282
Professionals
214
430
644
Service Workers and shop and market sales workers
120
339
459
Skilled agriculture and fishery workers
30
164
194
Technicians and Associate Professionals
106
198
304
Total
1501
2697
4198
Billi tħabbar li xi ħaddiema tal-gvern u anke l-President se tiżdidilhom il-paga, jista' il-Prim Ministru jgħid min huma dawn u kemm se jiżdiedu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-Ftehim Kollettiv għas-Servizz Pubbliku għas-snin 2005 – 2010 ġew imħabbra żidiet fl-iskali ta’ l-impjegati tal-gvern. Dettalji dwar is-salarji jinsabu fuq Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dettalji dwar is-salarju tal-President għas-snin 2005 – 2010 jinsabu f’Tabella B li qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq offiżi kriminali u x'kienu r-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 2,396 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija u 10,449 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' anqas minn 6 xhur priġunerija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jidħlu l-SVPR u ġod-djar ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa 699. In-numru ta' persuni li qed jistennew biex jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani hu 1030.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew misjuba ħatja ta' offiżi kriminali s-sena l-oħra? X'kienu r-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 5,151 persuna li nstabet ħatja quddiem il-Qorti ta' xi reat kriminali. Dan ma jinkludix reati li huma depinalizzati. 3,627 instabu ħatja fuq delitti (crimes) u 1,524 instabu ħatja ta' kontravenzjonijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw pieni ta' ħabs, suspended sentences, probations u admonitions fl-2005 u fl-2006 s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 ingħataw 359 sentenza karċerarja, filwaqt li din is-sena, sat-22 ta' Mejju, ingħataw 151.
Infurmat ukoll illi mit-tagħrif disponibbli, l-informazzjoni dwar suspended sentences u probations hija s-segwenti:-
Sentenzi Sospiżi 2005 2006*
Qorti ta' l-Appell Kriminali u Qorti Kriminali 18 7
Qorti tal-Maġistrati (Malta) 241 80
*sal-31 ta' Marzu.
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex): 3 bejn l-2005 u l-2006 (sat-8 ta' Mejju).
L-istatistika hawn taħt imniżżla tinkludi l-Ordnijiet ta' Probation u dawk is-Sentenzi Sospiżi li għandhom annessa magħhom Ordni ta' Superviżjoni li waslu l-Uffiċċju tal-Probation fis-sena 2005 u 2006 rispettivament.
2005
Ordnijiet ta' Probation: 153
Sentenzi Sospiżi bis-Superviżjoni: 28
2006
Ordnijiet ta' Probation: 48
Sentenzi Sospiżi bis-Superviżjoni 16
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn probation officers illum? Kemm-il każ għandhom kull wieħed taħt idejhom? Mill-pre-sentencing reports li saru s-sena l-oħra, f'kemm minnhom ġiet mitluba piena ta' ħabs, kemm probationu kemm sentenza sospiża jew servizz kommunitarju?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri t-tarzna s-sena l-oħra u ta' liema tunnellaġġ kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul is-sena 2005 daħlu 125 vapur fit-Tarzna, li l-GRT totali tagħhom kien ta' 1,262,353 tons fil-waqt li d-DWT totali kien ta' 1,677,545 tons.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu direttament u/jew indirettament fil-qasam turistiku? Kemm huma part-time u kemm full-time u fejn jaħdmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ċifri uffiċjali li joħorġu mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika juru li f'Novembru 2005 kien hemm 8,872 impjegati full-time fil-lukandi u ristoranti. In-numru ta' ħaddiema jaħdmu part-time fl-istess xahar kien ta' 3,860 li kellhom impjieg ieħor u 5,314 li l-impjieg part-time kien l-impjieg primarju tagħhom - b'kollox 9,174.
Għall-impjegati full-time l-NSO jagħti ċifri average għas-sena. Dawn juru li fl-2004 kien hemm 8,404 f'impjieg full-time fil-lukandi u ristoranti. Min-naħa l-oħra f'Diċembru 2004 kien hemm 7,825 ħaddiema part-time li għal 4,557 minnhom kien l-impjieg primarju filwaqt li għal 3,268 kien impjieg sekondarju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-pajjiż biex jiġi organizzat iċ-CHOGM is-sena l-oħra, fejn intnefqu u kemm ġie rekuperat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għar-rapport awdidjat tad-dħul u nfiq b`konnessjoni maċ-ĊHOGM li l-Onorevoli Prim Ministru poġġa fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 20 ta` Marzu 2006.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern għall-isptar Zammit Clapp u l-impjegati li hemm illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif għidt f'diversi okkażżjonijiet l-Isptar Zammit Clapp se jiġi żviluppat fi sptar ta' l-Onkoloġija u jieħu l-funzjonijiet li għandu l-Isptar Boffa illum.
Is-servizzi ta' rijabilitazzjoni ser jiġu trasferiti għall-binja ġdida li ser tinbena fil-konfini tar-Residenza ta' San Vinċenz u l-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam illum f'Zammit Clapp jiġu trasferiti għal dan il-kumpless meta dan jitlesta.