Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bird callers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jintuża bird caller elettroniku fi djar privati għal skopijiet ta' avikultura u mhux biex jittieħdu għasafar tal-passa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-apparat imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa regolat bir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Ambjent (A.L. 79/2006). Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu pensjoni kif suppost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-isem u l-kunjom tal-persuna u n-numru ta’ l-identita’, kif indikati mill-Onor. Interpellant, ma jaqblux. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jivverifika d-dettalji u jgħaddihomli biex il-każ ikun jista’ jiġi nvestigat.

Awtorita' tad-djar — Bdil ta' appartament

Question

Tista' il-Ministru tikkonsidra li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha l-ġenituri morda tiġi mogħtija appartament tal-gvern bi bdil ma' dak li għandha u li hu tal-housing biex din tkun ħdejn il-ġenituri tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

ADT — Reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament se jerġa' jiġi rivedut kif imwiegħed f'mistoqsija parlamentari preċedenti W250? S'issa ma ġara xejn u l-każ huwa gravi.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kien ġie rivedut u l-kriterji għal eliġibilita’ tas-servizz reġgħu ġew eżaminati u ġġudikati kif ġej: · L-applikant ma jużax siġġu tar-roti · Il-livell tas-severita’ tal-mobbilta’ kif maħruġ mit-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta, huwa ta’ 2 livell li mhux ikkunsidrat bħala sever li l-massimu hu ta’ livell 5 · L-applikant jitla’ t-taraġ u jimxi bil-mod iżda bilanċjat sewwa · L-applikant ma jsuqx huwa iżda jsuq min jgħix miegħu · Skond ir-rapport tal-Kunsill Lokali, fit-triq tar-residenza ta’ l-applikant ma hemmx restrizzjonijiet ta’ parkeġġ Għaldaqstant id-deċiżjoni tal-Bord għal Reserved Parking għal Persuni b’Diżabilita’ li kienet ittieħdet fis-17 ta’ Mejju 2005 ġiet ikkonfermata. Madankollu, l-applikant jista’ jappella din id-deċiżjoni tal-Bord għal Reserved Parking għal Persuni b’Diżabilita’ għand ir- Review Panel għal Reserved Parking għal Persuni b’Diżabilita’ li jaqa’ taħt il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’

Bord ta' l-Invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li attendiet għal invalidity board instabitx invalida jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament intalbet tħallas somma flus meta kienet rikoverata l-isptar u ma kenitx social case tul iż-żamma kollha tagħha fl-isptar? Tista' il-Ministru tirrivedi l-kas tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew riferuti persuni lid-dipartiment ta' l-emerġenza minn tobba (mhux self referrals) din is-sena? Kemm iddaħħlu l-isptar dawk riferuti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni fir-rigward ta' pazjenti li jiġu referuti lid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minn tobba (mhux self referrals) għal l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena (2006), inġabret mill-A&E Module tal-Patient Administration System (PAS). It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru totali ta' pazjenti li ġew invistati l-emerġenza bejn Jannar u Ġunju 2006 u huma maqsuma skond il-mod ta' kif ġew referuti. It-tabella turi wkoll in-numru u r-rata ta' nies li wara li ġew invistati l-Emerġenza ġew rikoverati l-Isptar San Luqa. Perjodu : Jannar- Ġunju 2006 Mod ta' kif ġew referuti Numru totali Numru u persenraġ ta' persuni li ġew rikoverati l-Isptar San Luqa Medical Practitioners (i.e. Health Centre, GP referral, other Hospital referrals) 14,836 4754 32%

Rapporti dwar attakki sesswali

Question

Jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru attakki sesswali li ġew rapportati din is-sena u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 36 rapport ta' offiżi sesswali. Minn dawn, 15 kienu jinvolvu korruzzjoni ta' minorenni, 6 kienu rapporti ta' stupru, filwaqt li l-15 l-oħra kienu attentat vjolenti għall-pudur.

Sptar — Persuni taħt l-effett tad-droga/alkaħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iddaħlu persuni l-isptar din is-sena bi problemi ta' droga, b'alcahol indication? Kemm minn dawn daħlu lejliet festa jew waqt festa jew l-għada ta' festa? Kemm daħlu lejliet weekend, l-għada ta' weekend jew ġo weekend?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li tirrigwarda n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa bi problemi ta' droga u alcohol intoxication fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġiet meħuda mill-A&E module tal-Patient Administration System u l-Hospital Activity Analysis database. Wieħed għandu jinnota li l-pazjenti jiddaħlu fis-swali ta' l-isptar skond is-severita tal-kundizzjoni tagħhom. In-numru ta' pazjenti li ddaħlu bil-kundizzjonijiet imsemmija skond il-ġurnata tal-ġimgħa jidhru hawn taħt: Nota: Ma kien hemm l-ebda pazjenti lejliet jew f'ġurnata ta' festa pubblika jew l-għada ta' festa pubblika. Perjodu: Jannar sa Ġunju 2006 (Informazzjoni Proviżorja) Ġurnata tal-Ġimgħa li ddaħlu fl-Isptar Tnejn Tlieta Erbgħa Ħamis Ġimgħa Sibt Ħadd Acute Alcohol Intoxication - 2 2 1 - - 2 Drug Abuse 2 2 1 1 - - 2 Huwa importanti li wieħed jinnota li problemi ta' droga ġew meħuda bħala abbuż jew overdose ta' drogi narkotiċi u psychodysleptics li jinkludu heroin, cocaine, codeine, morphine, ecstasy etc. Wieħed ukoll għandu jkun jaf li l-informazzjoni irreġistrata mhux dejjem tispeċifika t-tip ta' droga li tkun qiegħda tiġi abbużata u għalhekk f'dawn il-każijiet m'humiex inklużi man-numri ta' hawn fuq. Hekk ukoll fil-każijiet ta' acute alcohol intoxication jista' jkun hemm sitwazzjonijiet li d-dianjosi rreġistrata tkun tal-kundizzjoni li soffra il-pazjent kawża ta' l-effett tal-Alcohol (per eżempju head injury jew acute gastritis).

VAT offences

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti għal VAT offences is-sena l-oħra u x'kien ir-reat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2005 itellgħu 294 l-Qorti minħabba li naqsu li joħorgu riċevuta fiskjali għall-provvisti u/jew servizzi fornuti minnhom filwaqt li 1,392 itellgħu l-Qorti talli naqsu jissottomettu d-denunzji rispettivi fiż-żmien stipulat.

Bejgħ ta' alkaħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbigħu alkaħol lill-minuri s-sena l-oħra, x'weħlu u fejn sar ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 4 persuni talli servew xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax il-sena, f'Wied il-Għajn, iż-Żurrieq u San Ġiljan. Wieħed instab ħati u weħel Lm500 multa, tnejn instabu mhux ħatja u l-każ l-ieħor kien ġie dikjarat preskritt.

Postijiet ta' Divertiment — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġewwa postijiet ta' divertiment is-sena l-oħra u din is-sena u fejn inqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 23 persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wara li kienu nstabu 48 persuna taħt is-sittax il-sena f'postijiet ta' divertiment, ġewwa San Ġiljan, B'Bugia, Żurrieq, Fgura, Marsa u Rabat (Għawdex). Infurmat ukoll li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena il-persuni responsabbli minn postijiet ta' divertiment mressqa l-Qorti kienu 16, filwaqt li l-persuni taħt is-sittax il-sena li nstabu f'postijiet ta' divertiment kienu 46. Il-postijiet kienu f'San Ġiljan u Wied il-Għajn.

MCC — Inkjesta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-inkjesta dwar il-party ta' l-MCC tas-sena l-oħra tlestitx u jekk le fiex waslu?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm fil-mistoqsija ma hemmx dettalji suffiċjenti naħseb li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-mewta traġika ta' persuna quddiem il-Mediterranean Conference Centre, il-Belt Valletta fl-01/01/2006 fis-2.00am. Jekk huwa hekk, l-inkjesta intbgħatet l-ewwel darba għand l-Avukat Ġenerali fid-29 ta' Marzu 2006, ġiet lura għand il-Maġistrat Inkwerenti fl-4 ta' Mejju 2006 u reġgħet ġiet rinvjata lura fit-8 ta' Mejju 2006 u għadha hemm.

Paradise Bay — Rave Parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hiex beħsiebha toħroġ permessi għal rave parties f'postijiet fejn l-għasfur nazzjonali l-merill ikun qed ibejjed din is-sena, bħal per eżempju, Paradise Bay?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W255.

Tkeċċija ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-azjendi li s-sena l-oħra għalqu jew keċċew il-ħaddiema? Kemm-il ħaddiem ġie affettwat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tħoss li mhux kompitu tagħha tiżvela min kienu dawk l-azjendi li taw is-sensji għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali ta’ l-organizzazjonijiet involuti.

Każi ta' Kanċer

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ġew irrapportati każi ġodda ta' kanċer is-sena l-oħra u x'tip kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru tal-Kanċer jiġi aġġornat fl-aħħar ta kull sena u tingħata l-informazzjoni b'sena b'lura. Dan isseħħ madwar id-dinja kollha. Għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tingħata għax ir-reġistru għadu ma ġiex aġġornat. L-informazzjoni għas-sena 2005 tkun aġġornata għall-aħħar ta' din is-sena.

Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu ħaddiema tad-dipartiment tas-saħħa fuq xogħol is-sena l-oħra? Xi grad għandhom u kif weġġgħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol fid-Dipartiment tas-Saħħa matul 2005 huwa 132 u l-gradi huma elenkati kif ġej: Grad Numru ta ħaddiema li weġġgħu Consultant 1 Senior House Officer 3 Medical Officer 3 House Officer 9 Dental Surgeon 2 Nursing Officer 2 Deputy Nursing Officer 2 Nurses 43 Senior Physiotherapist 1 Health Inspector 1 Occupational Therapist 1 Radiographer 2 Medical Laboratory Technologist 2 Assistant Principal (Clerical) 1 Clerk 1 Hospital Auxiliary 5 Security Guard 1 Senior Tradesman 3 Nursing Aide 21 Health Assistant 6 General Hand 5 Carpenter 1 Trade Person 3 Supervisor 2 Cook 7 Sheet Metal Worker 1 Gardener 1 Careworker 2 Total 132 Il-korrimenti kienu varji imma ma kienx hemm korrimenti ta' natura gravi.