Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena, x'tip huma u ta' fejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta’ vapuri navali li daħlu Malta din is-sena huma dawn li ġejjin: Tip Numru Pajjiż Survey Vessel 1 Ingilterra Patrol Craft 13 Franza, Ġermanja, Italja, Greċja, Irlanda Frigate 9 Portugall, Kanada, USA, Ġermanja, Polonja, Franza, Danimarka Supply 1 Franza Submarine 2 Olanda, Ġermanja Destroyer 3 USA, Ingilterra Support Vessels 2 Ġermanja, Spanja Mine Hunter 4 Ġermanja, Greċja, Spanja, Turkija Corvette 1 Portugall Tug 1 Italja Cruiser 1 Ġermanja

School Girl Mother Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal jattendu l-ischool girl mother unit din is-sena u sena b'sena minn meta twaqqfet? X'eta' għandhom dawk tal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1989 u l-1998 l-istatistika kienet tinżamm fuq is-sena skolastika. 1989 - 90 12 1990 - 91 15 1991 - 92 28 1992 - 93 20 1993 - 94 28 1994 - 95 35 1995 - 96 57 1996 - 97 56 1997 - 98 73 Mill-1999 l-istatistika bdiet tinżamm bejn Jannar u Diċembru 1999 98 2000 114 2001 116 2002 131 2003 140 2004 153 2005 156 2006 106 (to date) Dawn huma l-każijiet ġodda ta' kull sena. Din l-istatistika turi biss dawk li resqu lejn il-Unit għall-għajnuna. L-eta' li għandhom dawk tal-lum hija mqassma hekk: 13-il sena 2 14-il sena 4 15-il sena 18 16-il sena 13 17-il sena 36 18-il sena 16 18+ 17

Qorti — Każi ta' Korruzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn każi ta' korruzzjoni quddiem il-qorti llum jew li se jitressqu fil-futur din is-sena fejn jirrigwarda uffiċjali tal-gvern jew xi uffiċjal ta' xi ente li fiha għandu x'jaqsam il-gvern? Xi grad għandhom u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.

Impjiegi — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu llegalment din is-sena? Kemm minn dawn irriżulta li kienu immigranti illegali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni barranin li nstabu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-Korporazzjni għax-Xogħol u Taħriġ matul din is-sena, minn Jannar sa Mejju 2006 huwa hekk: Xahar Nru ta’ persuni barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess Jannar'06 28 Frar 14 Marzu 5 April 16 Mejju 8 Total 71 Il-Korporazzjoni ma jkollhiex informazzjoni dwar kemm minn dawn il-ħaddiema kienu immigranti illegali.

Impjiegi — Persuni jaħdmu illegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu Maltin jaħdmu illegalment din is-sena u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' Maltin li nqabdu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-Korpoazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din is-sena, minn Jannar sa Mejju 2006, huwa hekk: Xahar Nru ta’ persuni Maltin li nstabu jahdmu irregolarment Jannar'06 373 Frar 237 Marzu 109 April 173 Mejju 145 Total 1,037 Informat ukoll li f’kull każ, il-persuni jintalbu jirregolarizzaw ruħhom billi jimlew il-formola tal-Ingaġġ u jiġu mmultati Lm 25 multa amministrattiva. Fil-każ ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol waqt li nstabu jaħdmu, ġie infurmat id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, sabiex jipproċedi minn naħa tiegħu. Fin-nuqqas ta’ dan kollu, il-każ jgħaddi għall-Pulizija biex tipproċedi bil-Qorti.

ETC — Reġistru ta' l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu nies minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru din is-sena u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Mejju 2006 inqatgħu 989 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Minn dawn id-989 persuna, 177 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 619 irrifjutaw opportunita' ta’ xogħol, filwaqt li 193 persuna rrifjutaw opportunita' ta’ taħriġ.

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti klandestini jgħixu f'open centres illum u kemm swew lill-istat din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ġejt infurmat li bħalissa hawn 1031 immigranti li qed jgħixu f’ open centres, ul-ispiża għal din is-sena laħqet Lm 320,423.81.

Impjiegi — Persuni jaħdmu illegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għax ħaddmu persuni illegalment din is-sena? Kemm minn dawn diġa' ittellgħu l-qorti drabi oħra u kemm-il darba individwalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena 2006 kien hemm żewġ seduti fil-Qorti, dwar każijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaż-żewġ seduti, tħarrku 30 persuna. Minn dawn it-tletin persuna: waħda minnhom kienet ittellgħet 5 darbiet oħra qabel, persuna ittellgħet 3 darbiet oħra qabel, persuna ittellgħet darbtejn oħra qabel, u 4 persuni kienu ttellgħu darb’oħra qabel.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna, qraba jew tfal ġew mogħtija ċittadinanza Maltija wara li oriġinarjament daħlu Malta illegalment f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' infurmajt lill-Onor. Interpellant fit-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13530, l-ebda persuna minn dawk indikati minnu qatt ma ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija.

Qrati — Immigranti Irregolari

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm immigranti irregolari tressqu l-qorti kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? X'weħel f'kull każ individwali u x'kienet l-akkuża f'kull każ individwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ta' nazzjonalita' barranija Malta illegalment din is-sena u x'sar minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2006 kien hemm 242 persuna ta' nazzjonalita' barranija li nstab li kienu Malta illegalment, li minnhom 233 diġa' ġew ripatrijati.

Stabbilimenti f'Paceville

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda għal stabbilimenti ġo Paceville din is-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'tip ta' stabbiliment hu f'kull kas?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' diversi drabi kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjiegi — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu Malta llum? Jista' jelenka x'tip ta' xogħol jagħmlu kull wieħed u waħda individwalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Ġunju 2006 kien hemm 7,712-il persuna ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu f'Malta. Lista tat-tip ta' xogħol li jagħmlu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Moħqrija fuq annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-qorti fuq każi ta' moħqrija fuq l-annimali din is-sena? X'kienet l-akkuża u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija ressqet żewġ persuni quddiem il-Qorti fuq moħqrija lill-qtates. Dawn instabu ħatja u ġew mogħtija twiddiba.

Aġenzija Appoġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm każi taħt idejn uffiċjali ta' l-aġenzija appoġġ illum u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-istatistika mitluba hi kompilata sa l-aħħar ta’ Diċembru 2005 u li f’dik id-data kien hemm 3,637 każ attiv. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Attivitajiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-pulizija għall-attivitajiet tal-massa, ġol-Buskett u ġo Ta' Qali u ġo beaches pubbliċi jew ġo postijiet pubbliċi oħra? Kemm hemm pendenti? X'kienet l-attivita' li għaliha ħarġu l-permessi u x'inhi l-attivita' għal dawk pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni taħt House Arrest

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt house arrest illum? X'inhu r-reat li tiegħu ġew akkużati individwalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 62 persuna taħt "house arrest" fuq ordni tal-Qorti bħala kundizzjoni ta' liberta' proviżorja, fuq akkużi li jinkludu omiċidju, reati relatati ma' droga, serq stupru, korruzzjoni ta' minorenni, prostituzzjoni, money laundering, ħsara volontarja, frodi, attakk u reżistenza fuq uffiċjal pubbliku, rikatt, użura, attentat ta' omiċidju u korruzzjoni.

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali Malta minn mindu beda dan il-fenomenu? Kemm minn dawn ġew ripatrijati f'dawn l-aħħar ħames snin u x'sar mill-oħrajn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta tul dawn l-aħħar ħames snin kien: 2002 2003 2004 2005 2006* 1,686 502 1,388 1,822 967 *sa l-4 ta’ Lulju. Infurmat ukoll illi mir-rekords disponibbli jirriżulta illi n-numru ta’ immigranti illegali, inkluż dawk il-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li kienu instabu Malta illegalment, u mhux biss dawk li waslu Malta bid-dgħajjes, li ġew ripatrijati tul l-istess perijodu kien: 2002 2003 2004 2005 2006* 1,199 1,106 704 955 495 *sa l-4 ta’ Lulju. Infurmat ukoll illi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx ripatrijati ġew offruti akkomodazzjoni fiċ-ċentri miftuħa.