Legislature:
Category:
Reset
Active:

Opri tal-baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma? Kemm minn dawn għandhom berth ġo yacht marina?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mgħotija għall-Mistqosija Parlamentari Nru. 20464. Dwar in-numru ta' opri li għandhom berth ġo yacht marina jien infurmat li hemm 933 yacht li għandhom berth fil-marinas ta' l-MMA. M'għandix informazzjoni dwar kemm għandha berths f'Marinas privati.

Vapuri tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena, x'nazzjonalita' kienu u x'tip kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat li bastimenti tal-gwerra li daħlu Malta minn Jannar sa Settembru 2006 kien kif ġej: Type Numru Nazzjonalita' Survey Vessel 1 Renju Unit Patrol Craft 17 Franza 1, Ġermanja 8, Italja 5 Greċja 2, Rep. Irlandiża 1 Frigate 13 Portugall 1, Canada 1, Stati Uniti 1, Ġermanja 2, Polonja 1, Franza 2, Danimarka 1, Svezja 4 Supply Vessel 1 Franza 1 Submarine 2 Olanda 1, Ġermanja 1 Destroyer 4 Stati Uniti 1, Renju Unit 3 Support Vessels 2 Ġermanja 1, Spanja 1 Mine Hunter 4 Ġermanja 1, Greċja 1, Spanja 1, Turkija 1 Corvette 1 Portugall 1 Tug 1 Italja 1 Cruiser 1 Ġermanja 1 Training Ship 1 Turkija 1 Total 48

Importazzjoni ta' Veikoli

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati veikoli bil-mutur kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm second hand u x'tip kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li hemm distinzjoni bejn importazzjoni ta’ vettura u reġistrazzjoni ta’ vettura. Għaldaqstant nitolbu jispeċifika xi jrid peress illi l-Awtorita’ dwar it-Trasport iżżomm informazzjoni dwar vetturi rreġistrati. Nitlob l-Onorevoli Kollega jispeċifika preċiżament l-informazzjoni li għandu bżonn minħabba l-fatt li din it-talba hi tant estensiva li mhux vijabbli li tinġabar.

Malta Shooting Federation

Question

Billi fil-31 ta' Awissu 2006 fil-gazzetta "The Times" dehret aħbar illi l-Malta Shooting Federation bagħtet tfal taħt l-eta' skond il-liġi jisparaw barra minn Malta u billi din is-sena reġa' sar l-istess u billi dawn għandhom anqas mill-eta' permessa bil-liġi, anke issa kif emendata (under 16), x'passi ħa l-kummissarju tal-pulizija kontra min qed jikser il-liġi billi jitħalla jittrejna hawn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-artikolu tal-gazzetta msemmi mill-Onor. Interpellant, ġie rrapurtat li grupp ta' żgħażagħ Maltin ser jieħdu sehem f'kompetizzjoni ta' l-isparar fil-Junior Championships li kellu jsir ġewwa Sabbia D'Oro. Imkien ma kien irrapurtat illi dawn iż-żgħażagħ kienu qed jipprattikaw dan l-isport f'Malta. Barra minn hekk, bħal ma naħseb jaf l-Onor. Interpellant, għall-ewwel darba saru Regolamenti sabiex jirregolarizzaw dan it-tip ta' sport prattikat minn żgħażagħ ta' bejn l-erbatax-il sena u t-tmintax-il sena.

Institute of Health Care — Gradwati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati ta' l-institute of health care li ggradwaw is-sena l-oħra u għadhom ma sabux impjieg din is-sena s'issa? Kemm minn dawn iddaħlu mal-gvern u f'liema xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferija lill-Ministru kkonċernat. In-numru ta' gradwati ta' l-Institute of Health Care li ggradwaw is-sena l-oħra u li daħlu jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huma kif ġej: Diploma/BSc Nursing 104 BSc Radiography 21 BSc Environmental Health 1 BSc Occupational Therapy 4 BSc Medical Laboratory Technology 7

Universita' u MCAST — Riċerki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-budget ta' l-universita' u l-MCAST għar-riċerka din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-budget ta' l-Universita' għar-riċerka għas-sena 2006 huwa ta' Lm126,000. Informat ukoll li l-MCAST ma kellu l-ebda budget għal riċerka din is-sena minħabba li bħala istituzzjoni edukattiva u taħriġ għadha qed tiżviluppa biex tasal għall-livell ta' għoti ta' Degrees.
Leg 10 PQ #20894 Sitting 435 2006-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltin f'istituzzjonijiet ta' l-EU

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' Maltin li bħalissa qed jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-EU u xi grad għandhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 10 PQ #20895 Sitting 435 2006-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu lukandi kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip kienu u kemm kellhom sodod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sas-sena 2006 għalqu 38 lukanda li bejniethom jammontaw għal 6,938 sodda, u li l-kategoriji tagħhom ivarjaw minn ħames stilel sa guesthouse. Fl-istess żmien infetħu 19 il-lukanda ġdida li bejniethom jammontaw għal 5,437 sodda. F'dan il-każ ukoll il-kategoriji ta' dawn il-lukandi jvarjaw minn lukandi ta' ħames stilel sa hostel.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena, xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li din is-sena daħlu Malta 1501 immigranti rregolari, mqassma kif ġej: Jannar 0 Mejju 120 Frar 185 Ġunju 642 Marzu 0 Lulju 393 April 20 Awwissu 141 Fl-istess perijodu, ġew deportati 676 immigranti, li minnhom 405 kienu ġew Malta permezz ta’ dgħajjes.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid xi ħsara saret mill-immigranti illegali fil-postijiet ta' detenzjoni din is-sena u kemm se tiswa lit-tax payer Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-ħsara li saret mill-bidu ta’ din is-sena l’hawn (cioe’ sa l-aħħar ta’ Ġunju 2006) mill immigranti rregolari fil-postijiet ta’ detenzjoni taħt ir-responsabbilta tal-Forzi Armati ta’ Malta tinkludi tkissir ta’ toilets, showers, sinkijiet u madum tal-ħajt; ħsara fl-għamajjar tal-kmamar ta’ l-ikel u tal-klinika; tkissir ta’ aperturi, bibien u kanċelli; ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, ilma u elettriku; ħsara fis-sodo u saqqijiet u saħansitra anke ħsara fil-ħitan u table tennis. Il-ħsara li saret tammonta għas-somma ta’ Lm 10,272.

Regolamenti tal-kaċċa u l-insib

Question

Peress li kemm qabel kif ukoll wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni il-gvern wiegħed li r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib mhux se jinbidlu u dan bi ftehim ma' l-Unjoni Ewropea, għaliex issa l-Unjoni Ewropea qed tgħid li l-kaċċa trid tieqaf fir-Rebbiegħa u l-insib is-sena kollha? X'inhi eżattament il-pożizzjoni llum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 20064.

Buskett — Attivitajiet ta' Kant

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk humiex isiru attivitajiet ta' kant fil-miftuħ fil-Buskett, peress li dan qed jiġi reklamat kull ftit jiem? Kemm saru minn dawn il-kunċerti ġo dawn il-lokalitajiet? Jikkonferma li kellha ssir xi forma ta' attivita' tal-massa fil-Buskett gardens mill-gay organisation jew gay community ġo Malta? Jikkonferma li se jsir jew sar party ġo Popeye Village, limiti tal-Mellieħa? Jikkonferma li kull sena ssir attivita' tal-massa nhar l-Imnarja ġol-Buskett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda talba għal xi party ġewwa l-Buskett. Lanqas ma hemm xi talba simili mill-organizazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi matul din is-sena il-Pulizija kellha żewġ talbiet sabiex isir party fil-Popeye Village. Il-permessi għal dawn il-parties, li diġa' saru, inħarġu skond il-liġi. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, naħseb li kull Malti jaf bil-festi tradizzjonali li jsiru ġewwa l-Buskett fl-Imnarja.

Tigne'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dawl li hemm fuq barra ġo clock tower block fejn joqogħdu ex-residenti ta' Tigne' hux se jitħallas mill-gvern jew mir-residenti lokali? Tista' tgħid jekk xi ħsarat li hemm ġo dawn ir-residenzi hux se jiġu rranġati mill-gvern jew mill-MIDI?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-ħlas tad-dawl li hemm fuq barra tal-blokk li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-MIDI qablu li jsewwu xi ħsarat żgħar li kien hemm fir-residenzi ndikati. Ninsab infurmata wkoll li dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stat avanzat.

Tigne' — Clock Tower Block

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' clock tower block Tigne' ma jistgħux jużaw il-lift li hemm fil-block u li huwa lest?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-lift tal-blokk li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jistax jintuża għax ħadd mir-residenti ma jrid jieħu responsabbilta' ta' dan il-lift u t-telephone stallat fih.

Tigne — Clock tower Block

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ir-residenti ta' clock tower block Tigne' ingħataw parking space ta' karozza waħda meta fil-fatt skond il-kuntratt kellhom ikollhom tnejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-iskrittura privata li l-inkwilini tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant iffirmaw flimkien mad-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' tad-Djar jirriżulta li fil-fatt l-inkwilini kellhom jiġu allokati garage space wieħed fl-ispazju komuni għal dan il-għan.

Tigne' — Clock Tower Block

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-social housing għadu ma bagħatx għar-rappreżentanti tar-residenti tal-clock tower block li ġew maħtura kif mitlub mid-dipartiment fil-15 ta' Mejju 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-laqgħa li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant mistennija ssir fil-futur qarib.

Għajnuna lil Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sajjieda full-time jingħatawx għajnuna mill-gvern kemm-il darba l-qoxra tiġrilha ħsara mill-maltemp? Jekk iva, kemm ingħata kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Għaliex sid il-Lanċa MFA 1101 għadu ma ngħata xejn, sentejn wara li għerqet u għaliex il-Ministru ma jridx jagħti appuntament lil din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma teżisti l-ebda skema fissa li tagħti għajnuna mill-Gvern għall-ħsara li tkun saret bil-maltemp. Normalment, meta jkun hemm ħsara kkawżata mill-maltemp isiru applikazzjonijiet ad hoc u jekk jiġu milqugħa jista' jsir ħlas ex gratia. Fis-settur tas-sajd fl-aħħar għaxar snin ma sar l-ebda pagament. Sid il-lanca MFA 1101 kellu kuntratt ta' għajnuna taħt il-Pre Accession Aid Programme ta' Lm 20,000. Minn dawn ingħata Lm 5,000 mal-kuntratt u ma sarux ħlasijiet aktar għaliex meta kien ġab il-bastiment tiegħu MFA 1101 ma kienx laħaq irreġistrah mat-Taqsima tas-Sajd u ma' l-Awtorità Marittima qabel ma għereq. Sid din il-lanċa għamel talba għal pagament ieħor taħt din l-iskema biex ikun jista' jagħmel depożitu fuq bastiment ieħor biex jirrimpjazza dak li għeriqlu. Din it-talba qed tiġi kkunsidrata.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-immigranti illegali li waslu Malta f'dawn l-aħħar ħames snin ingħataw refugee status? Kemm minn dawn baqgħu Malta u kemm ilhom hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru totali ta' persuni li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati mill-1 ta' Jannar 2001 sad-19 ta' Lulju 2006 huwa 174. Fl-istess perijodu kien hemm ukoll 1,814 persuna li ngħataw protezzjoni umanitarja. Iċ-ċertifikat ta' status ta' refuġjat ikun għal tliet snin. Dak ta' status umanitarju jkun għal sena. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ma għandux il-kompitu legali li jara kemm minn dawn il-persuni jibqgħu hawn jew le.