Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji din is-sena? X'kienet l-eta' u s-sess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija 19 il-każ ta' suwiċidju. Minn dawn, 15 kienu rġiel u 4 kienu nisa, filwaqt li l-eta' kienet tvarja bejn l-20 u t-82 sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru kollużjonijiet mill-ambulanzi tal-gvern din is-sena? Kemm minn dawn saru waqt li fihom kien hemm pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm ħames kollużżjonijiet mill-ambulanzi tal-Gvern iżda ma kienx hemm pazjenti fl-ambulanzi meta saru l-kollużżjonijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi din is-sena u x'kienet il-kawża tal-mewt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, l-imwiet traġiċi rrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt:
Kawża tal-mewt
Numru ta’ Persuni
Overdose
5
Inċidenti tat-traffiku
8
Suwiċidju
19
Inċidenti fatali oħra
18
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu ħaddiema tad-dipartiment fuq ix-xogħol din is-sena u kif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita li weġġgħu fuq ix-xogħol matul din is-sena kien ta' 98.
Il-korrimenti ta' dawn il-ħaddiema kienu varji.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern għal bini illegali li hawn ħdejn il-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li appena jirriżulta illi tali żvilupp huwa illegali, l-Awtorità tà Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanjar (MEPA) tinnotifika b' avviż ta' twettieq skond l- att numru 1 ta' 1992 dwar l-Ippjanar tal- Izvilupp, kemm kontra l-okkupant u kemm kontra sid tà l-art.
Bħal ma jiġri f' każi simili, jingħata żmien biex jiġi eżawrit il-proċess kollu tà ppjanar u appena jiskadi t- terminu imħolli mill-liġi għal dan il- għan. Għaldaqstant dak il-bini (allegatament) illegali li jinstab ħdejn il-baħar ikun meqjus bħala kwalunkwe bini illegali ieħor madwar Malta.
L-Awtorita` flimkien mal-
Government Property Divison
fil Ministeru tal-Gustizja u l-Intern regolarment jagixxu biex jitneħħa dan it-tip ta' żvillupp.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li twaqfilhom ir-relief din is-sena u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li numru ta' persuni li għal xi raġuni ma baqgħux intitolati għall-Għajnuna Soċjali matul din is-sena kien 3,015.
Ir-raġunijiet għaliex ma' baqgħux intitolati għal din l-Għajnuna kienu:
Impjieg
Mewt
Safar
Waqfien mir-reġistrazzjoni fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru ta' l-ETC
Mezzi jew kapital eċċeda l-limitu preskritt
Ikkwalifikaw għall-pensjoni
Ma baqgħux kap tal-familja jew jiffurmaw parti minn dik il-familja
Spiċċaw mill-programm kontra l-abbuż mid-droga jew mill-alkoħol
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tad-dipartiment tas-saħħa li rriżultaw fil-pożittiv għall-marda tat-tuberkulożi din is-sena u xi grad għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkollu sodod l-isptar Mater Dei? Kif se jkunu mqassma f'kull speċjalita' u kif jikkompara dan ma' St. Luke's? X'se jsir minn St. Luke's wara li jinfetaħ l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Speċjalita
St. Luke's Hospital
Mater Dei
General Medicine
244
215
General Surgery
160
144
Cardiac Service
34
37
Paediatrics
70
83
Orthopaedics
66
68
Critical Care
18
20
Infectious Diseases
22
24
Obstetrics & Gynae
128
94
NSU
12
18
Urology
26
36
ENT
24
18
Burns & Plastics
6
12
Opthalmic
17
10
Psychiatric Ward
11
15
Observation Ward
0
10
Total (In-Patients)
838
804
Day Beds
63
107
Peress li xi servizzi ta' l-Isptar San Luqa bħal physiotherapy, prosthetics etc., għalissa m'humiex sejrin ġewwa Mater Dei, id-deċiżżjoni finali għadha ma ttieħditx.
It-tnaqqis fin-numru ta' sodod fis-swali tal-Mediċina u l-Kirurġija huwa dovut għall-fatt li fil-Mater Dei ma hemmx inklużi s-sodod ta' rijabilitazzjoni kuntrarju għan-numru ta' sodod f'San Luqa.
Minn naħa l-oħra hemm żieda qawwija fid-Day Beds.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ajruplani tal-gwerra fl-ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu u kemm minn dawn niżlu Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul din is-sena kien hemm total ta’ 313 ajruplan militari li daħlu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u minnhom 102 niżlu Malta.
In-nazzjonalitajiet kienu varji, u cioe` : Italy, USA, France, Tunis, Algeria, Libya, China, Serb/Mont, Germany, Russia, Macedonia, Turkmenistan, Greece, Mozambique, Spain, UAE, Gabon, Oman, UK, Canada, Uruguay, Brazil, Ethopia, Netherlands, Croatia, Pakistan, Serbia, Saudi Arabia, Kazakhstan, Portugal, Botswana, Turkey, Bulgaria, Sudan, South Africa, Poland, Morocco, Sweden, United Nations, Egypt, Denmark, Philipinnes, Switzerland, Colombia, Syria, Venezuela, Mali, Ireland, Rep Of Korea, Luxembourg, Angola
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli qabbdu nies jaħdmu bla permess din is-sena u x'weħlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena 2006, il-Qorti sejħet żewg seduti dwar il-każijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, kif jidher hawn taħt:
2006
April
Gunju
Nru ta' każijiet ippreżentati
30
20
Każijiet mirbuħa mill-ETC
1
0
Każijiet mitlufa mill-ETC
1
0
Każijiet irtirati
8
7
Każijiet differiti
20
13
Multi li tħallsu
Lm 175
Lm100
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li ngħataw sentenza sospiża din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' l-offiżi kommessi minn kull persuna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali taw mitejn u tmintax-il (218) sentenza sospiża.
Mitejn u tlieta (203) mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali u ħmistax (15) mill-Qrati Kriminali Superjuri.
Infurmat ukoll illi Kien hemm sebgħa (7) persuni li ngħataw sentenza sospiża mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex).
Id-dettalji ta' l-offiżi kommessi minn kull persuna jinsabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-qasam turistiku llum? Kemm minn dawn huma full-time? Kif kien jikkompara dan kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li skond l-aħħar statistika tal-NSO, f'April ta' l- 2006 kien hemm 9,032 full-time u 8,150 part-time jaħdmu fis-settur turistiku (hotels and catering).
Minn ċifri ta' l-aħħar ħames snin jidher li din hi l-ogħla rata ta' mpiegi kemm full-time kif ukoll part-time.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex diversi ħwienet f'Paceville qed jibqgħu miftuħa wara l-ħin ta' l-għeluq mingħajr azzjoni tal-pulizija? Kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati bħal dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħinijiet tal-ftuħ ta' postijiet kummerċjali ivarja skond il-genere ta' l-attivita' kummerċjali ġestita. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet fi stabilimenti kummerċjali ġewwa Paceville sabiex tivverifika li dawn ikunu qed joperaw skond il-liċenzja maħruġa mill-awtorita' regolatorja.