Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imħassra jew posposti operazzjonijiet din is-sena u għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għal perjodu ta' bejn Jannar u Awissu 2006 skond is-Surgical Operations Register, ta' l-Isptar San Luqa, kien hemm 36 intervent li ġew reġistrati bħala posposti jew ikkanċellati minħabba raġunijiet mediċi ( bħal Low PO2, sudden Medical problem, arrhythmias, etc) meta l-pazjent kien fis-sala operatorja. Minn dawn 12 kienu endoscopic interventions. Erba' listi ta' operazzjonijiet ġew posposti minħabba trapjanti ta' organi. Dawn ġraw f'ġurnata f'Awissu (11 -il pazjent) u jumejn fi Frar (8 pazjenti).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip huma l-armi miżmuma bil-permess illum u kemm huwa n-numru f'kull kategorija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant huwa dif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu armi antiki, artistiċi u partijiet ta' kollezzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema taċ-ċivil illum? Kemm ħadu sick leave bejniethom sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fil-11 t’Ottubru, 2006 kien hemm total ta’ 27,524 impjegat fil-Ministeri u d-dipartimenti tas-Servizz Pubbliku. Din il-figura tinkludi impjegati full-time, part-time, każwali, u b’kuntratt.
L-aħħar dettalji kompleti tas-sick leave li jkopru l-impjegati tas-Servizz Pubbliku huma dawk għas-sena 2005. Matul din is-sena, 27,752 impjegat ħadu total ta’ 212,272 ġranet sick-leave bejniethom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' rape jew indecent assault din is-sena? Fejn saru? X'eta' kellhom il-vittmi u ta' liema sess kienu?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20524, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet indikati mill-vittmi kienu jinkludu Ħaż-Żabbar, l-Isla, San Ġiljan, Marsa, San Pawl il-Baħar, Ħal Far, Gżira, Burmarrad, Żurrieq, Buġibba, Msida, Ħal Lija, B'Kara u l-Qawra. Mill-ħamsa u għoxrin vittma, tlieta kienu tas-sess maskil u tnejn u għoxrin kienu tas-sess femminil.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru hold-ups kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew solvuti kull sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
2002
2003
2004
2005
2006
(sal-25 ta’ Ottubru)
Numru ta’ rapporti ta’
hold ups
35
35
55
61
49
Numru ta’ rapporti ta’
hold ups
solvuti
15
6
14
7
10
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li l-unika mpjieg li għandhom huwa fuq kuntratt u/jew part-time illum? Kemm kienu għal kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li l-uniku impjieg li kellhom kien fuq kuntratt u/jew part-time huwa hekk:
Diċembru 2001 20,403
Diċembru 2002 22,893
Diċembru 2003 24,558
Diċembru 2004 27,112
Diċembru 2005 30,128
Mejju 2006 31,584
Informat ukoll li l-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' Mejju 2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu irrapportati nieqsa persuni din is-sena? X'eta' kellhom? Ta' liema sess kienu? Kemm kienu barranin u x'kien l-esodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, kien hemm 232 persuna li kienu ġew irrapurtati lill-Pulizija bħala nieqsa. L-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sentejn u l-erbgħa u tmenin sena. Minn dawn, 121 kienu tas-sess maskil u 111 kienu tas-sess femminil, filwaqt li 68 kienu barranin. Dawn kollha ġew rintraċċati ħlief għal tnejn, ta' nazzjonalita' barranija.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda eżatta dwar ir-reġistrazzjoni tal-mediċini llum? X'passi ħa biex ħafna mediċini li nqatgħu jerġgħu jiġu mportati bħal qabel u x'passi ttieħdu biex il-prezz jonqos?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjonijiet ċentrali ta' prodotti mediċinali ikopru wkoll lill-Malta. Malta qegħda tissieħeb fis-sistema ta' għarfien reċiproku bħala Stat Konċernat kull meta l-applikanti jinkludu lil Malta f'din il-proċedura. Barra minn hekk qegħdin ukoll fis-seħħ is-istemi ta' importazzjoni parallela u ta' awtoriżżazzjoni skond l-Artiklu 126a tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001Dwar il-kodiċi tal-Kommunita' relatata ma prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, u emendi oħra li ġew wara. Ir-reġistrazzjoni tal-prodotti li kienu fuq il-lista ta' deroga u li applikaw għall-reġistrazzjoni qegħda fl-aħħar fażi tagħha u għandha sa l-aħħar ta' din is-sena biex tiġi kompluta. Il-proviżżjonijiet li tagħti l-liġi Ewropeja biex prodotti mediċinali li m'humiex reġistrati u liema huma essenzjali jkunu jistgħu jiġu awtoriżżati, qegħdin jiġu applikati b'mod komprensiv.
Dawn il-miżuri qed jiġu applikati biex jiżdied in-numru ta' prodotti li jistgħu jitpoġġew fuq is-suq, partikolarment dawk il-prodotti li kienu fuq is-suq u li ma ġewx irreġistrati sa issa u anke tiżdied il-kompetizzjoni. Barra minn hekk qegħda tiġi introdotta sistema biex il-prezz massimu li jingħata lill-prodott mediċinali qabel dan jitpoġġa għall-ewwel darba fuq is-suq jiġi iffissat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas mid-dipartiment ta' l-immigrazzjoni din is-sena u għal liema pajjiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u d-9 ta' Ottubru ta' l-2006, inħarġu 48,404 visa, kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq abbużi sesswali fuq it-tfal din is-sena? X'eta' kellhom u x'eta' kellhom l-akkużati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti tnejn u tletin persuna fuq abbuż sesswali fuq persuni taħt it-tmintax il-sena. L-eta' ta' l-akkużati kienet tvarja bejn it-tmintax u t-tnejn u sittin sena, filwaqt dik tal-minuri kienet bejn is-sentejn u sbatax il-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra li jiġi ppubblikat paedofile register?
Response (BORG, TONIO)
Din il-proposta li saret minn diversi nies, qed tiġi kunsidrata flimkien mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Qed isir eżami ta' x'jiġri f'pajjiżi oħra, imbagħad tittieħed deċiżjoni tenut kont taċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Minn liema pajjiż kienu?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għal kaċċa kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li ħadu liċenzja tal-kaċċa fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
2002 612
2003 375
2004 333
2005 340
2006 58
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Resident permit
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni minn Repubbliki ta' l-ex Unjoni Sovjetika li għandhom resident permit illum? X'eta' għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 1,050 persuna minn diversi pajjiżi li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni Sovjetika li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap 258). L-etajiet ta' dawn il-persuni tvarja bejn 14 u 78 sena.
Dawn jinkludu l-konjugi/tfal ta' ċittadini Maltin, residenti permanenti, barranin li jaħdmu Malta bil-permess, oħrajn li jingħataw estensjoni tal-visa, studenti barranin eċċ. Mhux bilfors li dawn il-persuni li għandhom karta ta' l-identita' fil-fatt, qed jgħixu f'Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni l-ħabs illum? Kemm minn dawn huma repeated offenders u kemm-il darba? Kemm qegħdin hemm fuq arrest preventiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-13 ta' Ottubru 2006, in-numru ta' priġunieri kien ta' 360 li minnhom 249 huma sentenzjati, filwaqt li dawk taħt arrest hu 136.
Fir-rigward ta' repeated offenders, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20496.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' pensjoni li qed tingħata lil persuni li huma boarded out illum? Kif tikkompara dan ma dik li qed tingħata lil single mothers u l-unemployed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-rata sħiħa tal-Pensjoni Minima Nazzjonali għall-Invalidita' hi ta' Lm41.91 fil-ġimgħa għal persuna weħedha u Lm48.46 fil-ġimgħa għal koppja.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, tajjeb jiġi ċċarat li l-ħlas ta' Pensjoni għall-Invalidita' jiddependi mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali li persuna tkun ħallset, filwaqt li r-rati tal-Għajnuna Soċjali mħallsa lis-single mothers u l-Għajnuna Soċjali għad-Disimpjieg jiddependu mit-test tal-mezzi tal-familja kif ukoll minn numru ta' membri f'dik il-familja. Barra minn dan, persuna li tkun qed tirċievi l-Għajnuna Soċjali, kemm bħala single mother u kemm bħala disimpjegata, tista' tibbenefika awtomatikament għal benefiċċji mhux kontributorji oħra li ma jitħallsux awtomatikament mal-Pensjoni għall-Invalidita'.
Peress li l-Pensjoni għall-Invalidita' u l-Għajnuna Soċjali lis-single mothers jew għad-Disimpjieg jitħallsu a bażi ta' kriterji u skemi differenti, waħda kontributorja u l-oħra mhux kontributorja, ma nħossx li wieħed jista' jikkompara l-benefiċċji mħallsa taħt iż-żewġ skemi oġġettivament.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn unmarried mothers fuq ir-relief illum u kemm kien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 1996 sas-sena 2000 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22982 f'Seduta Numru 478 fil-Leġislatura preċedenti.
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub dwar is-snin 2001 sa' din is-sena hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni jattendu l-ischool girls mothers unit illum u kemm kien kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni jattendu l-iSchool Girls' Mothers Unit f'dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk:
Minn Jannar sa Diċembru:
2001 - 116
2002 - 131
2003 - 140
2004 - 153
2005 - 156
2006 - 147 tfajla tqal sa Ottubru
30 tfajla jattendu l-Mother and Baby Support Group
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru minħabba li kellhom ċertifikat mediku din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru għax ma ġewx jirreġistraw minn jeddhom (lapses) u li tħallew jerġgħu jirreġistraw minħabba li kienu koperti b'ċertifikat mediku kien ta' 2,418 għal perjodu ta' bejn Jannar u Awissu 2006.