Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mard tal-kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' cancers ġodda din is-sena u x'tip kienu? Kemm kellhom eta' dawn milquta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet tal-kanċer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer għall-2005 huwa ta' 1703 u fl-2004 huwa ta' 1716. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' każijiet irreġistrati għal għaxar tipi ta' kanċer l-iżjed komuni.

Sptar San Luqa — In-patient population

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-average in-patient population ta' l-isptar San Luqa kull ġimgħa għal din is-sena u f'liema dipartimenti kienu rikoverati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li ġiet miġbura mill-Hospital In-Patient Activity Reports li joħorġu ta' kull xahar fl-isptar San Luqa u li huma ibbażati fuq l-informazzjoni li tiġi rreġistrata fis-swali fuq l-Admissions, Discharges & Transfers module tal-Patient Administration System.

Single Mothers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers taħt is-16-il sena jew ta' 16-il sena li irreġistraw it-trabi tagħhom mal-pulizija/reġistru pubbliku din is-sena? Kemm ittellgħu rġiel il-qorti talli abbużaw minn dawn it-tfal din is-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija, għalhekk nissuġġerilu li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux disponibbli.

Gaming authority — Ispezzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-gaming authority din is-sena, fejn saru u kemm instabu irregolaritajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi bejn Jannar u Settembru 2006, saru 1,680 spezzjonijiet. L-ispezzjonijiet saru fid-Dragonara Casino, Casino di Venezia, Portomaso Casino, Oracle Casino, Bingo Deluxe, Fairplay Bingo, Preluna Bingo u Embassy Bingo. Apparti minnhekk, l-ispetturi jisspezzjonaw il-logħob li jaqgħu taħt il-lotterija nazzjonali u l-logħob minn distanza. Matul il-perjodu msemmi, instabu sitt irregolaritajiet. Fil-biċċa ‘l kbira dawn ġew irrapurtati lill-Pulizija Eżekuttiva. L-ispezzjonijiet ma jinkludux ħwienet b’liċenzja għall-kummerċ peress li dawn jaqgħu taħt l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u l-pulizija.

Gambling outlets

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn outlets fejn fihom jista' isir gambling illum? X'tip ta' logħob jista' jintlagħab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2006, in-numru ta’ outlets fejn fihom isir din l-attivita’ huwa 217. Dawn jinkludu 4 casinos, 5 commercial bingo halls u 208 lotto booths. Iċ-ċifra msemmija teskludi l-outlets fejn wieħed jorganiżża tombla bi skop mhux kummerċjali u lotteriji tad-dipartiment tal-lottu pubbliku.

Qtugħ ta' siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-qtugħ ta' siġar protetti din is-sena? X'tip kienu u kemm ġew approvati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena kien hemm erbgħin (40) applikazzjoni biex jinqalgħu xi siġar li kienu mħarsa bil-ligi. Dawn ġew ipproċessati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 12 ta’ l-2001. Minn dawn, inħareġ disgħa u għoxrin (29) permess biex jinqalgħu dawn is-siġar minħabba li kienu mħawlin ferm viċin il-bini u kienu qed jagħmlu ħsara strutturali. Is-siġar l-aktar li kienu mitluba biex jinqalgħu kienu s-Siġra taż-Żnuber (Pinus halepensis) u dik taċ-Ċipress (Cupressus sempervirerns). Tajjeb jingħad li għal kull siġra li tinqala’ hemm l-obbligu li jitħawwel għadd ta’ siġar oħra skond kif regolat minn Guidelines on Trees, Shrubs and Plants for Planting and Landscaping in the Maltese Islands li huwa aċċessibli ukoll mis-sit elettroniku ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Minbarra hekk, kien hemm ukoll tnejn u erbgħin (42) applikazzjoni għall-qlugħ ta’ siġar b’konnessjoni ma’ applikazzjonijiet ta’ l-iżvilupp. Is-siġar kienu: lewż – 2; żebbuġ – 64; ċipress – 35; deru – 15; bruk – 20; ħarrub – 13; żnuber – 56; palm – 13; rand – 51; rummien – 23; ġummar – 40; tin – 9; tut – 1; riħan – 3. Ta’ min jgħid li f’kull każ, il-permessi biex jinqalgħu s-siġar imħarsa bil-ligi jinħargu biss wara li tinkiseb l-awtorizazzjoni bil-quddiem mingħand id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, dejjem skond l-Avviz Legali fuq imsemmi, jiġifieri A.L. 12 ta’ l-2001.

Azjendi

Question

Jista' il-Ministru jelenka l-azjendi li naqqsu l-ħaddiema s-sena l-oħra u din is-sena u x'tip ta' xogħol għamlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li lista tat-tip ta' xogħol ta' l-azjendi li kellhom 'turnover' ta' ħaddiema (fejn itterminaw jew ingaġġaw ħaddiema) hu kif jidher fil-lista li ser inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.

Armata — Xogħol konness ma' immigranti irregolari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata minħabba xogħol konness maż-żamma ta' immigranti irregolari din is-sena u kif intnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-ispiża li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena fuq l-immigranti rregolari hija ta’ Lm1,649,463 (nofshom pagi). Din is-somma hi mqassma kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Żeffiena Erotiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jaċċerta lill-Kamra li fost iż-żeffiena erotiċi (pole dancers) li hemm ġo stabilimenti Paceville m'hemmx tfal taħt is-16-il sena? Kemm saru spezzjonijiet mill-pulziija biex jiġi żgurat dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet fi stabilimenti kummerċjali ġewwa Paceville sabiex tivverifika li dawn ikunu qed joperaw skond il-liċenzja mill-awtorita' regolatorja. Minn dawn l-ispezzjonijiet ma rriżultax li kien hemm xi abbuż kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Range tal-Bidnija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-range tal-Bidnija hijiex konformi mar-regolamenti għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u jekk le x'se jsir biex tiġi konformi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-range ta’ l-isparar fil-Bidnija bdiet topera fl-1977 b’liċenzja tal-pulizija u għaldaqstant dak iż-żmien ma kinux fis-seħħ il-linji gwida dwar aċċess għal kulħadd.

PSC — Impjegati tas-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taċ-ċivil quddiem il-PSC illum? Għaliex u ta' liema grad u dipartiment huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tlettax-il każ li huma pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew ħaddiema taċ-ċivil din is-sena u għaliex? Minn liema dipartimenti kienu u xi grad kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 20526 u nżid ngħid illi l-gradi tat-tlett uffiċjali li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku kienu dawn li se nsemmi hawn taħt : Grad Dipartiment Raġuni Watchman Xogħolijiet Traffikar illegali ta’ persuni General Hand Forzi Armati ta’ Malta omiċidju Labourer Agrikultura Repetuttament abbuża mis- sick leave

Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw nies għax-xogħol din is-sena? Kemm ġew redundant nies mix-xogħol fl-istess perijodu u f'liema qasam tax-xogħol kienu jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Awissu 2006, kien hemm 2,356 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba fuq l-ewwel parti tar-reġistru. Fl-istess perjodu ġew issensjati 1,573 persuna. Ser inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema qasam tax-xogħol kienu qed jaħdmu. Informat ukoll li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta’ Awissu 2006.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu Malta llum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ħarġu permessi kull sena fl-istess żmien u minn liema pajjiż kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-prezent in- numru ta' barranin li għandhom permess biex jaħdmu Malta hu kif ġej ; Ċittadini mill-Unjoni Ewropea 2092 Ċittadini ta' pajjiżi barra mill EU 3440 Refuġjati 115 Ċittadini bi protezzjoni temporarja 563 Persuni barra mill-EU miżżewga lil persuna mill-EU 10 *Asylum Seekers 43 * Asylum Seekers : Persuni min Barra l-EU li qegħdin fil-proċess li japplikaw biex ma jkunux bħala refuġjati. Il-KXT tista’ tagħti biss informazzjoni minn Awissu 2005. Qabel din id-data, l-permessi kienu joħorgu mill-Ufficju tal-Immigrazzjoni. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru n-numru ta’ permessi li ħargu mill- : 1 ta’ Awissu 05 sat-30 ta’ Dicembru 05 1 ta’ Jannar 06 sat-30 ta’ Settembru 06

Persuni b'diżabilita' — Tax free cars

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tax free cars for disabled persons illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq karozzi għal persuni b'diżabilita' tinħareġ mill-Ministeru tal-Finanzi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Imħallfin u maġistrati — Sick leave

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħadu sick leave l-imħallfin u maġistrati bejniethom din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba n-natura tax-xogħol tal-membri tal-Ġudikatura, qatt ma kienet prattika li jinżamm rendikont tal-ġranet li l-Imħallef jew Maġistrat ikun ma jiflaħx.

Tobba — Sick leave

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħadu sick leave it-tobba din is-sena u xi grad għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja: JIEM House Officers 417 Sn House Officers 624 General Practitioners 515 Medical Officers 207 Sn Medical Officers 32 Principal Medical Officers 7 Registrars 161 Sn Registrars 171 Consultants 96