Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar mid-diversi dipartimenti tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' hit and run din is-sena? Kemm ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija disa' każi fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra, li minnhom s'issa seba' ġew solvuti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija fuq ix-xogħol din is-sena? Kemm minn dawn weġġgħu wara li ġew aggrediti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta' l-2006, kien hemm 111 membru tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt li kienu duty. Minn dawn 29 kien waqt li ġew aggrediti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq mill-qorti, kunsilli lokali, għases jew depot tal-pulizija din is-sena u x'insteraq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi ta' serq mill-Qorti, mill-Kunsilli Lokali, mill-għases jew depot tal-Pulizija li ġew irrapurtati lill-Pulizija matul l-2006, kienu s-segwenti:
Lm36 u camera tar-ritratti, mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard.
Lm500, medalja kommemorattiva, digital camera u mobile phone, mill-Kunsill Lokali ta' Floriana.
Handbag li kien fih kontenut personali, fosthom Lm20, mobile phone minn ġewwa l-binja tal-Qorti.
Serq ta' envelope li kien fih Lm123 minn uffiċċju ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Dwar dan il-każ persuna kienet akkużata quddiem il-Qorti.
Electric drill u xi għodda ta' l-idejm minn ġewwa l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra.
Lm277 u cheque book mill-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Lm328, ċekkijiet lokali, medalji (ġieh il-Fgura) u safe mill-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Wallet b'li kien fih Lm80 u oġġetti personali, minn ġewwa l-binja tal-Qorti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Direct Orders li ngħataw din is-sena hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk ix-shooting range tal-Bidnija hijiex konformi mal-liġi li tagħti aċċess għall-persuni b'diżabilita' ġo enti pubbliċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex tara li post miftuħ għall-pubbliku jkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni b’diżabilita’, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’:
· teżamina l-pjanti tal-post li jiġu riferuti lilha mill-MEPA;
· tispezzjona l-post indikat mill-MEPA biex jinħareġ compliance certificate;
· tinvestiga rapporti li jsirulha dwar nuqqas ta’ aċċessibilita’.
Ninsab infurmata li, s’issa, l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qatt ma kien suġġett ta’ referiment mill-MEPA u lanqas ta’ xi rapport jew ilment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' pedofelija din is-sena u x'weħlu f'kull kas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2006, kien hemm 37 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq minorenni. Minn dawn, s'issa, għaxra kellhom il-każ tagħhom deċiż, fejn tlieta ġew mogħtija sentenza ta' priġunerija, sitta ġew mogħtija sentenza sospiża, u wieħed kellu l-każ dikjarat proċediment eżawrit. Il-proċeduri kriminali fil-konfront tal-kumplament għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn players tal-football barranin illum? Minn liema pajjiżi huma u f'liema diviżjoni jilagħbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport jaf b'46 player li intalab work permit għalihom. Dawn ġejjin mill-Albanija, Bulgarija, Brazil, Cameroon, Congo, Nigeria, Rumanija, Serbia u Somalja. Dawn il-players jilgħabu fil-kampjonati tal-Malta FA (Premier u First Division) kif ukoll fil-Gozo FA (First Division).
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tajr mejjet jew ferut li waqgħu f'idejn id-dipartiment din is-sena? X'tip kienu, kemm fiequ mill-feriti li ġarrbu u ntelqu? Kemm kellhom jinqatlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif kelli l-opportunità li ninforma lill-Onorevoli Membru drabi oħra, id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma jżommx fil-pussess tiegħu ebda għasfur, ħaj jew mejjet, kemm protett kif ukoll li mhuwiex.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu part-time mal-gvern? X'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hawn 380 persuna li jaħdmu fuq bażi part-time fis-Servizz Pubbliku. 317 minnhom qegħdin fi grad part-time, filwaqt li 63 qegħdin duq kuntratt part-time.
Dettalji tax-xogħol li jagħmlu dawn il-persuni jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru jew ġew rappurtati reati f'Paceville u fil-madwar din is-sena? X'tip ta' reati kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2006, il-Pulizija kellha rapporti dwar 467 reati li jidhru li seħħew ġewwa Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta' offiżi, offiżi fuq il-persuna, ħsara volontarja, offiżi relatati ma' droga, falsifikazzjoni, offiżi relatati ma' immigrazzjoni, offiżi sesswali, serq u ksur ta' buon ordni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi minn kull health centre din is-sena lil persuni li jabbużaw mid-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-total ta' siringi li tqassmi lil persuni li jabbużaw mid-droga minn kull health centre bejn Jannar u Ottubru tas-sena 2006 hu kif ġej:
Health Centre
Siringi li tqassmu
Furjana
32369
Ħal Qormi
11056
Gżira
36510
Raħal Ġdid
55300
Bormla
21400
Mosta
17951
Rabat
5171
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones din is-sena u kemm minnhom ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija li nsertqu 1,719 mobile phones.
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli taħt forma ta' statistika kompjuterizzata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tjur miżmuma llum mid-dipartiment ta' l-ambjent wara li nġabru minħabba l-biża tal-bird flu? Issa li għadda kollox, meta se jerġgħu jintelqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' tjur li qegħdin jinżammu ġewwa Fort Delimara huwa 313.