Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa’ Diċembru 2006 inqatgħu 1,391 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Minn dawn il-1,391 persuna, 180 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 862 irrifjutaw opportunita ta’ xogħol, filwaqt li 349 persuna rrifjutaw opportunita ta’ taħriġ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol illum u x'degree għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta’ Ottubru 2006, kien hemm 82 persuni gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti.
Informazzjoni dwar x'kienet d-degree tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nisa self-employed illum u jista' jagħti breakdown tax-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu Self-Employed Full Time huwa ta’ 2,355.
It-tip ta’ xogħol kienu qed jaħdmu huwa dan :
Informat li l-aħħar statistika ippubblikata hi dik ta’ Lulju 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu l-ischool girl's mother unit illum u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar 2006 daħlu 171 każ ġdid. Bħalissa 32 tfajliet tqal minnhom jattandu għal program 3 darbiet fil-ġimgħa. 30 tfajla oħra jattendu darba fill-ġimgħa l-mother and baby support group. L-oħrajn jattendu kollha għal counselling.
Informat li dan is-servizz ilu sa minn 2002 magħruf bħala Unit Għożża.
Tista' il-Ministru telenka u tikkwantifika l-għajnuniet li għalihom single mother taħt is-16-il sena u dik fuqhom hi eliġibbli mid-dipartiment? Kemm hu n-numru ta' persuni f'kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20620 f'Seduta Numru 429.
Irrid inżid li l-eliġibilita' u l-ammont dovut bħala benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, lill-kategorija ta' persuni ndikata mill-Onor. Interpellant, jiddependu minn diversi fatturi, fosthom, it-test tal-mezzi, in-numru ta' persuni fil-familja, l-kundizzjoni medika, eċċ. Għalhekk mhux possibli li wieħed jikkwantifika l-ammont ta' benefiċċju dovut b'mod ġenerali.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni Maltin u barranin li għal xi raġuni ma jattendux klassijiet tar-Religion fl-iskejjel tal-gvern din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li għal xi raġuni ma jattendux klassijiet tar-Reliġjon fl-iskejjel tal-gvern din is-sena skolastika 2006/07 huwa hekk :
In-numru ta' Maltin In-numru ta' Barranin Total
380 204 584
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' bullying fl-iskejjel tal-gvern din is-sena? F'liema skejjel saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' rapporti ta' bullying fl-iskejjel f'din is-sena skolastika 2006/07 kien ta' 48. Informat li fill-każijiet kollha kien hemm intervent mill-anti-bullying team, mill-Guidance and Counselling team fl-iskejjel sekondarji u mill-amministrazzjoni ta' l-istess skola.
Informat ukoll li ma jistgħux jingħataw l-ismijiet ta' l-iskejjel minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' serq minn skejjel din is-sena? X'insteraq u f'liema skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kazi ta' serq minn skejjel ta' l-Istat li ġew irrapurtati matul din is-sena kien ta' 9. It-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tispjega fid-dettal mill-liema skejjel sar is-serq, id-data u x'affarijiet insterqu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hawn każi ta' domestic violence din is-sena? Kemm hawn nisa jgħixu ġo shelters għal dan l-iskop? Kemm kien hawn din is-sena u kemm kien in-numru ta' tfal? X'inhu jagħmel il-gvern biex flok ikollha titlaq il-mara mid-dar jitlaq ir-raġel ġo shelter ta' l-irġiel, dejjem jekk ikun hemm raġuni valida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Novembru 2006 kien hemm 403 każ ta’ vjolenza domestika rappurtati lill-Aġenzija Appoġġ.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta’ nisa u tfal jgħixu f’shelters għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, immexxija mill-imsemmija Aġenzija matul l-istess perijodu, kien 42 u 43 rispettivament.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi fil-Kodiċi Kriminali konnessi mal-vjolenza domestika, li ġew fis-seħħ kmieni s-sena l-oħra, jipprovdu għall-ħruġ mill-Qorti ta’ Ordni ta’ Protezzjoni. Fost ħwejjeġ oħra, Ordni ta’ Protezzjoni tinħareġ biex tipprojbixxi jew tirristrinġi l-aċċess mill-akkużat ġewwa fond fejn il-persuna offiża jew xi persuna oħra speċifikata fl-Ordni tkun qed tgħix, anki jekk l-akkużat ikollu nteress legali f’dak il-fond. Dan il-provediment sar propju biex jindirizza l-każijiet fejn, meta l-vittma tkun mara, ġeneralment kien ikollha titlaq mid-dar konjugali hi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jew jagħti lista ta' oġġetti rrapportati mitlufa u misjuba u mogħtija f'idejn il-pulizija din is-sena? X'isir mill-oġġetti li ma jinġabrux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-oġġetti misjuba u ikkonsenjati lill-Pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi f'każ fejn is-sid ma jkunx magħruf tkun segwita il-proċedura skond ma jipprovdi l-artikolu 564 ta' Kap 16 tal-Liġijiet ta' Malta.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew evicted persuni minn residenzi li kienu qed jokkupaw illegalment din is-sena? Kemm hu n-numru ta' djar jew proprjetajiet oħra okkupati illegalemnt illum? Kemm kien in-numru ta' każi ta' illegal entry li ġew irregolarizzati din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li din is-sena, sal-lum, ma sar ebda sgumbrament mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ta' persuni li okkupaw ir-residenza tagħhom mingħajr titolu.
Peress li l-infurzar tal-ħlas tal-kera u l-okkupar illegali ta' postijiet residenzjali tal-Gvern jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, u għalhekk id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija. Madankollu, ninsab infurmata li Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jinvestiga numru ta' każijiet dwar postijiet li, prima facie, jidher li huma okkupati mingħajr titolu validu u għalhekk jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri ta sgumbrament.
Ninsab infurmata wkoll li, b'esklużjoni ta' każijiet fejn intalab u ngħata rikonoxximent f'isem inkwilin ġdid wara l-mewt tar-raġel, il-mara, ġenitur jew qarib, din is-sena kien hemm sitt każi ta' persuni bla titolu li ġew regolarizzati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' sajd illegali irrapportati lill-ministeru din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li filwaqt li saru seba' rapporti ta' sajd illegali matul is-sena 2006, fil-maġġoranza tagħhom l-informazzjoni neċessarja, bħal x'bandiera qed itajjar il-bastiment, l-isem jew in-numru tiegħu, u l-kulur tal-bastiment tas-sajd, ma ingħatatx u allura kien impossibbli biex wieħed jieħu xi azzjoni.
Żewġ każi li qed tittieħed azzjoni fuqhom jirrigwardaw sajd illegali ta' Malti fuq il-lampuki u sajd illegali minn bastimenti tas-sajd Franċiżi. Fuq dawn il-każijiet id-Diviżjoni ngħatat l-informazzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' attakki vjolenti u verbali fuq għalliema jew ħaddiema tad-dipartiment din is-sena u x'kien l-eżitu ta' kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tul din is-sena skolastika (2006/2007) s'issa kien hemm sitt inċidenti fejn xi studenti /ġenituri aggredixxa xi għalliem/a u tliet inċidenti fejn tliet ħaddiema tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġew aggrediti. F'kull każ ittieħdu l-passi dixxiplinari meħtieġa, inkluż passi bil-Qorti fejn kien il-każ. F'każijiet ta' disubbidjenza u każijiet fejn studenti jirrispondu b'mod żbaljat lill-għalliema ttieħdu l-passi mill-iskola fuq il-mertu ta' kull każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza din is-sena u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta matul din is-sena huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-ħabs illum? Kemm hemm nisa, kemm irġiel u kemm minnhom huma Maltin? Kemm minnhom qegħdin fuq arrest preventiv? Kemm huma repeated offenders u għal kemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-7 ta' Diċembru 2006 kien hemm tlett mija u tnejn u tmenin (382) persuna miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. It-tagħrif dwar dawk sentenzjati, dawk taħt arrest u dawk li huma repeated offenders hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru maħfriet presidenzjali din is-sena? X'kien ir-reat f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-maħfriet presidenzjali li ngħataw bejn Jannar u Novembru 2006 kienu kif ġej:-
49 - Penali tal-Qorti dwar returns tal-VAT mhux sottomessi jew sottomessi tard
2 - Interdizzjoni ġenerali u perpetwa
1 - Sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan
1 - Tnaqqis fiż-żmien ta' sentenza sospiża
1 - Sentenza tal-Qorti (persuna żbaljata)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-qorti talli wettqu atti indiċenti fil-pubbliku din is-sena? Ta' liema sess kienu u x'eta' kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kien hemm 94 persuna, li minnhom 49 kienu rġiel u 45 nisa, li tressqu l-Qorti fuq akkużi li kienu jinkludu atti indiċenti fil-pubbliku. L-eta' tagħhom kienet tvarja bejn il-15 u t-72 sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' reġistrati llum? Tista' tagħti breakdown tat-tip ta' diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, skond ir-reġistru ta' persuni b'diżabilita' miżmum mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.