Qrati — Impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħebbew għall-impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 9 persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta' ħebb fuq impjegati tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones is-sena l-oħra u kemm ġew ritornati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija li nsterqu 1,942 mobile phones.
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu nies traġikament is-sena l-oħra? X'kienet il-kawża tal-mewt u x'eta' u x'sess kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena 2006 kien kif ġej:
Kawża tal-mewt
Irġiel
Nisa
Total
Inċidenti tat-traffiku
11
0
11
Suwiċidju
20
4
24
Overdose
4
2*
6
Oħrajn
20
8
28
*Il-kawża tal-mewt f'każ minnhom għad trid tkun konfermata.
L-eta' tal-vittmi kienet bejn is-sentejn u t-tlieta u tmenin sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar kemm ħarġu Direct Orders fis-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm ingħataw flus f'relief u għajnuniet oħra s-sena l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' single mothers li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali preżentement hu 1,879 u li matul l-2006 din il-kategorija ta' persuni rċevew Lm3,571,780.63 f'Għajnuna Soċjali, allowances u benefiċċji oħra mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti konnessi ma' reati fuq droga s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, l-Skwadra ta' kontra d-Droga tal-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 429 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 116 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga. Minn dawn 115 kellhom il-każ deċiż mill-Qorti, fejn wara li nstabu ħatja ġew mogħtija sentenzi li kienu jinkludu priġunerija, sentenzi ta' ħabs sospiżi, multa u kondizzjonijiet taħt Kapitolu 446.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi jew vetturi s-sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu ġodda u ta' liema tip kienu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' vetturi impurtati f'Malta. Id-Direttorat tal-Liċenzji jżomm informazzjoni fuq vetturi li jiġu reġistrati u liċenzjati biex jintużaw fit-triq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 kien hemm 102 persuna, li bejniethom tressqu l-Qorti 730 darba fuq akkużi ta' tlajjar għall-skop ta' prostituzzjoni, filwaqt li sitt persuni oħra tressqu l-Qorti fuq akkużi li għexu minn qliegħ ta' prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija fil-każi deċiżi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel privati u kemm minnhom għollew il-miżata s-sena l-oħra u b'kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' skejjel Privati huwa ta' 31.
Informat ukoll li s-sena l-oħra 11 il-skola Privati nformaw lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-liġi fir-rigward ta' xi żieda fil-miżati. It-tagħrif mitlub dwar iż-żieda fil-miżati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single parents illum u kemm hawn tfal jgħixu ġo single parent families?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita’ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment tas-Siġurta’ Soċjali jżomm statistika dwar il-persuni li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal. Skond din l-istatistika hawn 7,013 persuna klassifikata bħala single parent li qed jirċievu l-imsemmija allowance dwar 10,193 tifel u tifla.