Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Permessi għal bini ta' housing units

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda għal bini ta' housing units kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' units kienu u fejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni mpjegati maċ-ċivil illum? Fejn jaħdmu u xi grad għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hawn 29,242 persuna mas-Servizz Pubbliku llum. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi t-total ta’ dawn l-impjegati maqsumim skond il-Ministeri, bin-numru ta’ persuni f’kull grad u f’kull Ministeru.

Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija illum? X'rank għandhom? X'sess għandhom f'kull rank u kemm ilhom fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: RankFil-preżentIrġielNisaAktar minn 25 sena servizz Kummissarju11-1 D/Kumm11-1 Ass. Kumm99-7 Supt242136 Spettur8069118 1/SM22-2 2/SM2925411 Surġent3012792228 Kuntistabbli1,3061,08721983

Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi u nassaba l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet 419 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Pulizija — Armi liċenzjati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati armi ġodda s-sena l-oħra u ta' liema tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-armi li ġew reġistrati għall-ewwel darba fis-sena 2006, kienu kif jidher hawn taħt: Air pistols102 Air rifles251 Machine guns4 Mortar1 Muzzle guns21 Pistols281 Paintball guns20 Rifles419 Shotguns363 Muskets6 Revolvers40 Harpoon guns269 Swords2

Posponiment ta' operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew posposti operazzjonijiet is-sena l-oħra u x'tip kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond is-Surgical Operations Register ta' l-Isptar San Luqa, kien hemm 83 intervent li ġew reġistrati bħala posposti għal raġunijiet mediċi matul 2006. It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru totali ta' operazzjonijiet li ġew ikkanċellati. Ir-raġunijiet prinċipali kienu: - Acute medical condition - High INR - Severe Bronchitis - Sudden arrhythmia - Un-cooperative patient - Difficult Intubation Year 2006 Operating Theatre Source: Surgical Operations Register Total number Postponed / cancelled SLH - Main 15 SLH - Orthopaedic 6 SLH - Endoscopy 22 KGH - Paediatric 10 KGH - Gynae 4 KGH - Ophthalmic 13 KGH - ENT 11 KGH - Gynae Minor Ops. 2 Fis-Surgical Operations Register, ma jiġux rekordjati textual description of operation ta' l-episodji posposti jew kanċellati għaliex dan jista jiġi ndikat bi svista bħala operazzjoni li saret (eg. TURP cancelled for acute medical condition).

Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi u nassaba liċenzjati u fejn joqogħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li għandhom liċenzja għall-kaċċa huwa ta' 11,929 filwaqt dawk għall-insib huwa ta' 4,616. Dawn huma residenti f'dawn il-lokalitajiet: Attard Għaxaq Marsa Naxxar San Pawl il-Baħar Żabbar Nadur Balzan Gudja Marsascala Paola Sta Luċija Ħaż Żebbuġ Qala Birgu Gżira Marsaxlokk Pembroke St Venera Żejtun San Lawrenz Birkirkara Ħamrun Mdina Pieta' Siġġiewi Żurrieq Victoria Birżebbugia Iklin Mellieħa Qormi Sliema Fontana Sannat Bormla Isla Mġarr Qrendi Swieqi Għajnsielem Xagħra Dingli Kalkara Mosta Rabat Ta' Xbieb Għarb Xewkija Fgura Kirkop Mqabba Safi Tarxien Għasri Żebbuġ Floriana Lija Msida San Ġiljan Valletta Kerċem Għargħur Luqa Mtarfa San Ġwann Xgħajra Munxar

Pulizija — Każi ta' arson

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru każi ta' arson is-sena l-oħra u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija kellha 123 ir-rapport ta' każi ta' ħruq mhux aċċidentali, f'dawn il-lokalitajiet: B'Kara Ħamrun M'Xlokk Pembroke St Luċija Żejtun B'Bugia Iklin Mdina Qormi St Venera Żurrieq Bormla Kalkara Mellieħa Qrendi Siġġiewi Kerċem Fgura Kirkop Mosta Rabat Sliema Nadur Għargħur Luqa Msida San Ġiljan Valletta Qala Għaxaq Marsa Naxxar San Ġwann Żabbar Xagħra Gżira M'Scala Paola San Pawl il-Baħar Ħaż Żebbuġ Żebbuġ

Postijiet tad-Divertiment — Tfal taħt l-Eta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm itellgħu persuni akkużati li daħħlu tfal taħt l-eta' ġo postijiet tad-divertiment is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 20 persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, uħud minnhom aktar minn darba, wara li kienu nstabu 56 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment. Fil-każi deċiżi s'issa, dawk misjuba ħatja, ingħataw multa.

Ħlas ta' VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma ħlasijiet ta' VAT is-sena l-oħra u x'kien ir-reat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2006, in-numru ta’ nies li ttellgħu l-Qorti fuq reati konnessi ma’ ħlasijiet ta’ VAT kien kif ġej: 1933 persuna reġistrata mad-Dipartiment tal-VAT ittellgħu minħabba li naqsu li jissottomettu d-denunzji rispettivi bi ħlas relattiv fiż-żmien stabbilit; 145 persuna reġistrata mad-Dipartiment ittellgħu minħabba li naqsu li jaderixxu ruħhom ma’ sentenzi mogħtija preċedentement mill-Qorti fil-konfront tagħhom rigwardanti ottemperanza ta’ sottomissjonijiet ta’ denunzji; 36 persuna oħra ttellgħu għaliex repetutament issottomettew denunzji tal-VAT mingħajr il-ħlas dovut; 72 individwi tressqu minħabba li kienu importaw u/jew daħħlu Malta illegalment prodotti suġġetti għal ħlas tal-VAT.

Tfal li tressqu quddiem il-qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li tressqu l-qorti s-sena li għaddiet u għaliex? X'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-2006, quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Malta) kien hemm 92 każ dwar ir-reati hawn taħt imsemmija. Hemm persuni li tressqu iktar minn darba matul is-sena. Dagħa u kliem oxxen fil-pubbliku4 Ferita ta’ natura gravi3 Ferita ta’ natura ħafifa9 Ħruq (Arson)2 Ħsara volontarja3 Inġurji / Insulti8 Ksur ta’ bon ordni12 Ksur ta’ diċenza pubblika2 Tlajjar għal prostituzzjoni7 Pussess ta’ droga2 Serq12 Sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja20 Stupru1 Tipjip f’post ipprojbit7 Total92 L-informazzjoni dwar Għawdex hija s-segwenti:- Sewqan bla liċenzja1 Kaċċa bla liċenzja1 Ksur ta’ bon ordni4 Serq1 Użu minn apparat tat-telekomunikazzjoni għal għan mhux dak li huwa provdut għalih1

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fl-armata f'dawn l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' promozzjonijiet kienu u x'kienu r-ranks affettwati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, risposta għall-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta aktar ’l quddiem.

Qrati — Bejgħ ta' alkoħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti akkużati li biegħu alkoħol lit-tfal taħt is-16-il sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sena 2006, ninsab infurmat illi t-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.20475 għadha tgħodd.

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti l-universita' llum? Kemm huma Maltin? Minn fejn huma l-oħrajn u x'inhu l-kors akkademiku li qed jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita' huwa ta' 9,522 u fosthom hemm 8,922 Maltin. Informazzjoni dwar in-nazzjonalita' u l-kors li qed jattendu ta' l-istudenti barranin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.