Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini — Differenza fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-mediċini li raħsu u jew li għolew minn Novembru li għadda? X'kienu u x'kienet id-differenza 'l fuq jew 'l isfel?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Mediċini Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mediċini reġistrati llum? Kif jikkompara dan ma' erba' snin ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa llum hawn 1961 prodotti mediċinali awtoriżżati biex jitpoġġew fuq is-suq Malti. Hawn ukoll 63 liċenzji paraleli. Barra s-sistemi tar-reġistrazzjoni użati mill-pajjiżi kollha fl-Ewropa, Malta addottat sistema oħra Ewropea li biha prodotti li huma rreġistrati f'pajjiżi oħra Ewropej ikunu jistgħu jiġu rreġistrati Malta faċilment. L-aġenti bdew jużaw din is-sistema ukoll. Bejn l-2000 u l-2004 prodott ma setax jitpoġġa fuq is-suq jekk ma kienx fuq il-lista tad-deroga. Minħabba f'dan meta ġiet miġbura din il-lista kienu tpoġġew fuqha ħafna prodotti. Kien hemm 7020 prodotti fuq din il-lista, 5162 minnhom kienu mill-Ewropa fosthom prodotti b'dożi u forom differenti. Dawn il-prodotti ma kienux kollha attwalment fuq is-suq.

Tqassim ta' postijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mill-Housing is-sena l-oħra u lil liema kategoriji ta' applikanti tqassmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu bħalissa hemm sbatax (17) -il mobile phone li qiegħed isir użu minnhom u li huma proprjeta’ tal-Gvern. Matul l-aħħar ħames (5) snin, kien hemm mobile phone wieħed (1) li kien ġie rrapportat mitluf mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
Leg 10 PQ #24570 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha 43 mobile phone. Ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed minn dawn tul l-aħħar ħames snin. Il-WasteServ Malta Ltd għandha 8 mobile phones. Minn dawn żewġ mobile phones kienu rrappurtati li nsterqu tul l-aħħar 5 snin. Fil-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu hemm 27 mobile phone li minnhom ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed tul l-aħħar ħames snin.

ADT — Persuni sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni sospiżi mill-impjieg mal-Awtorita' dwar it-Trasport illum u għaliex? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uħud minnhom li xorta qed jagħmlu użu minn karozza ta' l-ADT? Jekk iva, kemm ilhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta hemm ħdax (11) - il impjegat li jinsabu sospiżi mill-impjieg għall-fatt li qed jistennew sentenza mill-Qorti. M'hemm l'ebda wieħed/a minnhom li jagħmlu użu minn karozzi ta' l-ADT.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Mobile Phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' mobile phones fid-dekasteru tiegħi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi f'dawn l-aħħar ħames (5) snin ma kienx hemm rapporti li ntilef jew insteraq xi mobile phone.
Leg 10 PQ #24566 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Għal l-ewwel mistoqsija n-numru huwa 88. Ma narax l-utilita' li ssir riċerka fuq 5 snin sħaħ biex tiġi mwieġba it-tieni mistoqsija.
Leg 10 PQ #24567 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti, awtoritajiet u l-enti kollha li jaqgħu taħtu hemm 47 mobile phone. F'dawn l-aħħar 5 snin insteraq mobile wieħed mill-Ministeru u ntilfu tnejn mill-Fondazzjoni Ċentru għall-Krettivita' ta' San Ġakbu.

Sliema — St Mary Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-reserved parking li hemm ġo St Mary Street, kantuniera ma' Carmel Street, Sliema tpoġġiet quddiem id-dar ta' persuna li mhux il-persuna li qed jagħmel użu minnha? Jista' jara li din titpoġġa quddiem id-dar tal-persuna li jużaha? Jista' jgħid wkoll għaliex unloading/loading bay ftit 'l isfel ġo l-istess triq tneħħiet meta diversi ħwienet fil-viċin kienu jagħmlu użu minnha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li tali Reserved Parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet implimentata f’parking bay leġittima biswit il-bieb, tar-residenza ta’ l-applikant. Minħabba li l-kaxxi tal-parkeġġ m'għandhomx l-istess tul ta' kull faċċata fit-triq, għaldaqstant tali Reserved Parking Bay ma tistax tiġi mplimentata eżatt quddiem il-faċċata tad-dar ta’ l-applikant iżda bejn żewġt faċċati, waħda minnhom ta’ l-istess applikant. Sabiex tali kaxxa tar-Reserved Parking tkun eżatt quddiem il-faċċata ta’ l-applikant trid tintilef kaxxa leġittima ta’ parkeġġ mit-triq. Il- Un/loading bay li qed tirreferi għaliha din il-mistoqsija parlamentari kienet ġiet approvata għal lukanda Imperial fis-sena 1999. Sussegwentament għal aġġornament fil- policies ta’ l-Awtorita’ Dwar it-Trasport fis-sena 2005 tali un/loading bays tal-lukandi saru alighting/boarding bays.

Home help

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna b'diżabilita' li għad m'għandhiex sittin sena hijiex intitolata għal home help jekk tgħix waħedha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna b'diżabilita', taħt is-sittin sena, tgħix waħedha u għandha Special ID maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilita' tista tkun ntitolata għas-servizz tal-Home Help. Kull każ ikun evalwat fuq bażi ndividwali skond il-bżonnijiet tiegħu mill-bord ta' allokazzjoni.

Każ ta' housing

Question

Tista' l-Ministru tara fiex wasal il-każ għall-housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili.

Talba ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra t-talba tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jixtieq li jingħata żewġt ikmamar li hemm maġenbu biex itejjeb l-qagħda tad-dar żgħira li għandu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Bord dwar l-Korriment Fuq ix-Xogħol

Question

Tista' l-Ministru tara li l-Bord dwar l-Korriment fuq ix-Xogħol jara jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separament, hiex intitolat għal xi benefiċċju wara li weġgħet fuq ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jirriżultax li fl-indirizz indikat toqgħod persuna bl-isem li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji u jgħaddihomli, anki b’mod kunfidenzjali, biex inkun nista’ ninvestiga.