Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xemxija — Triq n-Nawfraġju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq in-Nawfraġju (Shipwreck promenade) Xemxija, hijiex se tiġi rranġata billi qed issir ħsara kbira lill-boathouses li hemm taħt? Jekk iva, meta se jsir? Billi wħud minn dawn il-boathouses qegħdin fi stat perikoluż x'se jagħmel il-Gvern biex jiġu kompensati s-sidien li issa ma jistgħux jużawhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-obligu li jiġu rranġati s-soqfa tal-boat houses huwa tas-sidien u dan ma jistax jġorru l-Gvern Ċentrali. Meta jinqalaw is-soqfa, il-Gvern Ċentali jerġa’ jagħmel it-triq għas-spejjeż tiegħu.

Ta' Xbiex — Xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-Xatt, Ta' Xbiex hux se jiġi resurfaced mill-Gvern bħalma sar ġo lokalitajiet oħra fejn il-kunsill m'għandux fondi biżżejjed biex isir dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandux pjanijiet sabiex isiru x-xogħlijiet indikati fil-ġejjieni mmedjat.

Djar mwaqqa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqgħu djar jew bini ieħor biex minflokhom jinbnew strutturi oħra ġo l-Imsida, Ġżira, Sliema, San Ġiljan kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin? X'tiela' flok dawk li twaqqgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Swieqi — Sistema tat-toroq

Question

Billi dan l-aħħar ħafna residenti fis-Swieqi qed jilmentaw minn tibdil li sar fis-sistema tat-toroq li uħud isiru one way għal ħafna inkonvenjent, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport hiex qed tikkonsidra xi tibdil b'konsultazzjoni mar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li b’riferenza għas-sistema tal-one way tas-Swieqi it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ltaqa’ mall-Kunsill Lokali fejn saret riferenza għal tali sistema ta’ one way iżda t-Taqsima għad ma rċevietx proposti konkreti għal xi tibdil.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment hux qed jikkonsidra l-possibilta' li mediċini over the counter jibdew jinbiegħu minn outlets oltre spiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Att dwar il-Mediċini, 2003 jispeċifika li prodotti mediċinali jinbigħu biss minn spiżeriji. Id-Dipartiment tas-Saħħa mhux qiegħed jikkunsidra pożizzjonijiet oltre minn din.

Servizz ta' taxi/buses/karozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qasam tat-taxi (bojod), hearses, karrozzini u mini buses (ħomor) hux se jiġi liberalizzat? U jekk iva, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għalissa ma hemm l'ebda deċiżjoni li xi settur minn dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jkun liberallizzat.

Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti talli wettqu atti indiċenti fil-pubbliku s-sena l-oħra u din is-sena u fejn sar ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 104 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li kienu jinkludu atti indiċenti fil-pubbliku, filwaqt li matul din is-sena tressqu 14-il persuna. Il-lokalitajiet fejn saru dawn ir-reati kienu jinkludu Għajn Tuffieħa, Qawra, Ġnejna, Valletta, Qormi, Paola, Cospicua, Żejtun, Sliema, Msida, Gżira, San Ġiljan, Ħamrun, Mdina, Baħar iċ-Ċagħaq, Rabat (Għawdex), Marsa, San Pawl il-Baħar, Marsascala, Attard, St Venera, Għajnsielem, Għar Lapsi, Safi, Żebbuġ, Munxar, Blata l-Bajda, Mosta, Sliema, Rabat, Sannat u Nadur.

Unmarried mothers — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn unmarried mothers din is-sena u x'eta' kellhom l-ommijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fis sena 2006 ġew irreġistrati li twieldu 812 tarbija minn ommijiet irrappurtati bħala single. It-tabella hawn taħt turi x'eta' kellhom dawn l-ommijiet. Tabi li twieldu minn ommijiet irrappurtati bħala single Eta' ta l-omm Trabi li twieldu minn ommijiet irrappurtati bħala single <15 4 15 - 19 214 20 - 24 290 25 - 29 179 30 - 34 75 35 - 39 34 40 + 11 Unspecified age 5

Sptar San Luqa — Persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li ddaħħlu l-isptar San Luqa s-sena l-oħra? Kemm kienu mitluba jħallsu għall-kura li ngħataw u kemm effettivament tħallas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, iddaħħlu 5,765 persuni ta' nazzjonalita' barranija l-isptar San Luqa. Iċ-ċifra li kienu mitluba jħallsu għall-kura tammonta għal Lm149,281. Effettivament tħallsu Lm80,904 u Lm12,139 ġew maħfura minħabba li l-pazjenti ġabu dokumenti li juru li huma ntitolati għal kura b'xejn.

Skema Natura 2000 — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid humiex se jingħataw permess għall-attivitajiet tal-massa bħal parties ġo areas li huma santwarji tal-għasafar jew areas li jaqgħu taħt l-iskema Natura 2000 din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li kull applikazzjoni għal attivitajiet tal-massa, bħal parties ġo areas protetti, inklużi dawk li huma santwarji ta' l-għasafar u areas li jaqgħu taħt l-iskema Natura 2000, jiġu evalwati skond il-mertu tagħhom u deċiżjoni tittieħed skond l-obbligi ta' ligijiet nazzjonali u kommunitarji fir-rigward.

Ta' Qali Park — Parking area

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se isir il-parking area ġo Ta' Qali Park issa li dan se jiġi rranġat? Kemm se jkun hemm parking spaces għall-karozzi? Jista' l-Ministru jpoġġi site plan fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-parking area eżistenti ser tkun irranġata b’tali mod li joqogħdu iktar karozzi fiha u li tkun aktar aċċessibbli minkejja li ser tittieħed parti mit-triq u ammont żgħir ta’ parkeġġ għall-estensjoni tal-ġnien. In-numru ta’ parking spaces ser jitla’ minn 234 preżenti għal 280 kif ippjanati. Dan ifisser żieda ta 3% ikkomparat ma’ dawk eżistenti. Qed inpoġġi site plan fuq il-mejda tal-Kamra.

Sentenzi sospiżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' ħabs sospiżi għall-każi ta' pedufilja, rapes, u korruzzjoni fuq minorenni kull sena għal dawn l-aħħar tlett snin? Jista' jgħid kemm weħlu nies l-ħabs fuq l-istess akkużi, fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sentenzi ta' pieni karċerarji li ngħataw fis-snin indikati għar-reati msemmija fil-Mistoqsija kien kif ġej:- Sena Numru 2004 2 2005 5 2006 17 Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar sentenzi ta' ħabs sospiżi għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' mobile phones fil-Ministeru/Dipartiment huwa ta' sitta (6) filwaqt li l-Awtorita' dwar it-Trasport tagħmel użu minn 38 (tmienja u tletin) mobile phone. F'dawn l-aħħar ħames snin, ma ntilef jew insteraq l-ebda mobile phone.

Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24576 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ambaxxati Malta llum? X'inhu l-complement ta' l-istaff ġo kull ambaxxata? Kemm huma Maltin u barranin u x'xogħol jagħmlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Malta għandha 25 Missjoni Diplomatika li fihom jaħdmu 98 diplomatiċi Maltin u 132 impjegati mill-pajjiżi fejn hemm il-Missjonijiet Diplomatiċi. Ix-xogħol li jsir huwa dak diplomatiku u amministrattiv.