Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #230 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave parties mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu preżenti qabel id-dħul u waqt kull party?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru 1998, kien hemm tlett 'rave parties' li għalihom intalab permess lill-Pulizija. Fl-ewwel wieħed li nżamm fis-7 ta' Settembru ma kienx hemm presenza ta' Pulizija, f'ieħor kien hemm 4 Pulizija bl-uniformi kif ukoll numru ieħor pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga u f'ieħor kien hemm 8 Pulizija bl-uniformi flimkien ma' għadd ta' membri ta' l-Iskwadra kontra d-Droga. Għal raġunijiet ovvji ma jidhirlix li n-numru ta' Pulizija pajżana fl-attivitajiet simili għandu jiġi svelat. 03.11.98
Leg 9 PQ #231 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave party

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija preżenti meta l-pulizija waqqfet ir-rave party dakinhar ta' l-Indipendenza 1998? Kemm daħlu complaints lill-pulizija konnessi ma' dan il-party, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju eċċessiv? X'ħin daħlu u minn liema lokalita' oriġina l-complaint? Għaliex il-pulizija ħadet azzjoni fl-4.30 a.m. u mhux qabel jekk il-mużika kellha tieqaf f'nofs il-lejl?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minbarra 4 Pulizija bl-uniformi u numru ieħor ta' Pulizija pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga, kien hemm diversi pulizija oħra tad-Distrett, filwaqt li 'units' tal-SAG u tal-'Mobile Squad' kienu fil-viċinanzi meta l-pulizija waqqfet ir-'rave party' fil-21 ta' Settembru 1998. Il-pulizija rċeviet diversi lmenti dwar storbju eċċessiv prinċiparjament mill-inħawi ta' San Ġiljan u tas-Sliema u l-pulizija aġixxiet fuq dawn l-ilmenti. Ninsab infurmat ukoll li ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra l-organizzatur ta' dan ir-'rave party'. Għandi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja li 'parties' simili għal dak imsemmi fid-domanda tiegħu, saru kemm -il darba mill-bidu ta' din is-sena, din hi l-ewwel darba li ttieħdet azzjoni deċiżiva. Nassigura lill-Onor. Interpellant illi azzjonijiet simili jittieħdu biex jiġi evitat abbuż. 03.11.98
Leg 9 PQ #232 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt l-eta' ġo diskoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu ġewwa discos din is-sena? Kemm minn dawn inqabdu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 03.11.98
Leg 9 PQ #221 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati minn knejjes u/jew istituzzjonijiet reliġjużi mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Liema kienu l-knejjes misruqa? X'insteraq minn kull knisja? Kemm inqabdu persuni konnessi ma' dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 02.11.98
Leg 9 PQ #222 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm minn dawn ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ġew irrapurtati lill-Pulizija 1289 serqa. Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar in-numru ta' każi solvuti għadha qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra. 02.11.98
Leg 9 PQ #223 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-dups mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien l-ammont ta' flus jew oġġetti oħra misruqa waqt kull hold-up? Kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-24 ta' Ottubru, 1998, ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 'hold-ups' li minnhom wieħed irriżulta li kien rapport falz, biex b'hekk iċ-ċifra reali hi ta disa (9). Minn dawn tnejn ġew solvuti. L-ammonti/oġġetti nvoluti kienu Lm4000, Lm212, Lm650, Lm3200, 'rifle', Lm20, Lm120 u apparat eletroniku b'valur ta' Lm350, Lm120 u b'valur ta' Lm15 tabakk u Lm600. Kien hemm rapport ieħor, mhux solvut, ta' tentattiv ta' 'hold-up' u li fih ma nsteraq xejn. 02.11.98
Leg 9 PQ #224 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' snatch and grap

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' snatch and grab irrapportati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru 1998, 'il hawn? Kemm ġew solvuti? Fejn saru dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-25 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' rapporti lill-Pulizija ta' 'snatch and grab' kien ta' 61. Ninsab infurmat ukoll illi l-istatistika dwar in-numru ta' każi li ġew solvuti għada qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra. Il-lokalitajiet li fihom ġew irrapurtati li saru dawn ir-reati kienu : - Rabat St. Paul's Bay Buġibba B'Kara Sliema Mdina Qawra M'Xlokk Paola Ta' Qali Ħamrun San Ġwann Valletta Swieqi Vittoriosa M'Scala Ta' Xbiex Mellieħa Mosta St. Julian Cospicua Tarxien Senglea 02.11.98
Leg 9 PQ #225 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn ir-reati solvuti? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-25 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' reati rrapurtati lill-Pulizija kien ta' 2283. Ninsab infurmat ukoll illi l-istatistika dwar in-numru ta' persuni li ser jittellgħu l-Qorti dwar ir-reati solvuti għada qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi x'tip ta' reati kienu. 02.11.98
Leg 9 PQ #226 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' reat mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'kienu l-etajiet ta' dawn l-anzjani? X'tip ta' reati kienu? Kemm-il każ ġie solvut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar in-numru ta' każi solvuti għadha qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra. 02.11.98