Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #246 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar irreġistrati mal-pulizija llum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'tip ta' armi huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 10.11.98
Leg 9 PQ #247 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni convicted of a criminal offence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence din is-sena? Kemm ġew mibgħuta l-ħabs, kemm ingħataw sentenza sospiża u kemm tpoġġew fuq probation?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, sas-26 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li nstabu ħatja mill-Qorti ta' offiża kriminali kien ta' 2133. Minn dawn, 111 intbagħtu l-ħabs, 226 ingħataw sentenza sospiża, filwaqt li 697 ġew imqiegħda fuq 'probation'. Dawn iċ-ċifri jirreferu biss għal delitti ('crimes'). 10.11.98
Leg 9 PQ #248 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tajr ibbalzmat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tajr ibbalzmat li ġie rreġistrat s'issa? Kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw it-tajr? X'tip ta' tajr ġie rreġistrat?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 10.11.98
Leg 9 PQ #249 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #250 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Minn fejn u għal fejn saru dawn it-transfers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 141.
Leg 9 PQ #239 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? F'liema dipartimenti saru t-transfers? Minn fejn u għal fejn saru dawn it-transfers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.11.98
Leg 9 PQ #240 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni barranin li kienu Malta llegalment mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kienu maqbuda mill-ewwel ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? X'kienu l-etajiet tagħhom u minn fejn kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, u t-30 ta' Ottubru, 1998, inqabdu 30 persuna barranija li kienu Malta illegalment, filwaqt li din is-sena, sat-30 ta' Ottubru, inqabdu 389. Minn dawn 30 kienu nisa, filwaqt li 359 kienu rġiel. L-etajiet kienu jvarjaw bejn 15 u 48 sena. It-tagħrif dwar minn fejn kienu ġejjin dawn il-persuni hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.11.98
Leg 9 PQ #241 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-Qorti din is-sena mill-pulizija? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Għal liema reati tressqu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 09.11.98
Leg 9 PQ #242 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni taħt l-eta' mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li tressqu l-Qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-26 ta' Ottubru, tressqu l-Qorti, 146 persuna taħt is-sittax il-sena fuq diversi reati, fosthom serq, frodi, ħsara volontarja, ksur tal-bon ordni, drogi, atti mmorali, ksur tar-regolamenti tat-traffiku u dħul f'postijiet ta' divertiment. 09.11.98
Leg 9 PQ #243 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Klieb liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' klieb illiċenzjati mill-pulizija llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hawn 2,326 kelb irreġistrat mal-Pulizija. 09.11.98
Leg 9 PQ #244 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li ma ħallsux il-liċenzja tal-vettura tagħhom? Għaliex qed jintbagħtu pulizija d-dar ta' dawn il-persuni biex iħeġġuhom iħallsu dawn il-liċenzji minflok qed jintbagħat avviż bil-posta? Għaliex il-pulizija għażlet li ma tieħux passi fil-Qorti kontra dawn il-persuni li wħud minnhom ilhom ma jħallsu l-liċenzja għal żmien twil?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi din il-proċedura ġiet introdotta fl' 1997. Ninsab infurmat ukoll li din il-proċedura nstabet li hi aktar effettiva minn avviż mibgħut bil-posta qabel ma jittieħdu passi bil-Qorti kontra dawk li jippersistu li ma jħallsux. 09.11.98
Leg 9 PQ #233 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ksur tar-regolamenti tal-kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru r-regolamenti tal-kaċċa mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Fejn inqabdu? X'kien ir-regolament li allegatament ġie miksur? Kemm minn dawn ingħataw l-arma lura mill-pulizija qabel ma ttellgħu il-Qorti fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u it-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm tnax -il persuna li kisru r-regolamenti tal-kaċċa. Il-postijiet fejn inqabdu kienu kif ġej : Numru ta' Persuni Post ----------------- ---- 4 Xorb l-Għaġin, Delimara 1 Girgenti, Siġġiewi 3 Ġonna tal-Buskett 1 Fuq il-baħar viċin Wied il-Għajn 2 Fuq il-baħar viċin ir-Ramla, Żejtun 1 Fuq il-baħar viċin Delimara Ir-regolamenti miksura kienu kif jidher hawn taħt : (1) 4 persuni kisru r-regolament 9 (2) (a), ta' l-A.L. 146/1993 kif emendata bir-regolament 3 (1) (f) ta' l-A.L. 23/97 u r-regolament 9 (2), (b), (c), (e) ta' l-A.L. 146/1993. (2) 2 persuni kisru r-regolament 9 (3) ta' l-A.L. 146/1993. (3) 2 persuni kisru r-regolament 9 (3) u 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993. (4) Persuna kisret ir-regolament 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2(a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997. (5) Persuna kisret ir-regolamenti 7 (2), 9 (5) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997. (6) Persuna kisret ir-regolament 21 (1) (a) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997. (7) Persuna kisret ir-regolament 7 (2) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda persuna minn dawn it-tnax ma ngħatat l-arma lura mill-pulizija qabel ma tressqu l-Qorti. 04.11.98
Leg 9 PQ #234 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huma residenti l-ħabs illum? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma barranin? Kemm hemm persuni ġġustizzjati u kemm hemm fuq arrest preventiv?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel u t-tielet parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 159 fis-Seduta numru 6. Rigward il-kumplament tat-tagħrif mitlub, ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, dan kien kif ġej : - Nisa 12 Irġiel 256 Barranin 75 Jiskontaw sentenza 171 Jistennew sentenza definittiva 97 04.11.98
Leg 9 PQ #235 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni irġiel u nisa li qattgħu xi żmien il-ħabs din is-sena? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu ssentenzjati u kemm kienu fuq arrest preventiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-27 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li għamlu xi żmien fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ħarġu, kien ta' 218. Dan kien imqassam kif ġej : - Maltin 140 Nisa 28 Sentenzjati 84 Barranin 78 Irġiel 190 Taħt arrest preventiv 134 04.11.98
Leg 9 PQ #236 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena? X'tip kienet, x'kienet il-kwantita' u t-tip ta' droga maqbuda mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 04.11.98
Leg 9 PQ #237 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni miżmuma fil-lock-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-lock-ups tal-pulizija din is-sena? Għaliex ġew miżmuma? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar persuni miżmuma fil-'lock-ups' tal-Pulizija din is-sena kien kif ġej : - 'LOCK-UP' VALLETTA ------------------ 01.01.98 - 28.10.98 ------------------- Rġiel 1131 (Maltin 817 Barranin 314) Nisa 161 (Maltin 82 Barranin 79) ------ Total 1292 ------ 'LOCK-UP' TA' KANDJA -------------------- 01.01.98 - 31.10.98 ------------------- Rġiel 914 (Kollha ta' nazzjonalita barranija) Nisa xejn Dawn il-persuni ġew miżmuma in konnessjoni ma' diversi reati kriminali inklużi dawk ta' immigrazzjoni llegali. 04.11.98
Leg 9 PQ #238 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għases tal-pulizija li kienu magħluqa u mingħajr pulizija għal aktar minn ġurnata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru, 1998, l-Għases tal-Pulizija li kienu magħluqa għal aktar minn ġurnata kienu dawk ta' Għar Lapsi f'Malta u Għasri, San Lawrenz, Żebbuġ, Kerċem, Fontana, Ta' Pinu u Ramla f'Għawdex. 04.11.98
Leg 9 PQ #227 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 03.11.98
Leg 9 PQ #228 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sess u eta' ta' dawk il-persuni li nqabdu mill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal-perijodu bejn il-5, ta' Settembru u s-27, ta' Ottubru, 1998 hu kif ġej : - Eta' Irġiel Nisa ---- ------ ---- 15 - 19 18 3 20 - 24 18 2 25 - 29 13 1 30 - 34 5 1 35 - 39 3 xejn 40 - 44 1 xejn 45 - 49 1 xejn 03.11.98
Leg 9 PQ #229 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-pulizija din is-sena għal rave parties? Fejn kienu l-postijiet illi saru? Kemm kien in-numru ta' nies illi suppost kellhom jidħlu f'dawn il-parties skond il-permess f'kull każ? Meta saru? X'ħin beda u x'ħin spiċċa kull party? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' parties?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena nħarġu 4 permessi mill-Pulizija għal 'rave parties'. Dawn kienu għal 3 fil-Westin Dragonara, fl-1 ta' Awissu u fis-7 u fl-20 ta' Settembru u wieħed f'Gianpula fl-24 ta' Ottubru. In-numru ta' nies li setgħu jidħlu għal dawn il-'parties' ġie ndikat fil-każ ta' l-aħħar tnejn u dan kien 468 u 500 rispettivament. Il-Pulizija ma żżommx statistika tal-ħinijiet li bdew u spiċċaw dawn il-'parties'. Ninsab infurmat ukoll li ma hemmx applikazzjonijiet pendenti għal 'rave parties'. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex dal-qasam jiġi regolat aħjar. 03.11.98