Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-Imsida se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi fejn ħaddiema tal-Gvern korrew fuq ix-xogħol fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm ħaddiema nvoluti f'dawn il-każi? Limitatament għas-sena li qegħdin fiha u ta' qabilha, f'liema dipartimenti ġew irrapportati każi ta' din ix-xorta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istatistika li nżammet mis-sena 1989 hi ta' ħaddiema li japplikaw għal benefiċċju tal-korriment. Iċ-ċifri huma kif indikat hawn taħt:
1989 1,007
1990 1,106
1991 892
1992 801
1993 649
1994 665
1995 654
1996 522
1997 637
1998 (sal-31.10.1998) 426
Ma tinżammx statistika ta' kemm-il persuna korrew skond id-Dipartiment fejn jaħdmu. L-istatistika li tinżamm tindika jekk persuna taħdimx:
(a) mal-Gvern (b) mal-Parastatali (c) mas-settur privat (d) għar-rasha.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ngħataw ċittadinanza Maltija fl-aħħar ħames snin inkluż din is-sena?
Kemm ħarġu permessi ta': (a) reġistrazzjoni; u (b) naturalizzazzjoni rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u liema huma l-institutes li twaqqfu u qegħdin joperaw taħt il-kappa ta' l-Universita' ta' Malta? Kemm hemm studenti u gradwati li qed jagħmlu riċerka jew qed jistudjaw f'dawn l-institutes din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet istitwita inkjesta dwar esperti maħtura mill-qorti, b'bord presedut mill-Imħallef Victor Borg Costanzi, u x'kienu t-terms of reference tal-bord?
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-inkjesta ntemmitx u f'każ affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport ta' l-Inkjesta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-inkjesta dwar esperti maħtura mill-
Qorti ġiet istitwita fis-7 ta' Lulju 1997 meta l-Prim
Ministru ta' dak iż-żmien waqqaf Bord ta' Inkjesta
presedut mill-Imħallef V Borg Costanzi.
It-"terms of reference" tal-Bord kienu dawn:-
(i) biex jeżamina l-kriterji u l-arranġamenti li hemm
illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-
Qorti;
(ii) biex jara jekk, fl-aħħar tliet snin, dawn il-
kriterji u arranġamenti ġewx applikati kif jixraq, u
jekk, allura, sarux xi pagamenti iżjed milli jistħoqq;
(iii) biex jara, fil-każ, x'kien li ġieb dawn il-
pagamenti mhux mistħoqqa u fejn kienet taqa r-
responsabbilta għal dan;
(iv) biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru
f'Rapport fuq dan is-suġġett lill-Avukat Ġenerali;
(v) biex jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jitjiebu
l-arranġamenti amministrattivi li hemm illum għal
pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-Qorti.
Ninsab infurmat ukoll li l-Bord kellu oriġinarjament
ilesti r-rapport tiegħu fi żmien xahar, jiġifieri sas-16
ta' Awissu 1997. Dan iż-żmien kien ġie mġedded mill-Prim
Ministru ta' qabel u issa, fuq talba tac-Chairman tal-
Bord iż-żmien ġie mġedded għall-aħħar darba sal-31 ta'
Jannar 1999. Il-Bord ippreżenta "interim report" fl-20
ta' Awissu 1998 li jitratta biss l-ewwel punt imsemmi "fit-
terms of reference."
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sal-lum wara li ġie mxandar ir-rapport tal-Ombudsman dwar il-kondizzjonijiet fi Sptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Interim Hospital Management Team qiegħed jagħmel laqgħat regolari speċifikament indirizzati lejn miżuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman.
S'issa qegħdin fi proċess biex:
1. JInxtraw oġġetti neċessarji bħal lockers, purtieri, inkwadri u affarijiet simili biex `il-quality of life' tal-pazjenti titjieb. Dawn għandhom jitlestew f'qasir żmien.
2. Admission Wards.
Qiegħed isir studju ta' l-erbgħa swali, jiġifieri MW2, FW6, MW10, FW10, bil-ħsieb illi s-secure facilities ta' MW10 u FW10 jistgħu jiġu provduti b'mod iżjed adattat. Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-FW6 u dan ser jitkompla għal xogħol iżjed estensiv.
3. Seclusion Policy.
Kien diġa ġie ppreparat `Draft Policy' illi dan qiegħed jiġi introdott ġo l-Isptar.
4. Customer Care Service.
Ġie mħejji `Patients Information Leaflet', li jinkludi informazzjoni fuq kif wieħed jista' jagħmel ilmenti. Ġiet inkarigata wkoll persuna li qegħda tħejji `complaints procedure'.
5. Kategorizazzjoni ta' pazjenti.
Dan ix-xogħol ilu li beda ħafna qabel l-Ombudsman Report. Qiegħed jitkompla iżda jeżistu problemi fis-sens ta' reżorsi limitati li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-lum għal għada.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-General Civil Service li għandhom grad Universitarju?
Kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-general service?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-għadd ta' impjegati fil-General
Service li għandhom grad Universitarju, inkluż diplomi,
huwa ta' 259.
L-għadd ta' impjegati fil-gradi tal-General Service
huwa ta' 4,001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' persuni li qed jinżammu fir-residenza ta' Kordin bl-ordni tal-qrati u qed jistennew li jgħaddu ġuri? Kemm ilhom miżmuma f'Kordin f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-18 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' priġunieri li kienu miżmuma taħt arrest preventiv fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 86, filwaqt li 8 priġunieri oħra, taħt arrest preventiv ukoll, kienu bil-Prison Leave mal-Caritas.
Wieħed ma' jistax jgħid kemm huma dawk li finalment ser jgħaddu ġuri. Il-każijiet ta' wħud minnhom għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni, filwaqt li ta' l-oħrajn, għalkemm il-kumpilazzjoni ntemmet, għad ma kienx hemm deċiżjoni dwar jekk il-każ tagħhom għandux jinstema' quddiem ġuri jew le.
Ninsab infurmat ukoll, li t-tagħrif dwar kemm dawn il-94 priġunier ilhom miżmuma taħt arrest preventiv, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu ilmenti quddiem id-diversi qrati ta' arbitraġġ industrijali matul l-1997 u l-1998?
Kemm hemm min dawn il-każi għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-snin 1997 u 1998 it-Tribunal Industrijali irċeva 205 każijiet li minnhom baqa' biss 92 li għadhom ma ġewx deċiżi.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' Maltin li ġew minn barra b'passaġġ sussidjat mill-Gvern biex jivvotaw fl-aħħar elezzjoni u mil-liema pajjiżi ġew?
Kemm kien in-numru relattiv fl-elezzjoni ta' qabel?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-għadd ta' Maltin li ġew Malta minn barra b'passaġġ sussidjat mill-Gvern biex jivvutaw fl-aħħar elezzjoni kien ta' 613.
Dawn il-passiġġieri ġew mill-pajjiżi msemmija hawn taħt:
Renju Unit - 383
Italja - 74
Franza - 8
Ġermanja - 37
Skandinavja - 7
Olanda - 20
Greċja - 5
Bahrain - 6
Spanja - 2
Belġju - 22
Eġittu - 3
U.A.E. - 8
Irlanda - 8
Turkija - 2
Ċipru - 1
Tuneżija - 3
Awstrija - 11
Svizzera - 13
It-total ta' passiġġieri li ġew Malta għall-elezzjoni ta' l-1996 kien ta' 628.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali ta' kostruzzjoni li jaqgħu fir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħek?
Liema huma l-proġetti li qegħdin fil-kors ta' implimentazzjoni u liema qegħdin fl-idejn fi stadju ta' konsiderazzjoni jew studju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Proġetti Kapitali ta' Kostruzzjoni huma:
A. DAWN LI JIDHRU HAWN TAĦT HUMA PROĠETTI FI STADJU TA' MPLIMENTAZZJONI (FEJN IX-XOGĦOL FUQ IS-SIT DIĠA' NBEDA)
* Xogħol fuq twessiegħ tal-kanal ta' l-ilma tax-xita Qormi/Marsa.
* Bini ta' strutturi f'Carm Zarb Street, Għargħur.
* Xogħol ta' restawr fuq il-Main Guard, Valletta.
* Xogħol fl-Oratorju ta' San Ġwann in konnessjoni mal-pittura ta' Caravaggio.
* Xogħol ta' restawr u l-użu ta' Robert Sammut Hall f'Early Literacy Centre.
* Restawr tal-Kappella ta' San Ġużepp, Bormla.
* Xogħol fuq il-Palazz ta' Verdala.
* Restawr tal-Kappella ta' San Filippu u San Ġakbu, San Ġwann.
* Security fencing fit-tempji ta' Ħaġar Qim u Mnajdra.
* Xogħol fuq it-tieni fażi ta' Junior Lyceum tal-bniet f'Santa Luċija.
* Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti f'St. James Cavalier.
* Xogħol ta' Refurbishment fil-Berġa ta' Kastilja.
* Xogħol ta' Refurbishment fl-Iskola Sekondarja ta' Tas-Sliema.
* Il-Flood Relief Scheme ta' Ħal Qormi.
* Embellishment Projects, Buġibba, Marsascala, Birżebbuġa u Marsaxlokk.
* Malta - North Sewage Master Plan.
* Malta - South Sewage Master Plan.
* Gozo - Sewage Master Plan.
* Estensjonijiet ta' Main f'diversi lokalitajiet.
* Id-Dar tax-Xjuħ, Bormla.
* Estensjoni tal-Ħabs f'Kordin.
* Xogħol fl-Auberge d'Italie, Valletta.
* Xogħol fil-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.
* Xogħol fuq il-Port taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex.
* Xogħol għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Ta' Kandja.
* Xogħol fuq il-Fire Station fix-Xemxija.
* Xogħol ta' estensjoni tal-mollijiet u bini ieħor għall-AFM, Maritime Base, Sa Maison.
* Xogħol ta' estensjoni ta' International Maritime Law Institute, f'Tal-Qroqq.
* Xogħol fuq l-Isptar il-Ġdid, Tal-Qroqq.
B. PROĠETTI FL-IDEJN FI STADJU TA' KONSIDERAZZJONI JEW STUDJU:
* L-utilizazzjoni tal-bini magħruf bħala Old Mint f'Sa Maison.
* Household Waste Site, Magħtab.
* Refurbishment ta' l-iskola tal-Gvern, Sliema.
* Proposta għall-kwartieri ta' l-Imħallfin f'27 u 29-31, Strait Street, Valletta.
* Bini ta' Gunsheds ġodda AFM Luqa.
* Estensjoni tal-bini fl-uffiċini tan-National Drug Intelligence, Floriana.
* Investigazzjoni dwar tiswijiet strutturali f'Vilhena Palace, Mdina.
* Wied Silani/Wied Qirda/Wied il-Kbir - xogħol ta' riabilitazzjoni.
* Xogħol ta' upgrading fl-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari fl-uffiċju tal-Prim Ministru.
* Uffiċini ġodda għas-Security Administration Officers fil-Malta International Airport.
* Lokazzjoni ta' sit addattat għall-Fire Station ġdid fl-inħawi tal-Marsa/Floriana.
* Fire Station ġdid f'Għawdex.
* Estensjoni tal-Fine Arts Museum, Valletta.
* Lift fiċ-Ċentru tas-Saħħa, Gżira.
* Lift ġdid Ċentru Ħidma Soċjali, St. Venera.
* Estensjoni u titjib fiċ-Ċentru tas-Saħħa, Paola.
* Xogħol ta' tiswijiet strutturali Auberge de Baviere.
* Xogħol fuq l-uffiċini l-ġodda ta' l-Arbitration Centre, Valletta.
* Upgrading f'Casa Gaspe, Valletta.
* Lift fil-Palazz tal-President, Valletta u restawr f'Prince Albert Courtyard.
* Ħsara fil-faċċata ta' Auberge de Castille, Valletta.
* Lift fl-uffiċini tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, Archbishop Street, Valletta.
* Xogħol strutturali fil-Paper Restoration Laboratory, Valletta.
* Xogħol strutturali f'St Elmo Examination Centre.
* Riabilitazzjoni ta' l-Ospizio, Floriana.
* Restawr tat-Torri ta'l-Arloġġ, Mtarfa.
* Faċilitajiet ġodda fit-tempji ta' Ħaġar Qim u Mnajdra.
* Restawr ta' Torri ta' San Tumas, Marsascala.
* Restawr ta' Torri Ras il-Ħamrija.
* Studju dwar problemi ta' għargħar mill-ilma tax-xita fiċ-Ċimiterju, Mġarr, Malta.
* Studju fuq il-landfill tal-Magħtab mill-aspetti ta' toxic leachate, subsidence u ħruġ ta' biogas.
* Ġibjuni proposti f'Psaila Street u ħdejn il-bus terminus, Birkirkara.
* Proposti dwar faċilitajiet tal-AFM f'Safi kif effetwati mill-proġett ta' Aviation Park kif propost mill-MDC.
* Tiswija u riabilitazzjoni tal-Bridge f'Regional Road.
* Xogħol ta' tiswija strutturali u upgrading f'Mount Carmel Hospital.
* Bini ta' workshop ġdid tal-vetturi fl-AFM Luqa.
* Tibdil strutturali fil-workshop tal-forġa fl-MSD Marsa.
* Proposti biex MSD Kirkop jinżel il-Marsa fis-sit preżentament okkupat minn Trade School.
* Titjib u estensjoni ta' wards ġodda f'San Vinċenz.
* Titjib fl-uffiċini tad-Direttur Ġenerali fil-Qorti l-Belt.
* Xogħol ta' titjib fil-bini prinċipali ta' l-ITS u Martin Luther King Hall.
* Xogħol estensiv ta' bini u titjib fil-faċilitajiet tal-Micropropagation Centre f'tal-Kmand, Ħal-Lija.
* Proposti għal xogħol ta' titjib fil-Wied tal-Mosta.
* Tħejjija ta' tenders għal finishes fil-Police Lock-Up, Floriana.
* Training Centre tal-Pulizija f'Ta' Kandja.
* Skola Sekondarja tas-subien ġdida fiż-Żurrieq.
* Estensjoni ta' l-uffiċini tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, Floriana.
* Estensjoni fil-bini tal-M.I.O. fl-Universita'.
* Tisqif tat-Teatru Grieg f'Ta' Qali b'membrane structure.
* Proposti għal skola sekondarja tas-subien ġdida fiż-Żurrieq.
* Xogħol fuq id-disinn tat-tieni fażi tal-Junior Lyceum tal-Bniet Santa Luċija.
* Xogħol fuq pjanti ta' Parks Nazzjonali f'Ta' Qali, Burmarrad u Delimara.
* Car Park f'Għar Lapsi.
* Xogħol ta' ppjanar in konnessjoni mal-proġett ta' upgrading fin-Nofs Inhar ta' Malta.
* Xogħol ta' ppjanar in konnessjoni mal-proġett ta' upgrading f'Tas-Sliema, Paceville u San Ġiljan.
* Xogħol ta' ppjanar fuq il-Kottonera Heritage Park.
* Upgrading tal-Ġnien Pubbliku fil-Barrakka ta' Fuq.
* Klinika tal-M.O.C. fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.
* Il-Marina tal-Kottonera.
* Il-Proġett ta' Manoel Island u Tigne'.
* Is-Sea Passenger Terminal.
* Riabilitazzjoni tad-dar 90,93 West Street, Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-azjendi fejn il-Gvern għandu kontroll maġġoritarju jew kontroll sħiħ? Kemm huwa stmat l-investment tal-Gvern f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-paġna 355 ta` l-Estimi 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptarijiet tal-Gvern hu ta' 4,459. In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptar Ġenerali t'Għawdex hu ta' 57.
Il-lista ta' kull speċjalista, kif ukoll l-iktar żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni (f'każijiet mhux urġenti) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Każijiet ta' natura medika urġenti huma ttrattati mmedjatament jew mill-inqas żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mediċini li huma out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern illum? X'tip ta' mediċini hemm out of stock? X'tip ta' mediċini hemm out of stock f'xi ħin jew ieħor mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Parti minn din il-Mistoqsija Parlamentari ġiet imwieġba fl-4 ta' Novembru 1998, f'PQ No. 559 li tirreferi għal dawk l-'Istock items' li huma neqsin, li jammontaw għal 16. Flimkien ma din il-figura kien hemm ukoll 35 mediċina li kienu nieqsa fit-29 ta' Ottubru 1998, mill-ispiżeriji kollha tal-Gvern imma li kienu jinstabu fl-imħażen tal-Gvern. Dawn il-mediċini jiġu nieqsa minħabba jew żieda ta' konsum fl-ispiżerija jew inkella jiġu mitluba għall-ewwel darba. F'dawn il-każijiet issir domanda urġenti mill-ispiżeriji u l-mediċini jiġu mqassma mill-imħażen tal-Gvern fi żmien qasir. In-numru ta' 'items' neqsin f'kull spiżerija tal-Gvern fid-29 ta' Ottubru 1998, kienu:-
In-Patient Pharmacy Sptar San Luqa 26
Out-Patient Pharmacy Sptar San Luqa 8
Sptar Sir Paul Boffa 6
Sptar Monte Carmeli 7
San Vinċenz De Paule 1
Sptar Ġenerali t'Għawdex 11
Spiżerija tal-Floriana 3
Spiżerija ta' Raħal Ġdid 4
Spiżerija ta' Ħal-luqa 1
Spiżerija tal-Mosta 5
Spiżerija tal-Gżira 7
Spiżerija ta' Ħal-Qormi 1
Xi wħud mill-mediċini kienu neqsin minn aktar minn spiżerija waħda.
It-tipi tal-mediċini li kienu neqsin jinkludu antibijotiċi, mediċini għall-kura ta' diversi kondizzjonijiet li jikludu mard tal-Kanċer, mard tal-ġilda, mard mentali, mard tan-nifs, mard tal-istonku u kondizzjonijiet ġinekoloġiċi.
Mill-5 ta' Settembru l-hawn it-tipi ta' mediċini nieqsa kienu varji u simili għal dawk it-tipi ta' mediċini li kien hemm neqsin fid-29 ta' Ottubru 1998.
Il-mediċini li kienu neqsin imma l'issa jinstagħbu fl-ispiżeriji tal-Gvern jinkludu:-
Isosorbide Dinitrate 10mg Tablets
Salbutamol Tablets
Salbutamol Inhaler
Aminophylline Injections
Thiopentone Injections
Fresubin
Nutrison
Piperazine Syrup
Bumetanide Injections
Magnesium Hydroxide Syrup
Noradrenaline Injections
Vinblastine Injections
Naloxone Injections
Chronionic Gonadotrophin Huma 1000 IU Injections
Methylsalicylic Acid Ointment
Low Electrolyte Solution
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni illi kellhom il-meningite din is-sena? X'tip ta' meningite kienet? Kemm mietu persuni b'din il-marda din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-bidu tas-sena sa l-aħħar t'Ottubru in-numru ta' persuni affettwati mill-marda tal-Meningococcus kienu 26. Minn dawn 10 kellhom Meningococcal Meningitis u is-16 l-oħra kellhom Meningococcal Septicaemia (infezzjoni fid-demm). Kien hemm erba' mwiet li irriżultaw minn din il-marda kollha kkaġunati minn Meningococcal Septicaemia.
Kien hemm 14 il-każ ieħor ta' Meningite kkaġunati minn diversi mikrobi oħrajn. Ma kien hemm ebda mewt f'dawn il-każi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet irrapportati HIV positive din is-sena u kemm ġew irrapportati każi ta' aids din is-sena? Kemm hawn persuni bl-Aids illum? X'etajiet għandhom? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm mietu persuni bl-Aids sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn testijiet li saru fil-laboratorju ta' l-Isptar San Luqa, in-numru ta' testijiet posittivi għall-HIV fl-1998 kien ta' 8. Peress illi dawn it-testijiet isiru b'mod anonimu wieħed ma' jistax jagħraf testijiet li jkunu saru doppji.
Din is-sena in-numru ta' każi ġodda nnotifikati bl-AIDS kien ta' 6. Dan in-numru jinkludi żewġ persuni mhux residenti f'Malta.
In-numru ta' persuni residenti Maltin bl-AIDS huwa ta' 4. Dawn huma 3 irġiel u mara. Peress li n-numri huma żgħar ma nħossx li għandi nagħti l-figuri bl-eta' biex b'hekk tiġi mħarsa l-kunfidenzjalita ta' l-identita ta' dawn il-persuni.
In-numru ta' persuni bl-AIDS residenti f'Malta li huma magħrufa li mietu sa llum huwa 43, tlieta minnhom din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' mard infettiv din is-sena? X'tip ta' każi kienu u kemm kien in-numru ta' persuni li mietu b'mard infettiv din is-sena u x'tip ta' marda kienet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-ewwel tas-sena 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 in-numru totali ta' każijiet ta' mard infettiv kien ta' 1542. Dawn il-każijiet jinqasmu kif ġej:-
-------------------------------------
TI P TA' MARD INFETTIV TOTAL
-------------------------------------
Acut e Flaccid Paralysis 8
AIDS 6
Brucellosis 3
Chicken Pox 492
Shingles, Herpes Zoster 31
Food Poisoning, Campylobacter 23
Food Poisoning, Salmonella 402
Food Poisoning, Unspecified 378
Food Poisoning, Toxic 3
Food Poisoning, E. Coli 3
Hepatitis A 14
Hepatitis B 4
Hepatitis C 1
Leishmaniasis, Visceral 3
Leishmaniasis, Cutaneous 23
Measles 3
Mumps 8
Rubella 7
Meningitis, (Other Bacterial) 14
Meningitis, Meningococcal 11
Septicaemia, Meningococcal 16
Encephalitis Acute 2
Pneumonia 4
Tuberculosis, Non-Pulmonary 1
Tubercolosis, Pulmonary 12
Typhus 59
Erysipelas 4
Whooping Cough 4
Creutzfeld Jacob Disease 1
Tetanus 1
Malaria 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni kull xahar illi marru l-isptar jew ġo ċentri tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżamx rekord ta' kemm-il persuna ma nqdietx mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn għax il-mediċini li riedu kienu out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li kull xahar marru l-isptar jew ġewwa xi ċentru tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena kien:
Jannar 52387
Frar 47974
Marzu 48353
April 50234
Mejju 49920
Gunju 48980
Lulju 51261
Awissu 48837
Settembru 52840
Id-dipart iment ma jżommx rekord ta' kemm persuni ma nqdewx għax il-mediċini kienu out of stock.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew milqugħa talbiet għal xiri ta' armi tan-nar mill-pulizija din is-sena u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? X'kienu t-tip ta' armi li għalihom saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-28 ta' Ottubru, 1998, ġew approvati 2,908 talba għal xiri ta' armi tan-nar, filwaqt li hemm 529 applikazzjonijiet pendenti. Il-maġġoranza ta' dawn it-talbiet huma għall-xiri ta' snieter, 'air pistols' u 'air rifles'.
10.11.98