Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Ottubru 1998? Kemm min dawn kienu persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel darba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig fl-aħħar ta' Ottubru 1998 kien ta' 7,288. Minn dawn kien hemm 510 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba. L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998. 2.12.98
Leg 9 PQ #1440 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Art — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni illi kellhom l-art tagħhom esproprjata mill-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-ammont ta' flus dovut lil dawn il-persuni li għadu ma tħallasx? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien illi ilhom ma jitħallsu? Meta jitħallsu, dawn jingħataw imgħax?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1441 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Nterni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus dovut lura lit-taxpayers f'arretrati ta' l-income tax? Kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom jieħdu arretrati? Kemm ilhom jistennew? Kemm tħallsu persuni din is-sena? Meta jitħallsu, dawn jieħdu imgħax?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont dovut lura lit-taxpayers (individwi, kumpanniji eċċ) f`arretrati ta` l-income tax huwa ta` Lm17,173,648. In-numru ta` persuni (individwi) li għandhom jieħdu arretrati huwa ta` 34,545. It-tabella ta` hawn taħt turi kemm ilhom jistennew dawn l-individwi: Anqas minn sena 28,396 Aktar minn sena 3,841 Aktar minn sentejn 2,041 Aktar minn tliet snin 143 Aktar minn erba` snin 80 Aktar minn ħames snin 44 L-ammonti ta` individwi li rċevew refund din is-sena huwa ta` 17,299. Hemm numru ieħor ta` refunds li ser joħorġu sa l-aħħar tas-sena. Ir-rifużjoni titħallas meta joħroġ l-assessment u għaldaqstant m`hemmx lok ta` imgħax.
Leg 9 PQ #1442 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxi dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati f'taxxa ta' l-income li għadhom ma tħallsux lill-gvern? Kemm min dawn huma dovuti mill-korporazzjonijiet li fihom il-gvern għandu shareholding? Liema huma dawn il-korporazzjonijiet jew entitajiet u kemm għandhom jagħtu flus kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1212. Il-bilanċ ta` arretrati ta` taxxa fuq id-dħul dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi huwa ta` Lm657,546. Dan l-ammont jinkludi l-ammont dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi biss. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza mniżżla fl-Income Tax Acts.
Leg 9 PQ #1443 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali fix-xaħar ta' Ottubru ta' din is-sena? X'tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru u t-tipi ta' reati rrappurtati lill-Pulizija f'Ottubru 1998, huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98

Karozzi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi godda xahar b'xahar din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` karozzi ġodda xahar b`xahar din is-sena huwa kif jidher hawn taħt: Jannar 550 Frar 539 Marzu 676 April 777 Mejju 687 Ġunju 747 Lulju 865 Awissu 885 Settembru 907 Ottubru 965 Total 7,598
Leg 9 PQ #1445 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu persuni waqt inċidenti tat-traffiku xahar b'xahar din is-sena, kemm mietu din is-sena, kemm weġgħu ħafif u kemm gravi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98

Vetturi — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' liċenzji ta' karozzi tas-sewqan li ma ġewx imġedda għal din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema tip ta` liċenzji qed jirreferi.
Leg 9 PQ #1434 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mill-pulizija biex jinżammu rave parties fis-snin 1996, 1997 u din is-sena? Taħt liema kondizzjonijiet jinħarġu dawn il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1996 u fl-1997 ma nħarġu ebda permessi għal 'Rave Parties', filwaqt li din is-sena nħarġu 5. Fost il-kundizzjonijiet tal-permessi kien hemm illi mużika ma tindaqx fl-apert wara nofs il-lejl, ma jkunx hemm inkonvenjent lill-pubbliku, l-attivita' tiġi mwaqqfa f'każ ta' lmenti mill-pubbliku, u li l-ħlas għall-pulizija meħtieġa jkun a karigu ta' l-applikant. Fil-każ tal-permess għar-Rave Party ta' l-20 ta' Settembru 1998, kien hemm inkluż ukoll in-numru ta' persuni li kellhom jitħallew jidħlu fil-parti magħluqa. 30.11.98
Leg 9 PQ #1435 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Safar — Nefqa pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika għal safar minn Ministri u uffiċjali li akkompanjawhom fuq xogħol uffiċjali minn Settembru ta' din is-sena sal-lum? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri fil-perjodu msemmi huwa kif ġej: Ministru tal-Finanzi Safra waħda L-ispiża tas-safra għadha ma ġietx iffinalizzata Ministru għall-Ambjent Safra waħda Lm1,603.70 L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru tat-Turiżmu Żewġ safriet a. Lm1,913 b. Lm1,737 Ministru għas-Servizzi Lm3,391 Ekonomiċi L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru tas-Saħħa Safra waħda Lm4,711 L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru ta` l-Intern Safra waħda Lm1,423.86 Ministru ta` l-Edukazzjoni Safra waħda Lm474.02 Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Safra waħda Lm1,272 Ministru ta` l-Affarijiet Barranin Ħames safriet a. Lm2,357.00 b. Lm5,960.78 c. Lm1,400.00 d. Lm1,000.00* 4. Lm1,000.00* * Ammont mogħti bil-quddiem Prim Ministru Tlett safriet a. Lm 316.06 b. Lm2,677.15 c. Lm1,813.48

ETC — Gradwati - Reġistrazzjoni għax xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol illum? Kemm ilhom jirreġistraw, għalxiex qed jirreġistraw u x'tip ta' kwalifiki għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Settembru 1998 in-nunru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 46. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella A - li turi għalxiex qed jirreġistraw u kemm ilhom jirreġistraw, filwaqt li tabella B turi x'tip ta' kwalifiki għandhom. L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998. 30.11.98
Leg 9 PQ #1437 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għar-rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 229 fejn kont staqsejt kemm ingħataw permessi mill-pulizija għal rave parties din is-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rave party "Follow the white line" li sar f'April f'Għawdex u l-ieħor li sar fil-15 ta' Awissu ta' din is-sena f'Għawdex ukoll fejn mietet persuna b'overdose ta' droga, kif ukoll rave parties oħra, m'humiex imsemmija fil-lista li jien ingħatajt fir-risposta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawn iż-żewġ parties ma ġewx mogħtija fil-lista msemmija fit-Tweġiba għal Mistoqsija Numru 229, għax din kienet dwar kemm 'ingħataw permessi' mill-Pulizija. 30.11.98
Leg 9 PQ #1438 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 230, fejn fir-risposta il-Ministru qal illi għar-rave party li sar fil-21 ta' Settembru fil-Westin Dragonara kien hemm diversi pulizija waqt il-party il-ħin kollu; jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-pulizija ħallew lill-organizaturi jiksru il-kondizzjonijiet tal-liċenzja li ngħatatilhom? Għaliex dawn il-pulizija illi kienu preżenti il-ħin kollu ħallew 7,000 ruħ jidħlu meta suppost daħlu 468, u ma waqqfux il-mużika f'nofs il-lejl skond il-kondizzjoni tal-liċenzja? Se jittieħdu passi kontra dawn il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-persuni li kellhom jitħallew jidħlu, kien jirreferi għal parti interna tal-post. Ma jirriżultaliex li hemm lok għal xi proċeduri dixxiplinarji għax il-pulizija aġġixxiet bl-aħjar mod skond iċ-ċirkostanzi. Bħalissa hemm proposta minn naħa tal-Ministeru tiegħi u dak tal-Politika Soċjali, sabiex l-attendenza tkun limitata a bażi ta' persuna waħda kull 0.5 metru kwadru. 30.11.98
Leg 9 PQ #227 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' persuni li nqabdu mill-Pulizija fuq każijiet konnessi ma' droga kien ta' 66. Minn dawn, 56 kienu fuq pussess, filwaqt li 10 kienu fuq traffikar. Il-persuni kollha ser jiġu mressqa l-Qorti. 25.11.98
Leg 9 PQ #1427 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-General Civil Service li għandhom l-eta' ta' 50 sena jew iżjed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' mpjegati fil-gradi magħrufa bħala tal-General Service li għandhom l-eta ta' 50 sena jew iżjed, huwa ta' 833.
Leg 9 PQ #1428 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' droga maqbuda mill-awtoritajiet matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel nofs ta' din is-sena? Kemm minn dawn il-kwantitajiet inqabdu: (a) mill-membri tal-Forzi Armati; (b) mid-Dwana; u (ċ) direttament mill-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.11.98

Public Accounts — Auditor General's Report

Question

When is the Auditor General's Report on the Public Accounts for 1997 to be made available to Members of this House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond Sezzjoni 7 ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att ta' l-1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, ir-Rapport imsemmi fil-Mistoqsija ta' l-Onor. Membru għandu jintbagħat lill-'Ispeaker' tal-Kamra. Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor. Membru li jitlob l-informazzjoni rikjesta lill-'Ispeaker'. 25.11.98
Leg 9 PQ #1430 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Government service — Expenditure

Question

What was the total expenditure in the Government service during 1997? How much was spent on: (a) maintenance of vehicles; (b) hire of transport; (c) hire of self-drive cars; (d) hire of impressed vehicles; and (e) fuel?

Response (DALLI, JOHN)

The total expenditure in the government service during 1997 was published in the Financial Report 1997. As to the second part of the question, expenditure was as follows: a. Maintenance of Vehicles Lm327,930.00 b. Hire of transport Lm1,471,553.00 c. Hire of self-drive cars Lm546,927.00 d. Hire ofimpressed vehicles Lm1,483,706.71 e. Fuel Lm869,013.00
Leg 9 PQ #1431 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

General Civil Service — Employees

Question

How many employees in the General Civil Service have official permission to take on a second job on a part-time basis?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi permezz taċ-Ċirkolari MPO/B1/4/95 li ħarġet fit-22 ta' Marzu 1995, l-approvazzjoni sabiex uffiċċjal pubbliku jkun jista jagħmel xogħol part-time ġiet delegata lis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri fejn l-uffiċċjal konċernat huwa mpjegat. Għar-rigward id-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi n-numru ta' impjegati fil-General Service Grades li għandhom il- permess meħtieġ sabiex jagħmlu xogħol part-time huwa sittax (16). Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq ikollu ċ-ċifri tal- Ministeri l-oħra nistiednu jagħmel l-istess mistoqsija lill- Ministri responsabbli.
Leg 9 PQ #1432 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Każi ta' libelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm każi ta' libell qegħdin jinstemgħu quddiem il-qrati? Kemm każi oħra ġew istitwiti u qed jistennew li jinstemgħu? Liema huma dawn il-każi u meta ġew istitwiti f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda ninsab infurmat li l-kawżi ta` libell li qed jinstemgħu quddiem il-Qrati huwa 43 li minnhom 30 huma ċivili filwaqt li 13 huma kriminali. Hemm ħames kawżi oħra ċivili ta` libell li għadhom qed jistennew li jiġu appuntati. Dawn huma: P.L. Mario Mario Mifsud Bonnici vs preżentata 6 ta` Novembru Victor Aquilina 1998 P.L. Mario Mifsud Bonnici vs Joseph preżentata 6 ta` Novembru Zahra 1998 Alfred Mangion vs Fr Noel Grima preżentata 6 ta` Novembru 1998 Simon Debono vs Charles Demicoli preżentata 6 ta` Novembru 1998 Edwin Siracusa vs Karl Schembri preżentat 12 ta` Novembru 1998