Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2573 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni b'effett ta' ecstasy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar ibatu minn effett ta' ecstasy, sena b'sena fl-aħħar għaxar snin u xahar b'xahar għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Klassifikazzjoni internazzjonali tat-tagħrif li jinġabar mill-isptar San Luqa ma tippermettix li jiġu individwati l-każi partikolari ta' overdose ta' ``ecstasy''.
Leg 9 PQ #2574 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija fix-xahar ta' Novembru? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 14.12.98 (a.m.)

Djar — Tqassim ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu housing units mid-Dipartiment tas-Social Housing mill-5 ta' Settembru 'l hawn? F'liema bliet u rħula tqassmu? Kemm kull post? Minn fejn kienu l-persuni li ħadu post f'kull każ u kemm kienu ilhom japplikaw f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi mill-5 ta' Settembru sad-9 ta' Diċembru 1998 ġew allokati 38 post. Dawn ġew allokati lill-applikanti li kienu applikaw mill-1988 sal-lum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kif ġew imqassma. 12.12.98

Droga — Rehabilitation courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew għar-rehabilitation courses kontra d-droga din is-sena? Kemm hemm persuni din is-sena li ma komplewx il-kors sa l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Aġenzija sedqa għandha żewġ tipi ta' 'rehabilitation courses'. Wieħed huwa l-Programme ta' Riabilitaxxjoni 'STIMA', li huwa bbażat fil-Komunita'; u l-ieħor huwa residenzjali u huwa programm tal-'Komunita' Santa Marija'. Matul din is-sena, (sa Ottubru, 1998), in-numru ta' persuni li attendew, kif ukoll dawk li ma komplewx il-kors, kien kif ġej: PROGRAMM PERSUNI LI ATTENDEW PERSUNI LI MA KOMPLEWX IL-KORS STIMA 68 27 Sta. Marija 61 34
Leg 9 PQ #2088 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati reati ġewwa Paceville u San Ġiljan din is-sena? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 07.12.98
Leg 9 PQ #2089 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-16-il sena l-qorti, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni taħt is-sittax-il sena li ttelgħu l-Qorti, sena b`sena, bejn l-1989 u s-26 t`Ottubru, 1998 kien kif ġej:- Sena Numru Ta` Persuni ____ _________________ 1989 74 1990 87 1991 110 1992 89 1993 116 1994 118 1995 108 1996 121 1997 41 1998 146 07.12.98
Leg 9 PQ #2082 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1437 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rave parties li saru Għawdex kellhomx bżonn ta' permess mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post fejn saru dawn iż-żewġ rave parties, li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, huwa liċenzjat biex isiru disco dances matul is-sena kollha u allura ma kellhomx bżonn permess ieħor. 04.12.98

Persuni f'każi ta' sataniżmu — Kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuni li qegħdin taħt il-kura tas-social workers wara li kellhom diversi problemi wara li kienu mdaħħla f'każi ta' sataniżmu u/jew okkult? Jekk iva, kemm huwa dan in-numru ta' persuni u x'eta' għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa, żewġ persuni qegħdin jiġu mgħejuna mis-Social Workers ta' l-SWDP li għandhom problemi li jistgħu jkollhom x'jaqsmu ma' sataniżmu u/jew okkult. L-etajiet ma jistgħux jingħataw minħabba konfidenzjalita''. 4.12.98
Leg 9 PQ #2084 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Gżira — Club tal-football

Question

Dwar il-proġett ta' Manoel Island, jista' l-Ministru jelabora kif u taħt liema kondizzjonijiet il-club tal-football tal-Gżira se jkun jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet sportivi ġodda li se jinbnew fil-proġett imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fuq dan is-suġġett għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet meħtieġa mal-partijiet konċernati.

Vetturi bil-mutur — Ħlas ta' liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' liċenzji ta' vetturi bil-mutur li m'humiex imħallsa skond il-liġi llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` liċenzji ta` vetturi bil-mutur li m`humiex imħallsa skond il-liġi llum huwa 7887. Id-Dipartiment ikkonċernat ser jagħmel sforz biex flimkien mal-pulizija jara jekk dawn il-liċenzji fil-fatt humiex ta` vetturi li għadhom qed jintużaw, inkella ta` dawk li ġew `scrapped'.
Leg 9 PQ #2086 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Mobile phones — Dħul minn liċenzji

Question

Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-gvern se jdaħħal somma flus fuq mobile phone licences, jista' l-Ministru jelabora dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Is-somma li tidher taħt `mobile phone licences` tinkludi d-drittijiet li l-kumpanija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjaħ Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
Leg 9 PQ #2087 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sporting licences

Question

Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-Gvern se jdaħħal somma flus aktar fuq sporting licences, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jogħlew?

Response (DALLI, JOHN)

L-`isporting licences` mhumiex se jogħlew. Il-Gvern se jdaħħal somma flus aktar peress li xi `sporting licences` ta` l-1998 se jidħlu fl-1999. Il-proċess ta` tiġdid ta` dawn il-liċenzji ttardja sakemm ġie installat u implimentat il-programm kompjuterizzat u minħabba hekk it-tiġdid beda` fl-aħħar ta` Mejju 1998 flok f`Jannar 1998.

Energy Drinks — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati energy drinks sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin jekk tinżamm statistika fuq dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Vejikoli bil-mutur — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati vejikoli bil-mutur sena b'sena, għall-aħħar għaxar snin u x'tip ta' vejikoli kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #2078 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi konnessi ma' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq każi konnessi mad-droga din is-sena? X'weħlu wieħed wieħed f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Novembru, tressqu l-Qorti 320 persuna fuq każi konnessi mad-droga. Ninsab infurmat ukoll li 180 każ minnhom għadhom sub judice. Dwar il-140 każ li ġew deċiżi mill-Qorti, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 03.12.98

Armi tan-nar — importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati armi tan-nar sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #2080 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bejgħ ta' alkaħol lil tfal taħt l-eta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin talli biegħu alkaħol lil tfal taħt is-16-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkohol lill-persuni taħt is-16 il-sena bejn l-1989 u t-30 ta` Novembru, 1998, kien kif ġej:- Sena Numru Ta` Persuni _____ _________________ 1989 -- 1990 -- 1991 1 1992 -- 1993 -- 1994 2 1995 -- 1996 -- 1997 1 1998 6 03.12.98
Leg 9 PQ #2081 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bniet ta' l-iskola li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena skolastika, jiġifieri minn Settembru sal-lum, in-numru ta' studenti li m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant huwa ta' sitta.

ETC — Persuni jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni 'l fuq min 40 sena jirreġistraw għax-xogħol illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Ottubru 1998 in-numru ta' persuni 'l fuq minn 40 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 2,729. It-tabella ta' hawn taħt turi l-perjodu taż-żmien li ilhom jirreġistraw għax-xogħol. PERJODU OTTUBRU 1998 0 - 1 sena 1,092 1 - 2 snin 548 2 - 3 snin 376 3 - 4 snin 185 4 - 5 snin 146 5 snin u 'l fuq 382 TOTAL 2,729 L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998. 2.12.98