Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, dejjem skond is-census ta' l-1995, kemm kien hawn familji li qalgħu bejn l-Lm10,000 u t-Lm13,000 u li kellhom ħamest itfal taħt is-16-il sena? Kemm minn dawn kellhom dħul wieħed fulltime, kemm kellhom żewġ incomes għax kienu jaħdmu iż-żewġ ġenituri u kemm kien hemm familji li laħqu dawn iċ-ċifri permezz ta' xogħol extra part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment ta' l-Istatistika. 15.12.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Novembru u kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qegħda u sabu x-xogħol fl-istess xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Settembru 1998 in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 1,234. Filwaqt li numru ta' persuni li kienu qegħda u sabu xogħol fl-istess xahar kien ta' 365. 15.12.98

Impjiegi — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li kellhom jew għandhom il-permess li jaħdmu wara li ngħataw permess jitilqu mill-iskola din is-sena? Kemm inqabdu tfal jaħdmu bla permess din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu bla permess minn Jannar sa Novembru 1998 hu ta' 34. 15.12.98
Leg 9 PQ #2592 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sportivi — Testing ta' doping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sportivi li kienu ttestjati pożittivi wara doping test li jsir waqt id-diversi kampjonati f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhix il-proċedura li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati tad-doping tests lid-Dipartiment ta' l-Isport.

SWDP

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mara tiġi msawta u l-każ jidħol fl-SWDP u tiġi riferuta għal shelter, l-SWDP tibqa' ssegwi l-każ? Jekk iva, b'liema mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta mara tiġi rreferuta għal shelter mit-Taqsima Vjolenza fid-Dar ta' l-SWDP, din tibqa' tiġi segwita mis-Social Workers tat-taqsima. Dan isir billi: Waqt li l-persuna għadha ġo shelter: . Jiġu ffaċlitati kuntatti mal-pulizija fir-rigwared ta' rapporti jew ċertifikati mediċi. . Jingħata support billi jsir counselling mal-mara abbużata. . Tingħata għajnuna billi jiġu analiżżati l-alternattivi kollha u l-konsegwenzi ta' l-alternattivi u tittieħed deċiżjoni fuq l-aħjar alternattiva. . Jiġi aċċertat li t-tfal li hemm mal-mara jissetiljaw fix-shelter u wkoll jekk ikun hemm il-bżonn jiġi ffaċilitat it-tibdil fl-iskola (mill-lokalita' tad-dar tal-persuna għal-eqreb lokalita' tax-shelter). . Jiġi ffaċilitat kuntatt legali jekk ikun hemm bżonn. . Isiru case conferences u case review ma' min imexxi ix-shelter, u min ikun qed jgħin il-mara minn naħa tax-shelter. . Jekk ikun hemm il-bżonn jiġi ffaċilitat li l-mara tibda tieħu assistenza soċjali jekk tikkwalifika għaliha. . Isir xogħol ta' advocacy mad-Dipartiment tas-Social Housing jekk il-mara tiddeċiedi li se tissepara u jkollha bżonn post fejn toqgħod. . Jekk il-persuna tiddeċiedi li se tissepara tiġi akkumpanjata l-Qorti skond il-bżonn. . Jekk il-persuna tkun tixtieq terġa' tirritorna d-dar, is-Social Workers tat-Taqsima jaħdmu sabiex hi u wliedha ma jkunux f'periklu. . Tiġi ffaċilitata għajnuna lil min ikun qed jabbuża. Meta din titlaq mix-shelter, l-għajnuna tibqa' tingħata wkoll. 15.12.98

Ministeru għall-Politika Soċjali — Dipartimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu żar u f'liema data żar kull dipartiment f'kull każ? Liema kienu d-dipartimenti li ma żarx sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 15.12.98
Leg 9 PQ #2584 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li se jiddaħħlu fil-Forzi Armati s-sena d-dieħla in vista ta' risposta parlamentari li diġa' ngħatat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

F'dan l-istadju huwa ppjanat li jiġu reklutati madwar mitt suldat fl-1999.
Leg 9 PQ #2585 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Barranin — Work permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li għandhom il-work permit illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu hawn dawn il-persuni u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond il-lista uffiċjali li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 2241 persuna barranija li kellhom permess biex jaħdmu Malta, liema lista ma tinkludix l-ismijiet ta' dawk il-persuni li l-permess tagħhom ikun validu għal anqas minn xahar. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar kemm dawn il-persuni ilhom jaħdmu f'Malta. Madwar 850 applikazzjonijiet pendenti qed jiġu pproċessati. 15.12.98am
Leg 9 PQ #2586 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienet involuta vejikola tal-pulizija din is-sena? Kemm kienet l-ispiża totali biex dawn ġew irranġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 52 vettura tal-pulizija li ġarrbu ħsarat b'riżultat ta' inċidenti tat-traffiku. L-ispiża totali sabiex jiġu rranġati dawn il-vetturi hija stmata li tammonta għal Lm6,245. 15.12.98am
Leg 9 PQ #2587 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ambulanzi li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku din is-sena u kemm kienet l-ispiża biex dawn ġew irranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm erba' ambulanzi li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku din is-sena. Waħda minnhom ma kellha ebda ħsara. L-istima għat-tiswija tat-tlieta l-oħra hi ta' Lm135, Lm49.50 u Lm10 rispettivament.
Leg 9 PQ #2588 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mobile Blood Donors Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa kuljum biex tinżamm u titħaddem il-mobile blood donors unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Biex topera il-Mobile Unit tad-Dipartiment tat-Trasfużjoni tad-demm hemm bżonn ta' sitta min-nies: Tabib, SRN, SEN, Health Assistant/Nursing Aide, Hospital Auxiliary u x-xufier. Il-Unit tad-Demm taħdem mit-Tnejn sal-Ħadd u ġurnata minnhom ma toħroġx. Tkun miftuħa bejn it-tmienja ta' filgħodu u s-siegħa u nofs ta' wara' nofsinhar. Il-paga medja taż kull persuna fuq il-Mobile Unit kull jum hija kif ġej:- - Tabib Lm17.85 (din tinkludi Ħdud u day allowance) - SRN Lm19.00 (din tinkludi allowances u premiums) - SEN Lm15.50 (din tinkludi allowances u premiums) - H/Asst Lm11.96 (din tinkludi allowances) - Hosp. Aux. Lm11.09 (din tinkludi overtime tal-Ħadd) - *Driver Lm20.60 (din tinkludi overtime matul il-ġimgħa u l-Ħadd) - Boroż ta' demm u l-iproċessar Lm17.00 _____________________________________________ Total Lm113 Ma' dawn iridu jiżdiedu spejjeż ta' insurance, liċenzja, petrol u maintenance. * Billi hemm xufier wieħed biss, isir ammont konsiderevoli ta' overtime. Il-possibilta' li jiżdiedu iżjed xufiera diġa' ġiet aċċettata bħala prinċipju u qiegħed isir dak kollu possibbli biex dan jitwettaq.
Leg 9 PQ #2578 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li ttellgħu l-qorti din is-sena u kien hemm divjett tal-publikazzjoni ta' l-isem? X'tip ta' reati kienu akkużati f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta` persuni li ttellgħu il-Qorti din is-sena. Dan peress li l- kawżi kriminali għadhom ma ġewx kompjuterizzati. Lanqas ma tinżamm statistika dwar id-divjett tal-pubblikazzjoni ta` l- isem u dwar it-tip ta` reati li kienu akkużati f'kull każ.
Leg 9 PQ #2579 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Relapse rate

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa r-relapse rate ta' persuni li xi darba kienu diġa' skontaw sentenza l-ħabs? Kemm kien fil-każ ta' persuni li weħlu probation jew sentenza sospiża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1997, li hi l-aħħar sena sħiħa li dwara nġabet statistika fir-rigward tas-suġġett tal-Mistoqsija, minn 246 sentenza ta' ħabs li ngħataw, 93 ingħataw lill-persuni li kienu ngħataw sentenza ta' ħabs qabel. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jżommx statistika dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija. 14.12.98pm
Leg 9 PQ #2580 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-ħabs ta' Kordin li nstabu taħt l-effett tad-droga, xahar b'xahar din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga, xahar b'xahar, minn Jannar 1998 sa Novembru 1998 kien kif ġej : Jannar 9 Frar xejn Marzu xejn April 2 Mejju xejn Ġunju xejn Lulju xejn Awissu xejn Settembru xejn Ottubru xejn Novembru 1 14.12.98pm
Leg 9 PQ #2581 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Anzjani vittmi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' xi reat mill-5 ta' Settembru sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 14.12.98pm
Leg 9 PQ #2582 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold-ups mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u d-9 ta' Diċembru, 1998, il-Pulizija kellha 15 -il-rapport ta' hold-up. Barra minn dan kien hemm wieħed li rriżulta li kien rapport falz. Minn dawn 5 ġew solvuti. Kien hemm rapport ieħor, mhux solvut, ta' tentattiv ta' hold-up li fih ma nsteraq xejn. 14.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2583 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni membri tal-Forzi Armati llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Forzi Armati ta' Malta hija komposta minn 87 uffiċjal, 1535 suldat regolari, 215 ħaddiema pajżana tal-Gvern u 55 Riservisti Voluntiera, cioe total ta' 1892. Din kienet il- pożizzjoni fil-11 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #2532 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Annimali/tjur protetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' tajr u/jew annimal protett ieħor ġie maqbud mill-forzi tas-sigurta u/jew Dwana din is-sena? X'sar mit-tajr ħaj/mejjet u mill-annimali maqbuda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.