Legislature:
Category:
Reset
Active:

Barranin miżżewġin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'tip ta' għajnuna soċjali jieħdu dawn il-persuni u l-familji tagħhom meta ma jkunux qegħdin jaħdmu u kemm swew lill-pajjiżna s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol hu ta' 165. Fejn persuna barranija tkun miżżewġa persuna Maltija, din tiġi nkluża f'din il-familja bħala membru intitolat għall-Għajnuna Soċjali daqs li kien ċittadin Malti. Għaldaqstant mhux possibli li jiġu identifikati persuni barranin. 27.1.99

Benefiċċji soċjali — Persuni fuq ir-relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief li huma separati? Kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'relief lil dawn il-persuni sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 1094. 27.1.99
Leg 9 PQ #3812 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern għal kull ministru jew segretarju parlamentari u delegazzjoni li akkompanjawhom fuq kull safra illi saret mill-5 ta' Settembru sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri u Segretarji Parlamentari fil-perjodu msemmi hija kif gej: Prim Ministru Hames safriet a) Lm 316.06 b) Lm2,677.15 c) Lm1,813.48 d) Lm 861.75 e) Lm1,267.26 Ministru tal-Finanzi Safra Wahda Lm3,435.00 Ministru tat-Turiżmu Erbġħa Safriet a) Lm1,913.00 b) Lm1,737.00 c) Lm1,536.00 d) L-ispiża ġħad mhix maghrufa Ministru ta` Safra Wahda Lm1,996.60 l-Agrikoltura u Sajd Ammont moġħti bil- quddiem-safra ġħad mhix iffinalizata Ministru ġħat-Trasport u Safra Lm1,272.00 Komunikazzjoni Ministru ġħas-Servizzi Safra wahda Lm1,940.68 Ekonomici Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm2,797.66 Dr G Hyzler Ministru tas-Sahha Safra wahda Lm4,166.16 Ministru ta` l-Intern Safra wahda Lm1,423.86 Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm 770.40 G. Pullicino Ministru ġħall-Ambjent Zewg safriet a) Lm1,257.28 b) Id-delegazzjoni għadha ma rritornatx Ministru ta` Zewg safriet a) Lm 474.02 l-Edukazzjoni b) Lm 900.87 Segretarju Parlamentari Zewg safriet a) Lm 305.69 Jesmond Mugliett b) Lm 92.90 Ministru ta` l-Affarijiet Tlett safriet a) Lm2,357.00 Barranin b) Lm5,961.00 c) Lm2,245.00 Sitt safriet mhux iffinalizzati Segretarju Parlamentari Erbgha safriet a) Lm 576.00 Dr J Borg b) Lm1,347.00 c) Lm 597.00 d) Lm 393.00

Impjiegi — Ħaddiema li weġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weġġgħu fuq fuq ix-xogħol fl-aħħar għaxar snin sena b'sena u li sofrew minn xi diżabilita' permamenti? Kemm kienet id-diżabilita' ta' dawn il-persuni? Kemm ħareġ il-gvern f'għajnuna soċjali lil dawn il-persuni sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-ċifri tan-nies li weġgħu fuq ix-xogħol f'dawn l-aħħar għaxar snin u sofrew minn xi diżabilita' permanenti hu kif indikat f'din il-lista. Dawn il-persuni jirċievu somma flus f'każ ta' Diżabilita' Permanenti ta' anqas minn 20%, jew Pensjoni għad-Diżabilita' fejn il-persentaġġ ta' diżabilita' jkun bejn 20% u 89% jew Pensjoni għal Invalidita' fejn il-persentaġġ ikun aktar minn 89%. Dawn il-benefiċċji jitħallsu taħt l-iskema kontributorja u mhux bħala Għajnuna Soċjali. 26.1.99

Impjiegi — Ħaddiema li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu persuni fuq ix-xogħol matul is-sena 1998? Kemm mietu, kemm weġġgħu ħafif u kemm gravi? Kemm nefaq il-gvern fuq għajnuna soċjali lil dawn il-persuni? Kemm intilfu working days minħabba dawn il-korrimenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Numru 3801 fejn qed tingħata l-informazzjoni li fiha inkluż iċ-ċifri li ġew iffinaliżżati sal-lum. Ma' din l-informazzjoni wieħed jista' jżid li kien hemm 12-il inċident fatali fuq ix-xogħol fl-1998. 26.1.99
Leg 9 PQ #3803 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus mill-income tax sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm ntnefqu flus mit-taxpayers fi spiża (expenses) u li huma eżenti mit-taxxa fl-istess żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Flus mill-Income Tax fl-aħħar għaxar snin inġabru dawn l-ammonti: Sena Kalendarja Totali Lm 1989 51,128,154 1990 57,291,812 1991 61,737,082 1992 71,353,357 1993 85,115,263 1994 87,852,191 1995 99,757,557 1996 93,307,549 1997 110,539,335 1998 (proviżorju) 110,266,544 L-ammont ta` l-aħħar għas-sena 1998 hu proviżorju. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata għaliex dettalji kif mitluba ma tinżammx fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #3804 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fihom se jsir xogħol neċessarjju biex jitwassal is-servizzi infrastrutturali ħalli l-proġetti ta' Tiġne' u Manoel Island ikunu jistgħu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-negozjati mal-'Consortium' magħżul waslu fi stadju avvanzat u dettalji jingħataw aktar tard meta jkun opportun. Li wieħed jista' jgħid issa huwa li hemm xogħol ta' infrastruttura li jrid isir bejn l-inħawi tal-Bridge ta' Manoel Island u r-roundabout fit-tarf ta' Gżira Road ħdejn ir-roundabout magħrufa bħala 'ħdejn it-tank tal-Gass'. Irid jingħad li tant hemm konġestjoni f'dawn l-inħawi, li dan ix-xogħol huwa meħtieġ fl-interess pubbliku anki kieku ma kienx hemm il-proġett ta' Manoel Island.
Leg 9 PQ #3805 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Gżira — Djar/proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar/jew proprjeta' oħra fil-Gżira li se jiġu esproprjati mill-gvern in konnessjoni ma' l-iżvilupp maħsub ġewwa Manoel Island?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ebda art m'hi ser tiġi esproprjata minħabba l-iżvilupp li sejjer isir f'Manoel Island. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għat-triq ġdida li trid tgħaqqad Regional Road minn ħdejn l-ex tank tal-Gass sax-Xatt tal-Gżira, dan huwa proġett li xorta jrid isir indipendentament mill-iżvilupp ta' Manoel Island. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid aktar informazzjoni fuq dan, huwa mitlub li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3806 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Tiġne'/Manoel Island

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li tiġi tiswa lil gvern l-infrastruttura kollha neċessarja li trid issir biex tkun tista' tinbena il-ponta ta' Tiġne' u Manoel Island? Jista' l-Ministru jgħid u jagħti breakdown tas-somma in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-negozjati mal-'Consortium' magħżul u l-preparazzjoni biex jibda l-proġett waslu fi stadju avvanzat u aktar dettalji jingħataw aktar tard meta jkun opportun.
Leg 9 PQ #3788 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jintnefqu flus minn kumpanniji reġistrati f'Malta sena b'sena fl-aħħar għaxar snin fuq: (a) hospitality; (b) safar; (ċ) business lunches; u (d) perks oħra kollha konnessi man-natura ta' xogħol tal-kumpannija in kwestjoni u eżenti mill-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba f`din il-mistoqsija ma tistax tinġabar.
Leg 9 PQ #3789 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li hawn persuni Maltin illum ħajjin li qattgħu xi żmien ġewwa l-ħabs? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx din it-tip ta' informazzjoni. 25.01.99
Leg 9 PQ #3790 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni l-ħabs mill-Qrati fis-sena li għaddiet? Kemm kienu nisa u rġiel? Kemm weħlu kull wieħed? Ta' xiex ġew sentenzjati?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 25.01.99
Leg 9 PQ #3791 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq każi ta' qtil, attentat ta' qtil, stupru u każi konnessi mad-droga sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm instabu ħatja f'kull kategorija u f'kull sena? X'weħlu f'kull kategorija? Kemm ġew sentenzjati għal perijodu ta' żmien il-ħabs f'kull kategorija, kull sena? Kemm ġew liberati kull kategorija kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx din it-tip ta' informazzjoni. 25.01.99
Leg 9 PQ #3792 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Reanactments militari

Question

Fir-reanactments militari illi qed isiru, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' insurance għandhom il-persuni li jisparaw l-armi f'każ illi jweġġa' xi ħadd minnhom jew xi ħadd li jkun qed jara ir-reanactments ta' żmien il-Kavallieri In Guardja, jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtraw l-armi in kwestjoni? Fejn inħadmu, min ħadimhom u fejn saru il-barrel proofing ta' l-armi in kwestjoni? X'tip ta' liċenzji iħallsu dawn il-persuni li jużaw dawn l-armi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3800 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma it-taxxi preżenti li għolew mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Liema huma dawk ġodda mill-5 ta'Settembru 'l hawn? Kemm huwa maħsub li se jdaħħal il-gvern extra din is-sena meta mqabbla mas-sena l-oħra mit-taxxi in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru `l hawn kien hemm żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol, fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk. Kien hemm żieda wkoll fil-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali għall-impjegati. Hu stmat li dawn iż-żidiet se jirrendu lill-Gvern madwar Lm10.6m iżjed.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna minn San Gwann li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-każ li għalih għamel referenza l-Onor. Interpellant ġie nvestigat u nista' nikkonferma li r-rata tal-pensjoni mħallsa fil-każ hija korretta u li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata wkoll dwar dan.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file no. H 14402, fejn l-applikanti qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #16 Sitting 54 1999-01-21 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — San Gwann

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa San Gwann se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #17 Sitting 54 1999-01-21 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Gżira

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-Gżira se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.