Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3792 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Reanactments militari

Question

Fir-reanactments militari illi qed isiru, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' insurance għandhom il-persuni li jisparaw l-armi f'każ illi jweġġa' xi ħadd minnhom jew xi ħadd li jkun qed jara ir-reanactments ta' żmien il-Kavallieri In Guardja, jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtraw l-armi in kwestjoni? Fejn inħadmu, min ħadimhom u fejn saru il-barrel proofing ta' l-armi in kwestjoni? X'tip ta' liċenzji iħallsu dawn il-persuni li jużaw dawn l-armi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-persuni li jisparaw l-armi waqt ir-'re-enactments' ta' l-'In Guardia!' huma koperti kemm b''Employers Liability Insurance' kif ukoll bi 'Group Personal Accident Insurance'. L-ispettaturi huma koperti b''Public Liability Insurance'. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid, qabel xejn, illi l-armi li jintużaw fir-'re-enactments' ta' 'In Guardia!' m'humiex armi veri, iżda 'imitation blank-firing, special effects props' u bħala tali ma jaqgħux taħt ir-regolamenti u restrizzjonijiet imposti mill-liġijiet dwar armi tan-nar. L-armi jew 'muskets' ġew iddisinjati mis-Sur Michael Stroud, Assistent Kuratur fit-Taqsima ta' l-Armi u Armerija tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u Membru ta' l-'Arms., Armoury and Militaria Society (A.A.M.S.)'. Is-Sur Stroud huwa wkoll 'Militaria Director ta' 'In Guardia!' u jkun preżenti għal kull 're-enactment' li ssir. Il-'barrels' u l-'locks' inħadmu mis-Sur Joseph Schembri minn Sta. Venera. Il-'barrels' saru minn kanen ikklassifikati bħala 'schedule 40 solid drawn high pressure hot finished seamless steel' u ġew impurtati mid-Ditta Bezzina Limited tal-Marsa mingħand il-'British Steel Company Limited' ta' l-Ingilterra. Din id-ditta Ngliża tforni lis-suq mondjali kollu b'dawn it-tip ta' 'parts' għall-armi tan-nar. Il-kwalita' tal-'barrels' (kanen) hija garantita mill-'British Steel Company Limited', u ġew awtentikati mis-Sur Stroud fir-'rifle ranges' ta' Pembroke, bl-awtorita' tal-Forzi Armati ta' Malta. Li 'stocks' ipprovdiethom id-Ditta Cortis Limited ta' Ħaż-Żebbuġ. Il-partijiet kollha tal-'muskets' ġew immontati mis-Sur Anthony Enriquez minn San Ġwann. Is-Sinjuri Joseph Schembri u Anthony Enriquez huma wkoll membri ta' l-A.A.M.S. Il-mili tal-'muskets' waqt l-'In Guardia!' jsir dejjem minn membri ta' l-A.A.M.S. li kollha għandhom liċenzja biex jisparaw armi tan-nar, u għandhom il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jisparaw armi 'loaded' bil-porvli iswed (black powder). Ir-'re-enactors' kollha li jkunu ngaġġati biex jimmaniġġjaw u jisparaw il-'muskets', jagħmlu dan taħt is-superviżjoni regolari u kostanti ta' membri liċenzjati ta' l-A.A.M.S.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 15.2.99
Leg 9 PQ #4199 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' barranin impjegati mal-gvern? F'liema dipartimenti jinsabu u x'kariga għandhom? Fuq liema bażi ġew impjegati f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tagħrif li qed jitlob l-Onor Interpellant diġa’ ingħata fit-tweġiba tiegħi b’risposta għad-domanda numru 2706 fl-14 ta’ Jannar li għadda.

Imbid lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur u l-volum ta' imbid ta' Malta s-sena li għaddiet u kemm minnu ġie esportat? Għal liema pajjiżi ġie esportat? Kemm kien il-valur u l-volum ta' imbid ta' barra importat Malta s-sena l-oħra u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont ta' inbid ta' Malta esportat matul l-1998 kien ta' 49,995 litru b'valur ta' Lm75,246. Dan il-volum ta' inbid kien esportat lejn dawn il-pajjiżi: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Iżrael, il-Libja, l-Olanda, ir-Renju Unit, il-Federazzjoni Russa, Spanja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Ungerija u l-istores ta' l-ajruplani. L-ammont ta' inbid impurtat f'Malta matul l-istess sena, kien ta' 345,053 litru b'valur ta' Lm787,450. Dan il-volum ta' inbid ġie impurtat minn dawn il-pajjiżi:- l-Afrika t'Isfel, l-Awstralja, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, New Zealand, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Isvizzera u l-Ungerija. Minħabba d-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Istatistika ta' l-1955 dwar kunfidenzjalita', l-informazzjoni dwar produzzjoni ta' inbid lokali ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #4201 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Kumpens

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-gvern wasalx għal xi deċiżjoni dwar kumpens fil-każ ta' Anthony Mifsud li kien involut fl-inkjesta dwar il-ħarba mill-ħabs ta' Louis Bartolo u l-avvenimenti sussuegwenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li deċiżjoni dwar każi ta` kumpens trid tittieħed fid-dawl tal-fatti u meta d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa tkun f’idejn id-dipartiment responsabbli. Din id-dokumentazzjoni, għalkemm intalbet, għadha ma waslitx. Id-Diviżjoni tal-Ġustizzja qed tagħmel l-almu tagħha biex dan il-każ ma jitwalx bla bżonn.
Leg 9 PQ #4202 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati/reliġjużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' reliġjużi (qassisin, sorijiet u patrijiet) impjegati fis-servizz tal-gvern jew f'istituzzjonijiet li jitmexxew b'fondi pubbliċi? Min huma u x'xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Brussels — Business Bureau - Fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' fondi pubbliċi li l-gvern intrabat li jħallas biex jgħin lill-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni ta' l-Industrija ħalli dawn joperaw il-Business Bureau li għandhom ġewwa Brussels? Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra hux lest li joffri l-istess għajnuna lit-trade unions interessati f'faċilitajiet ta' l-istess xorta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3837 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Roħs f'prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jippubblika lista ta' affarijiet li roħsu bid-dħul tal-VAT u x'għola l-effett tal-VAT u anke b'mod inġust?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3496.

Servizz Pubbliku — Pensjonanti

Question

Billi l-pensjonanti taċ-Ċivil jew li kienu jaħdmu mal-gvern m'huma se jiggwadanjaw xejn għall-fini tal-pensjoni tagħhom bil-mod kif saret ir-riorganizzazzjoni taċ-Ċivil 1996/1998, jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm kienet tiżdied il-pensjoni ta' kull grad attwali li hemm fiċ-Ċivil illum kieku l-ex-ħaddiema tal-gvern ġew inklużi u intitolati għal titjieb fil-pensjoni tagħhom kieku saret reviżjoni tal-pagi tal-gvern u mhux cash payments ta' kull sena kif fil-fatt sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-Mistoqsija hi ipotetika u għalhekk ma tistax tiġi mwieġba. 9.2.99
Leg 9 PQ #3955 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Pubbliku — Pensjonanti

Question

Billi l-pensjonanti kollha li kienu jaħdmu mal-gvern m'huma se jiggwadanjaw xejn fil-pensjoni tagħhom bil-mod kif saret ir-riorganizzazzjoni taċ-Ċivil 1996/1998, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku ġew inklużi l-pensjonanti taċ-Ċivil ukoll?

Response (DALLI, JOHN)

Bis-sistema kif titħaddem ma` tistax tinkludi l-pensjonanti taċ-ċivil biex fil-proċess ta` żieda fil-pagi taċ-ċivil billi hemm ħafna oħrajn li għal xi raġuni jew oħra huma analogati mal-pagi taċ-ċivil.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn hu maħsub li tgħaddi t-triq li se tgħaqqad Manoel Island mar-roundabout ta' ħdejn it-tank tal-gass fir-Regional Road?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Medserv — Xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Medserv qatt xtratx xi art mingħand il-gvern ġewwa Manoel Island u jekk iva, meta u għalkemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Medserv ma xtrat l-ebda art mingħand il-Gvern ġewwa Manoel Island.
Leg 9 PQ #4170 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PN — Kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista illi kkontestaw xi elezzjoni fil-passat, illi ġew maħtura fuq bordijiet tal-gvern, jew bordijiet ta' xi korporazzjoni jew ażjenda fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju mill-5 ta' Settembru, li għadda 'l hawn? Kemm jitħallsu kull wieħed jew waħda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi ma hemm ebda persuna li kkontestat l- Elezzjoni Ġenerali tal-5 ta' Settembru 1998 f'isem il- Partit Nazzjonalista. Kien hemm biss persuna waħda, ie Dr R Zammit li kienet ikkuntestat l-Elezzjoni Ġenerali tal-1987 u li ġiet maħtura membru tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni b'effett mis-16 ta' Novembru 1998, b'onorarju ta' Lm3660 fis-sena.
Leg 9 PQ #3831 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Ta' Xbiex Terrace - Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq il-garaxxijiet li hemm taħt Ta'Xbiex Terrace, Ta'Xbiex? Għaliex waqaf ix-xogħol? Kemm ilu wieqaf? X'jista' jsir biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti li jużaw din it-triq in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minn informazzjoni li għandi dawn il-garaxxijiet huma propjeta' privata.

Prodotti — Għoli fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret mill-ministeru dwar id-diversi prodotti li għolew mill-bidu tas-sena 'l hawn? X'se jagħmel il-gvern ma' dawk li jinstabilhom li qegħdin jgħollu l-prezzijiet meta mhux suppost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Ministeru, permezz tal-mekkaniżmu fi ħdanu, jinsab għaddej kontinwament b'eżerċizzju li permezz tiegħu isir monitor tal-prezzijiet tal-prodotti. Fejn jinstab li xi prezz huwa aktar mili suppost, mingħajr ġustifikazzjoni, bħala miżura primarja tinġibed l-attenzjoni biex tali prezz jiġi aġġustat.
Leg 9 PQ #3833 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdaħħal flus il-gvern mill-VAT matul din is-sena minn fuq il-cable television, min fuq il-bejgħ ta' tickets taċ-ċinema, minn fuq il-bejgħ ta' ikel mir-restoranti? Kemm ġabar il-gvern minn fuq is-CET is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 3833 hija kif ġej: VAT 1999 CET 1998 (stima) (attwali) Bejgħ mir-Restoranti Lm1.45 miljuni Lm1.04 miljuni Bejgħ miċ-Ċinemas Lm0.31 miljuni Lm0.16 miljuni Bejgħ ta` Cable Television -- -- Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li: 1. L-istima tad-dħul mill-VAT fl-1999 hija bbażata fuq id-dħul mill-istess VAT bejn Lulju 1996 u Ġunju 1997 (fl-aħħar tnax-il xahar tas-sistema tal-VAT ta` qabel) u hija ikkalkulata daqslikieku s-sistema l-ġdida tal-VAT matul din is-sena (1999) hija fully operational. 2. Iċ-ċifra mogħtija jistgħu jinkludu fihom dħul ta` taxxa minn attivitiajiet oħra, barra l-attivitajiet imsemmija, li l-persuni reġistrati konċernati jistgħu jkunu għamlu. 3. Rigward id-dħul minn fuq il-cable television, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li hemm persuna waħda reġistrata li faċilment tista` tiġi iddentifikata, u għaldaqstant, jekk tingħata, tkun qed tingħata informazzjoni kummerċjali ta` natura kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #3834 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Persuni mressqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu mpjegati tal-Gvern quddiem il-PSC is-sena li għaddiet? Fuq xiex tressqu? Minn liema dipartmenti tal-gvern kienu? Kemm inqatgħu każi s-sena l-oħra? X'kien ir-riżultat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant u li ġiet mgħoddija lili, qegħda tingħata fuq tlett tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli juru l-figuri kemm ta’ każijiet ġodda kif ukoll ta’ każijiet konklużi fl-1998. A. każijiet kriminali li dwarhom għaddejjin proċeduri fil-Qorti; B. każijiet dixxiplinarj serji li dwarhom għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; u C. każijiet ta’ tkeċċija minħabba assentejiżmu.

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni minn bordijiet tal-gvern is-sena l-oħra? Kemm kienu mpjegati tal-gvern, kemm tal-privat? X'eta' kellhom dawk boarded out?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jista' jagħti biss l-istatistika ta' persuni li ġew boarded-out taħt il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Dwar din l-istatistika nirreferi lill-Onor. Interpellant lejn it-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 3823. Skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, mit-840 persuna li ġew boarded out matul l-1998, 235 kienu ġejjin mis-settur governattiv, 470 mill-privat u 135 persuni li kienu jaħdmu għal rashom (self-occupied). 8.2.99
Leg 9 PQ #3836 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm xahar b'xahar is-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fiż-żewġ Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 08.02.99

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt il-61 sena li qegħdin jieħdu pensjoni mill-Gvern? X'tip ta'pensjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment hija n-numru ta' persuni li qed jirċievu xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Qed nipproduċi tabella li turi n-numru ta' persuni taħt il-61 sena li qed jirċievu xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. PERSUNI TAĦT IL-61 SENA LI QED JIRĊIEVU PENSJONI KONTRIBUTORJA TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni Pensjoni dwar Invalidita' 4432 Pensjoni tar-Romol 1773 Pensjoni għal Korriment 391 Allowance għal Iltim 12 TOTAL 6608 PERSUNI TAĦT IL-61 SENA LI QED JIRĊIEVU PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni Pensjoni tal-Wens 316 Pensjoni tad-Dizabilita' 1898 TOTAL 2214 Ninforma lil Onor. Interpellant li l-eta' tal-pensjoni kontributorja għal nisa u għall-pensjoni mhux kontributorja ta' l-Eta' (kemm għal raġel sew għal mara), hija 60 sena. Fl-istatistika mogħtija hawn fuq, dawk li jirċievu dawn it-tip ta' benefiċċji u għadhom ma għalqux il-61 sena mhumiex inkluża. 3.2.99