Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spazju ta' l-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' vjolazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' Malta s-sena l-oħra? X'tip ta' ajruplani ġew individwati mill-awtoritajiet Maltin u ta' liema nazzjonalita' kienu? Saru xi protesti diplomatiċi mill-awtoritajiet Maltin fuq xi każi, u jekk iva, ma' liema pajjiżi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm erba` każi ta` nuqqas ta` identifikazzjoni ta` ajruplani fil-`Flight Information Region` ta` Malta matul is-sena 1998. Dawn l-inċidenti jikkonsistu li ajruplani għaddew mill-ispazju kkontrollat minn Malta mingħajr ma għamlu kuntatt maċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku ta` l-Ajru ta` Ħal-Luqa. Fit-tliet każi, la n-nazzjonalita` u lanqas t-tip ta` ajruplan m`hu magħruf. Fil-każ l-ieħor ġie identifikat it-tip t`ajruplan (P-3 Orion) iżda n-nazzjonalita` tiegħu ma ġietx identifikata. Minħabba li ma hemmx identifikazzjoni ta` nazzjonalita` mhux il-każ li saru xi protesti diplomatiċi.
Leg 9 PQ #5554 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Russi/Ukrajni — Residence permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' Russa jew Ukrajna li għandhom residence permit u work permit illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 196 persuna Russa u 6 persuni Ukrajni (inklużi nisa u tfal) li qegħdin hawn Malta permezz ta' Residence Permit. Infakkar lill-Onor. Interpellant li persuni li qed jgħixu hawn bis-saħħa ta' Residence Permit ma jistgħux jaħdmu f'Malta. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' persuni Russi u Ukrajni li għandhom liċenzja ta' impjieg biex jaħdmu Malta huwa ta' 101 u 12 rispettivament. Dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħalma huma Diretturi ta' kumpaniji, Managers, Couriers, Interpreti, Chefs u Sportsmen fost oħrajn, kif jidher mill-lista ta' nies barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg li tiġi ppublikata kull xahar mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. 22.03.99
Leg 9 PQ #5555 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Proprjeta' — Xiri minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' mill-barranin is-sena l-oħra? Kemm kien in-numru ta' persuni li xtraw proprjeta', minn liema pajjiżi kienu u kemm xtraw proprjeta' x-xerrejja minn kull pajjiż involut?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` barranin li ngħataw il-permess taħt l-Att ta` 1974 Dwar Akkwist Ta` Proprjeta Immobbli Minn Persuni Mhux Residenti, biex jixtru proprjeta` immobbli f`Malta matul l-1998 kien ta` mija u ħamsin (150). Għar-rigward ta` liema pajjiż kienu dawk li ngħataw l-imsemmi permess għax-xiri matul l-1998, qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa tabella markata Dokumenti `A`.

Tarzna ta' Malta — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat susssidju t-Tarzna s-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-Fond Konsolidat it-Tarzan ta' Malta matul is-sena li għaddiet irċeviet l-ammont ta' Lm5,527,000 bħala sussidju. Mit-Treasury Clearance Fund l-azjenda irċeviet is-somma ta' Lm11.4 miljuni.

Enemalta/WSC — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat sussidju l-kumpannija Enemalta u l-Water Services Corporation is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ma ngħatat l-ebda sussidju matul is-sena li għaddiet waqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma irċeviet is-somma ta' Lm13.5 miljuni bħala sussidju.

Malta/Għawdex — Vjaġġi

Question

Billi sal-lum il-kumpannijia Gozo Channel għandha l-monopolju f'dawk li huma vjaġġi bil-baħar bejn Għawdex u Malta, jista' l-gvern jgħid jekk dan il-monopolju jridx jitneħħa kemm-il darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Gozo Channel hi kumpanija li taqa taħt Ministeru ieħor, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5549 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' meningitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningitis xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum? Kemm kellhom eta' dawk milquta minn din il-marda? Kemm mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5550 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed mingħajr ma jispeċifika ismijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' tobba barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa ta' 46. It-tip ta' xogħol li qed jaħdmu huwa kif ġej: Konsulenti 4 Senior Registrar 41 Houseman 1 44 minn dawn it-tobba barranin jitħallsu l-istess salarju bħall-Maltin u jieħdu wkoll 'expatriate allowance' ta' Lm1200 fis-sena. Iż-żewġ Konsulenti l-oħra għandhom salarju annwali ta' Lm42,000 u Lm35,000 rispettivament.
Leg 9 PQ #5551 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet tal-ftuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni tal-ftuq illum? Kemm ilu jistenna 'l aktar persuna fosthom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99
Leg 9 PQ #5540 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Għasafar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, tjur, żwiemel u live stock ieħor is-sena l-oħra? X'kien il-valur tal-ħlejjaq importati f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru u l-valur rispettivi ta` l-Importazzjonijiet ta` għasafar, tjur, żwiemel u five stock ieħor li kienu importati matul is-sena 1998 kienu hekk: LM Żwiemel 519 176,166 Baqar 39 21,289 Tjur 65,559 53,526 Fniek 1,590 13,967 Ħamiem 2,737 8,564 Għasafar 722,024 121,679

WSC — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' konsumaturi li għandhom arretrati xi jħallsu mal-korporazzjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Water Services Corporation? Kemm minn dawn huma individwi personali u kemm huma kumpanniji jew ħwienet kummerċjali? Kemm hi s-somma dovuta f'kull kategorija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent iż-żewġ korporazzjonijiet jinsabu mpenjati biex joħorġu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma li ilhom pendenti għal ħafna żmien. Għalhekk ma nħossx li huwa ġust li jitwaqqaf ix-xogħol li qed isir biex tinġabar l-informazzjoni mitluba. Fuq kollox kull konsumatur għandu arretrati xi jħallas u dan grazzi għad-diżgwid li ħalla warajh il-Gvern Laburista f'dan il-qasam

Pensjonanti — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephone illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma dovuta lil kull korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pensjonanti kollha għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma. Naturalment fil-biċċa l-kbira tal-każi, dan mhux tort tal-konsumatur imma grazzi għat-taħwid li l-amministrazzjoni preċedenti irnexxielha toħloq f'dan il-qasam. Dwar l-abbonati tal-Maltacom, id-database tal-Kumpanija ma tagħmilx distinzjoni bejn pensjonanti u oħrajn li mhumiex.

Impjiegi — Persuni gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili llum li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu? Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni gradwati f'kull kategorija ta' xogħol f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika relatata ma' persuni li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu. 16.3.99

Persuni separati — Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni separati li qegħdin fuq ir-relief illum? Kemm huma nisa u kemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterju għad-dritt tal-Għajnuna Soċjali hu marbut mal-mezzi u mhux marbut mal-istat jew is-sess ta' min jagħmel it-talba, li jistgħu fost oħrajn, ikunu ommijiet mhux miżżewġa, ġenituri li jgħixu waħdehom jew persuni separati li jgħixu waħdehom. Meta d-dritt jiġi stabbilit, in-numru ta' persuni fil-familja jkun rifless fir-rata applikabbli skond kif jidher f'Taqsima I tas-VI Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Għalhekk ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-Għajnuna Soċjali humiex persuni separati, nisa jew irġiel. 16.3.99
Leg 9 PQ #5534 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra maħfra jew amnestija lill-ħabsin mal-bdil tal-President u mal-wasla tas-sena 2000? Jekk iva, min se jgawdi minn din il-maħfra jew amnestija?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4418 f'Seduta 68. 15.03.99

Malta Shipbuilding — Management Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati persuni fil-Management Team tal-Malta Shipbuilding mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? Jekk iva, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-5 ta' Settembru 1998 ġew impjegati tlett uffiċjali maniġerjali fuq bażi ta' kuntratt definit għal tlett snin. Dawn l-uffiċjali huma l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni li għandu salarju ta' Lm26,000; l-Uffiċjal Eżekuttiv għar-Riżorsi Umani li għandu salarju ta' Lm18,000 u l-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Finanzi li għandu salarju ta' Lm12,000 u Lm2,000 bħala rimborż ta' spejjeż. Din l-iskala ta' salarji hija l-istess waħda li l-MIMCOL kienet iddiskutiet u rrakkomandat lill-amministrazzjoni preċedenti.