Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' abbużi fuq it-tfal, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
04.05.99 (a.m.)
Billi dan l-aħħar inqabdu xi immigranti llegali li waslu bil-vapur u allegatament għaddew mid-dwana mingħajr ma kellhom il-passaport ittimbrat, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar dan u jekk saret, x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kull każ li jkun magħruf mill-Pulizija, fejn xi persuna tinstab li tkun daħlet Malta mingħajr ma tkun għaddiet mill-Immigrazzjoni fil-port, din dejjem tiġi nvestigata u jittieħdu l-passi meħtieġa skond ma jirriżulta` investigazzjoni.
04.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuni li joqogħdu fl-indirizz, li qed nibgħat separatament li huwa post ikkundannat u mhux tajjeb biex jgħixu fih in-nies, se jingħataw residenza aktar xierqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni ndikata qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fl-Armata mill-5 ta' Settembru 'il hawn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-postings fil-Forzi Armati jsiru skond il-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari. Fil-perjodu bejn il-5 ta’ Settembru 1998 u s-26 ta’ April 1999 kien hemm 22-il posting bejn Regiment u iehor u 71 posting bejn Kumpaniji fl-istess Regiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta’ tliet haddiema pajzana mill-Forzi Armati ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li toqgħod is-Swatar, Msida, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-gvern, hux veru li qed tħallas aktar milli suppost? Din hija persuna separata b'żewġt itfal.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera li qed tħallas il-persuna indikata huwa l-inqas wieħed possibbli għall-appartament li hi tokkupa. Infurmat ukoll li l-impjegati tad-Dipartiment għall-aktar minn darba waħda spjegaw lill-persuna b'dan, u li l-kera tagħha ma tistax tonqos aktar minn hekk.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tingħata dar xierqa fejn toqgħod għaliex fejn qiegħda qed jaqa'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ indikat qed ikun ikkonsidrat ma oħrajn simili. Iżda peress li hi persuna waħeda, u trid tmur toqgħod biss San Ġwann jew San Ġiljan, hu diffiċli li d-dipartiment isibilha xi post.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tifla u toqgħod għaliha, hijiex qed tirċievi l-pensjoni adegwata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li ilha tistenna tmien xhur u kulma tmur qed tmur għall-agħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix tbati minn kundizzjoni urġenti. Preżentement hemm 7 każi oħra bħalha qabilha fil-lista. Jekk ma jidħlux każijiet iżjed urġenti mill-każ tagħha, il-persuna se tiġi operata fi żmien mhux il-bogħod.
Billi biex isir il-proġett ta' Manoel Island iridu jitwasslu sal-post diversi servizzi adegwati bħalma huma l-linji tat-telefon, drenaġġ, dawl u ilma, jista' l-Ministru jgħid minn ġo liema toroq se jsir dan ix-xogħol ta' infrastruttura? Meta se jibda u kemm se jdum? Kemm se jiswa lill-pajjiż ix-xogħol kollu infrastrutturali, inkluża l-link road li se ssir mill-gvern? Dan ix-xogħol min se jħallas għalih, il-poplu jew min se jibbenefika finanzjarjament mill-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mid-dipartiment tat-toroq u li wassal lill-istess dipartiment jasal għall-konklużjoni li hemm bżonn ta' link road mix-Xatt tal-Gżira għal ma' Regional Road? Kemm se tiswa din it-triq għall-poplu? Jidhirlu l-Ministru illi l-aktar li se jibbenefikaw minn din it-triq huma dawk li ġejjin minn Manoel Island u min-naħa ta' Tigne' jew dawk li jridu jmorru f'dawn il-postijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-istadju dwar il-bżonn tal-link road mix-xatt tal-Gżira għal Regional Road saru snin ilu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex ħarġu `development brief` għall-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi it-talba tiegħu għar-rapport dwar dan l-istadju lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-pjanti u l-konsultazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhux possibli li f`dan il-mument tingħata stima ta` kemmm ser jiswa` dan il-proġett. Hu ċert li l-aktar li ser jibbenefikaw huma:
a) in-nies tal-Gżira li ser jinqata` it-traffiku mit-toroq
tagħhom meta jkun nieżel jew tiela` lejn it-Triq
Reġjonali,
b) il-popolazzjoni kbira li toqgħod fl-akwati tal-Gzira,
Sliema u San Ġiljan peress li ser tinħoloq rotta
alternattiva għal ħruġ u dħul mill-lokalita`,
c) il-poplu ta` l-Imsida u Ta` Xbiex għaliex peress li
t-traffiku ser jiġi dirett lejn it-Triq Reġjonali ser
jonqos f`din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas flus fis-sena l-ministeru biex jinkera l-VAT Department ġewwa Ta' Paris, B'kara? Jekk il-bini nxtara, kemm kien il-prezz? Jekk saret sejħa pubblika għall-kiri jew xiri, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` kera li qed iħallas il-Gvern għall-propjeta` fejn hemm id-Dipartiment tal-VAT f`Ta` Paris, B`Kara, huwa Lm116,401 fis-sena. Din il-propjeta` ma nxtratx mill-Gvern. Il-kuntratt tal-kera kien sar fl-1994 wara sejħa għall-offerti mit-Teżor u war li l-offerti mitfugħa ġew eżaminati mid-Dipartiment tal-VAT u mill-Contracts Committee tad-Dipartiment tal-Kuntratti skond il-proċeduri stabbiliti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi kif 'l quddiem huwa maħsub li se jgħaddi t-traffiku min ġo Ta'Xbiex u l-Gżira wara li t-triq bejn ix-xatt tal-gżira u r-Regional Road titlesta?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa l-Ġżira, Msida u Ta' Xbiex li jridu jinqalgħu biex isir ix-xogħol neċessarju ħalli jitwassal is-servizz infrastrutturali neċessarju ġewwa Manoel Island?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol indikat mill-Onor Interpellant ser isir f`dawn it-toroq:-
GŻIRA
Sliema Road
Triq San Ġorġ
Triq D`Argens
Triq Manoel
Parti minn Triq ix-Xatt
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-Maltacom illi ġġiegħel lil dawk is-subscribers li jkollhom in-numru tat-telefon tagħhom imħażżeż ma' xi telephone box, iħallsu għad-danni u l-ħsara li tkun saret minn ħaddieħor? Dan qed nistaqsih għax bħalissa diversi persuni li jkollhom in-numru tat-telephone boxes qed isirulhom telefonati mill-Maltacom fejn qed jgħidulhom li se jkollhom iħallsu l-ispejjeż huma biex it-telephone boxes in kwestjoni jiġu mbajda mill-ġdid u dan minkejja li huma ma' jkollhom x'jaqsmu xejn u l-kitba tkun saret minn xi ħadd li jkun qiegħed iċemplilhom?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file H010616 peress li d-dar ta' l-applikant hija kkundannata u dalwaqt se jaqgħu partijiet minnha, bħalma diġa' ġara u l-applikanta qed torqod taħt it-taraġ bil-biża'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern il-festival tal-kanzunetta Maltija ta' din is-sena? Kemm sewa dak tas-sena l-oħra? Fiex intnefqu l-flus in kwestjoni din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Festival tal-Kanzunetta Maltija li nżamm Għawdex bejn 9 u 10 ta' Ottubru 1998 qam is-somma ta' Lm21,341. Il-Festival ta' din is-sena ser jinżamm f'Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm ġew irrapportati flus misruqa f'kull hold-up? Kemm ġew solvuti sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Dwar il-hold-ups li ġew irrapurtati lill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4266.
Rigward il-perijodu bejn l-1 ta' Frar u d-9 ta' Marzu, 1999, ninsab infurmat li ġew irrapurtati lill-Pulizija 5 hold-ups u tentattiv ta' ieħor. Minn dawn kien hemm każ li fih ma nsteraq xejn filwaqt li f'ieħor insteraq vann mimli sigaretti. Il-flus irrapurtati misruqa kienu : Lm400, Lm6,705, Lm30, Lm400. Minn dawn, 3 każi ġew solvuti, filwaqt li fil-każ tas-serqa ta' vann mimli bis-sigaretti, il-Pulizija irnexxielha ssib l-oġġetti misruqa.
26.04.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' testijiet li saru għall-HIV kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin hu kif ġej:
--------------------------------
SENA NUMRU TA' TESTIJIET
--------------------------------
1988 3750
1989 2495
1990 2118
1991 2461
1992 3131
1993 2396
1994 3935
1995 3963
1996 3912
1997 3809
1998 4249
1999
(sa l-aħħar
ta' Marzu) 1008
--------------------------------