Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7949 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mejtin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mietu persuni sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin kawża ta' qtil volontarju, qtil mhux volontarju, overdosages, suwiċidji, traffic accidents u industrial accidents?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mir-records disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7950 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Xbiex — Triq l-Imradd - wires tat-telephone

Question

Billi ħafna wires tat-telephone qegħdin fuq il-bjut ġewwa Triq l-Imradd, Ta' Xbiex, u jidher li m'hemmx bżonnhom u qegħdin ta' inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir dwar dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-inkonvenjent tal-wires tat-telefon li qegħdin fuq il-bjut fit-triq imsemmija, qed jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata. Tajjeb jingħad li l-biċċa l-kbira tal-wires li għalihom qed issir referenza, qed jipprovdu s-servizz u għalhekk mhux il-każ li jingħad li 'm'hemmx bżonnhom'.
Leg 9 PQ #7951 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna mill-Imsida, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, billi din sejra għall-agħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-operazzjoni meħtieġa ma hix ta` natura urġenti l-pazjenta qiegħda fuq il-waiting list. Id-data għall-operazzjoni tagħha għadha ma ġietx iffissata.
Leg 9 PQ #7940 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi misruqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li ġew rapportati misruqa mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li għall-perijodu mill-01/09/98 sal-25/10/98 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 108, ninsab infurmat li bejn is-26/10/98 u l-15/06/99 ġew irrapurtati lill-Pulizija 637 każ ta' serq ta' vetturi.
Leg 9 PQ #7941 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xiri ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda mixtrija mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer mill-5 ta' Settembru 'l hawn fuq xogħol governattiv? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh fuq kull safra? X'kienet in-natura ta' kull safra u kemm huwa maħsub li ġiet tiswa kull safra lill-kaxxa ta' Malta?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #7944 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' overdosages din is-sena sal-lum? Kemm kienu minn droga u kemm minn sustanzi tossiċi oħra? Kemm mietu persuni kawża ta' dawn l-overdosages?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sas-17 ta' Ġunju, ġew irrapurtati lill-Pulizija 61 każ ta' overdose li 13 minnhom kienu permezz ta' droga ta' abbuż. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn it-13 kien hemm 3 każijiet li rriżultaw f'mewt.
Leg 9 PQ #7945 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' overdosages mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum? X'kienu l-etajiet tal-persuni nvoluti u x'kien is-sess tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7934 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Servizzi komputerizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin biex jiġi mtejjeb u ntrodott servizz jew servizzi komputerizzati fid-diversi dipartimenti taċ-Ċivil? Kemm intnefaq fuq software, fuq hardware u fuq training kull sena? Jista' jgħid kemm iffranka flus iċ-Ċivil f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis f'manpower minħabba l-komputerizzazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7935 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (taxpayers) li għandhom jieħdu xi arretrati mill-inland revenue? Kemm hi s-somma totali li għandu jagħti l-gvern? Kemm ħallas il-gvern lura f'arretrati lil taxpayers li ħallsu żżejjed kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm gawdew persuni kull sena? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-irħula jew bliet fejn kienu joqogħdu dawn il-persuni li rċevew l-arretrati lura kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` taxpayers hu ta` 30,305. L-ammont eżistenti hu ta` Lm17.3 miljun. F`dawn l-aħħar snin tħallsu dawn l-ammonti: 1999 (sa Mejju) 1,360,000 (Numru ta` taxpayers - 17,648) 1998 2,840,500 (Numru ta` taxpayers - 17,825) 1997 2,989,163 (Numru ta` taxpayers - 21,957) 1996 3,299,197 (Numru ta` taxpayers - 32,253) 1995 1,997,938 (Numru ta` taxpayers - 16,545) 1994 1,488,949 (Numru ta` taxpayers - 18,210)
Leg 9 PQ #7936 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li ma attendewx l-iskola din is-sena għax kienu tqal? Kemm huwa n-numru ta' tfal li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba tqala?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numur ta' każijiet huma 24 ETA` NUMRU TA' STUDENTI 13-il sena 2 14-il sena 4 15-il sena 13 16-il sena 5 Mis-sittax-il tfajla ta' sittax-il sena li ġew ikkwotati fl-istatistika (Mistoqsija Parlamentari Numru 7657), ħamsa ma komplewx jattendu l-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja. L-istess numru ta' tfajliet (24) baqgħu ma jattendux skola sa l-aħħar tas-sena skolastika.
Leg 9 PQ #7937 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Reġistrazzjoni ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew reġistrati din is-sena li kellhom unknown father?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tan-numru ta' tfal li jiġu reġistrati li kellhom 'unknown father'.

Detox Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew id-Detox Centre mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm kienu ġodda? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienu l-etajieti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies differenti li attendew iċ-Ċentru tad-Detox (Malta) bejn Settembru, 1998 u Mejju, 1999 kien ta' 708. Minnhom, 106 persuni ġew għall-ewwel darba. L-etajiet tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox kien kif ġej: ETA' IRĠIEL NISA 14 - 19 62 18 20 - 24 224 39 25 - 29 167 17 30 - 34 92 11 35 - 39 35 8 40 - 44 18 1 45 - 49 11 0 50+ 5 0 ---------------------------------------------- TOTAL 614 94 23.6.99
Leg 9 PQ #7928 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Bajjiet — Tniġġis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru ta' l-Ambjent kontra t-tniġġis ta' bajjiet, speċjalment f'bajjiet f'inħawi turistiċi u b'mod partikolari issa li wasal is-sajf? Liema huma l-bajjiet fejn l-għawm huwa pprojbit mill-awtoritajiet tas-saħħa? Għaliex bajjiet bħal dik tal-Balluta jkunu mniġġsa kull sajf mingħajr ma hu possibbli li jinstab rimedju effikaċi darba għal dejjem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika tniedi programm ta` 'monitoring' tal-bajjiet ta` kull sena bejn Mejju u Ottubru (23 ġimgħa). F'dan il-programm, kampjuni ta` l-ilma baħar jittieħdu mill-Ispetturi tas-Saħħa kull ġimgħa minn 115 il-post matul il-kosta ta` Malta, Għawdex u Kemmuna u jiġu eżaminati fil-laboratorju tal-Evans il-Belt għall-evidenza ta` kontaminazzjoni mid-dranaġġ. Ta` kull sena, it-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tipubblika rapport fuq il-kwalita` ta` l-ilma baħar, u kopji ta` dan ir-rapport jistgħu jinkisbu mill-uffiċju tad-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. Postijiet li jitqiesu mid-Dipartiment bħala mhux tajbin għall-għawm jinkludu l-portijiet kollha u dawk il-bajjiet fil-viċinanza ta` l-isbokk tad-dranaġġ. Dawn jinkludu: Wied Għammieq, Ras il-Prajjet u ċ-Ċumnija f'Malta Ras il-Ħobż, Wied il-Mielaħ u San Blas f'Għawdex L-Imnieri f'Kemmuna Fir-rigward ta` postijiet bħal Balluta, d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jiprova fejn hu possibli li jidentifika s-sors ta` kontaminazzjoni. Malli dan jinstab, jiġi riferut lid-Dipartiment konċernat biex jieħdu l-passi neċċessarji. Ta` min issemmi ukoll li fil-każ tal-Bajja tal-Balluta, f'San Ġiljan, qabel l-avviż maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa din il-ġimgħa, l-aħħar avviż kien maħruġ f'Ġunju ta` 1995.
Leg 9 PQ #7929 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Degrees Honoris Causa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tan-numru ta' Degrees Honoris Causa mogħtija mill-Universita' ta' Malta lil persuni barranin f'dawn l-aħħar għaxar snin? Min kienu l-persuni li rċevew dawn l-unuri? Kien hemm xi Maltin li rċevew l-istess unur fl-aħħar għaxar snin u jekk iva, min kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Total tan-Numru ta' Degrees Honoris Causa mgħotija lil persuni barranin f'dawn l-aħħar għaxar snin kien ta' 17. Dawn ingħataw lil:- Sir Shridath Surendranath Rampmal 21/07/89 Mme. Catherine Lalumiere 01/11/89 H.E. Dr Richard von Weizsacker 23/10/90 H.E. Prof. Francesco Cossiga 18/09/91 Rev. Br. Hilary A. Clews 06/11/92 Sr. Mary McCallum 06/11/92 Prof. Sir Ralf Dahrendorf 06/11/92 Prof. Paul P. Steeten 06/11/92 Fra Andrew Bertie 20/03/93 H.E. William O'Neil 22/11/93 H.E. Juan Antonio Samaranch 22/11/93 Prof Antonio Zichichi 22/11/93 H.E. Dr. Mario Soares 10/10/94 Dr Joe Erik Asvall 15/12/95 H.E. Dr. Federico Mayor 05/01/96 Ing. Pasquale Pistorio 15/04/96 Sgna. Chiara Lubich 26/02/99 F'dawn l-aħħar għaxar snin ingħataw ukoll grad Honoris Causa lil 11-il persuna Maltija kif ġej: Prof. F. Vella 14/12/89 H.E. Dr C. Tabone 14/12/89 Hon. Dr E. Fenech Adami 06/11/92 Prof. George P. Xuereb 06/11/92 Mr J. Cassar Pullicino 20/03/93 Mr L. Ellul 20/03/93 Prof. E.J. Borġ Costanzi 20/03/93 Dr George Żammit Maempel 22/11/93 Prof. G. Żarb 15/12/95 Judge Maurice Caruana Curran 15/12/95 H.E. Dr Ugo Mifsud Bonniċi 05/01/96
Leg 9 PQ #7930 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti agrikoli — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont f'valur kif ukoll f'volum ta' affarijiet agrikoli li ġew esportati kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dan oriġina minn Malta u kemm minn Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-publikazzjoni tal-Uffiċju tal-Istatistika 'Trade Statistics' tas-snin relattivi. Ma jinżammx rekord jekk il-prodott ikunx minn Malta jew minn Għawdex.
Leg 9 PQ #7931 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-gvern minn arretrati dovuti lilu din is-sena? Kemm hu maħsub li hemm arretrati dovuti lill-gvern illum? Kemm mis-somma li nġabret din is-sena inġabret mill-(a) inland revenue; (b) it-Teżor; u (c) id-Dwana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7932 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Public accounts — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru tal-Finanzi wara li fir-rapport tal-Public Accounts mill-awditur ġenerali (paġna 14) hemm imniżżel illi "The Governments public account has not been formally reconciled with the Central Bank account since June 1992?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf l-Onorevoli Membru li s-System Analysis meħtieġa diġa saret u wasalna fl-istadju tas-System Design.