Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi u/jew veikoli oħra xahar b'xahar, is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta u-jew veikoli oħra li nxtraw fil-perjodu ndikat huwa hekk: Xahar Vetturi Ġodda Vetturi 2nd Hand(Impurtati) 1998 1999 1998 1999 Jannar 736 8 154 152 Frar 705 9 112 160 Marzu 913 1340 176 169 April 1081 1087 172 211 Mejju 1116 1504 147 142 Ġunju 1036 1296 164 165 Lulju 1220 185 Awissu 1192 160 Settembru 926 134 Ottubru 1231 157 Novembru 1194 182 Diċembru 943 195
Leg 9 PQ #7999 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom kawża ta' xi attakk li sar fuqhom minn xi persuni oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #8000 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bord dixxiplinarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu pulizija quddiem il-bord ta' dixxiplina din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena ittellgħu 4 membri tal-Korp quddiem il-bord tad-dixxiplina (P.S.C.). L-akkuża kontra 3 minnhom kienet dwar traskuraġni ta' xogħol, disubbidjenza ta' ordnijiet u ta' telf ta' reputazzjoni, filwaqt li l-membru l-ieħor kien akkużat dwar traskuraġni ta' xogħol u telf ta' reputazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li matul din is-sena ittieħdu proċeduri dixxiplinari nterni kontra 54 membru ieħor tal-Korp. L-akkużi kontra dawn il-persuni kienu jvarjaw bejn traskuraġni ta' xogħol, telf ta' riputazzjoni, xorb waqt ix-xogħol, nuqqas ta' ndafa, simulazzjoni ta' mard, assenza bla permess u disubbidjenza ta' ordnijiet.
Leg 9 PQ #8001 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati tas-saħħa li ġew imweġġgħin waqt il-qadi ta' dmirijiethom minħabba xi attakk li sar fuqhom minn persuni oħra s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien il-grad ta' dawk imweġġgħin, fejn saru l-attakki, kemm kienu mwettqa minn pazjenti u kemm minn persuni oħra? Kemm ittellgħu persuni l-qorti talli attakkaw impjegati tad-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta` Jannar 1998 s`issa kien hemm 154 każ t`impjegati li ġew imweġġgħin fuq il-post tax-xogħol. L-informazzjoni dwar kemm minnhom ittelgħu l-qorti ma tinżammx. Rigward l-informazzjoni l-oħra, peress li din trid ħafna xogħol biex tinġabar, nitlob l-Onor. Membru biex jekk għandu xi każ partikulari, jagħtina d-dettalji u l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #8002 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il okkażjoni l-pulizija kellha tuża armi tan-nar waqt il-qadi ta' dmirijietha sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm-il darba ġew sparati tiri lejn membri tal-pulizija fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-okkorenzi jirriżulta li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : - 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999* Każi fejn il-Pulizija użat armi tan-nar 5 2 2 4 5 11 6 4 1 2 Każi fejn intużat arma tan-nar kontra l- Pulizija xejn 1 xejn 2 xejn 2 1 xejn xejn 2 * Sal-15/06/99
Leg 9 PQ #8003 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri Parlamentari — Għoti ta' medalji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri parlamentari li kienu intitolati li jirċievu l-midalja li tingħata lil xi membri parlamentari fis-7 Giugno li għadda? Jekk kien hemm xi membri li rrifjutaw, min kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Membri Parlamentari li kellhom dritt li jirċievu fis-7 ta'Ġunju 1999 il-Midalja għall-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-re-introduzzjoni ta'Gvern Responsabbli f'Malta kienu: L-ET il-Prof Guido de Marco, President ta Malta Il-Perit Dom Mintoff Is-Sur Lino Spiteri Il-Magistrat Joe Cassar Is-Sur Alfred Portelli It-Tabib Joe Psaila Savona Il-Professur Edwin Grech Is-Sur Richard Muscat In-Nutar Dottor Sandro Schembri Adami Ninsab infurmat ukoll li l-Perit Dom Mintoff u t-Tabib Joe Psaila Savona dehrilhom li ma kellhomx jirċievu l-Midalja.
Leg 9 PQ #8004 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Safar — Ministri/Segretarji Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu l-ministri u s-segretarji parlamentari wieħed wieħed, kemm huma u kull membri tad-delegazzjoni li akkumpanjawhom fuq safar uffiċjali mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Kemm-il safra saret, kemm damet, fejn marru, għaliex u kemm intnefqu fuq kull safra u fuq xiex intnefqu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7993 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Film Gladiator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fuq l-annimali wżati fil-film Gladiator rigward daqs ta' gaġġeġ, iġene, ħin li jinżammu fix-xemx, moħqrija, eċċ.? Jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd mid-dipartiment ta' l-ambjent investigax il-fatt li tigra li qed tintuża fil-film wellditx erbat ifrih mejta kawża ta' tbatija żejda li din it-tigra setgħet batiet u jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux investigazzjonijiet mid-dipartiment ħalli jiġi żgurat li f'każ ta' xi annimali slavaġ li jwelldu l-frieh tagħhom Malta ma jsirx negozju llegali ta' dawn il-frieh?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-responsabbilta' rigward żamma ta' annimali f'gaġeġ ta' daqs żgħir mhix responsabbilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Ir-responsabbilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent rigward l-annimali li huma mħarsa taħt il-Konvenzjoni tas-CITES kienet li jara li dawn l-annimali jiġu importati skond l-obbligi tal-Konvenzjoni, u li jerġgħu jiġu esportati taħt l-istess obbligi. Id-Dipartiment ta' l-Ambjent huwa konxju li tigra kellha l-friegħ u li dawn mietu. Id-Dipartiment ta' l-Ambjent għandu ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li jikkonferma dan. L-ispetturi ta' l-ambjent kienu wkoll fuq il-post meta l-annimali protetti bis-CITES reġgħu ġew esportati, biex jassiguraw li l-annimali kollha li daħlu reġgħu ħarġu.
Leg 9 PQ #7994 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Work permit - disk jockeys barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disk jockeys barranin li qed jiġu Malta biex idoqqu f'dawn ir-rave parties iridx ikollhom work permit? Kemm ġew disk jockeys jaħdmu hawn Malta din is-sena? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-work permits ta' dawk id-disk jockeys li ngħataw il-permess biex jaħdmu din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4224, ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena nħarġu 31 work permit sabiex disc jockeys barranin jipparteċipaw f'diskoteki lokali, 16 minnhom f'party Ta' Qali bejn is-6 u s-7 ta' Ġunju, 1999. Ma jidhirlix li hu l-każ li npoġġi kopji ta' dawn il-work permits fuq il-Mejda tal-Kamra, pero` jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi nformazzjoni dwar xi permess partikolari, lest li ngħaddilu din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #7995 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi għal rave parties jew parties f'postijiet mhux soltu liċenzjati għal dawn l-attivitajiet li huma pendenti llum u kemm saru din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ma jeżistux permessi 'ad hoc' għal rave parties. Jeżistu permessi għal parties li jsiru barra minn post liċenzjat. Ninsab infurmat li din is-sena l-Pulizija approvat 3 permessi għal parties ta' dat-tip li diġa` saru, filwaqt li approvat żewġ permessi oħra għal parties li għad iridu jsiru.
Leg 9 PQ #7996 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Posters għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-posters/riklami li hemm imwaħħla ma' Regional Road, minn St Andrews sal-Marsa, għal dawn il-parties humiex bil-permess jew le u jekk le, jista' l-Ministru jgħid liema parties qed jirriklamaw u jekk humiex se jitneħħew jew le mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

It-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4221 għadha tgħodd. Jekk jirriżulta li dawn twaħħlu kontra l-liġi, jitneħħew.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda fit-triq, xahar b'xahar minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ħarġu ġodda fit-triq xahar b`xahar minn Settembru 1998 `l hawn, huwa kif ġej: Settembru 926 Ottubru 1,231 Novembru 1,194 Diċembru 943 Jannar 887 Frar 992 Marzu 1,340 April 1,087 Mejju 1,504 Dan jindika total ta` 10,104 meta mqabbel ma total ta` 8,541 għax-xhur Settembru 1997 sa Mejju 1998 jew inkella żieda ta` 18.3%.
Leg 9 PQ #7998 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu membri ta' l-Armata fuq ix-xogħol kawża ta' xi attakk li sar fuqhom minn persuni oħra waqt il-qadi ta' dmirijiethom is-sena li għaddiet u din is-sena li qegħdin fiha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet u sal-15 ta' Ġunju ta din is-sena kien hemm sitt membri ta' l-Armata li weġgħu fuq ix-xogħol kawża ta attakk li sar fuqhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
Leg 9 PQ #7987 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Anti-venoms

Question

Billi llum jista' faċilment fuq vapur jew ġo xi container kif ukoll permezz ta' importazzjoni llegali u/jew minn fuq xi ajruplan jista' jasal bil-moħbi jew b'mod illegali u mbagħad jaħrab xi speċi ta' annimal velenuż bħal sriep, skorpjuni, brimb jew xi rettila oħra, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' anti venoms hemm in stock ġewwa l-isptar illum f'każ ta' xi inċident u jekk hawnx persuni mħarġa biex jamministraw u jikkuraw dawk milquta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-'anti venomi' huma speċifiċi u għandhom expiry date qasira ma hux prattiku li ġewwa l-Isptar San Luqa jinżamm stock tagħhom. F'kas li jinqalgħu xi inċidenti ta` din il-kwalita` dawn ikunu ikkurati minn speċjalista tal-mediċina u l-'anti venomi' jista` jinġieb minn barra b'urġenza.
Leg 9 PQ #7988 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases - Ħawt bl-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx raġuni li llum mad-diversi għases tal-pulizija m'għadniex naraw dak il-ħawt bl-ilma għal xi annimal mitluf jew maħsub illi jista' jkun fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-S.P.C.A. li kienet tipprovdi dawn il-ħwat fejn xi għases tal-Pulizija ma għadiex tosserva din l-użanza.
Leg 9 PQ #7989 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Bejgħ illegali ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Ambjent ġewwa ħwienet jew għand sidien privati biex jitwaqqaf il-bejgħ illegali ta' rettili, anfibji jew annimali oħra protetti taħt is-cites convention? Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni kwalifikati Malta biex jgħarfu dawn l-annimali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jgħaddi lill-Pulizija kull rapport li jirċievi jew li jkollu dwar bejgħ illegali ta' annimali protetti taħt is-CITES. L-ispetturi ta' l-ambjent jagħmlu spezzjonijiet fuq dawn l-annimali kemm il-darba jkun hemm talba mill-Pulizija għall-assistenza mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex l-annimali jiġu identifikati. Jiena mhux f'pożizzjoni ngħid kemm hawn nies Malta li huma kwalifikati biex jgħarfu dawn l-annimali, iżda nista' naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hemm uffiċjali li huma kwalifikati u għandhom esperjenza biex jagħrfu dawn l-annimali.
Leg 9 PQ #7990 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kunsill Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx rikjesta mill-kunsill mediku ħalli jiġi nvestigat kienx hemm ksur ta' etika minn xi persuni li jaħdmu fil-professjoni medika meta dawn daħlu bħala shareholders u xtraw sptar privat? Jekk saret ir-rikjesta, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-kunsill mediku fl-istħarriġ tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab informat li ma saret l-ebda talba lill-Kunsill Mediku skond kif titlob il-liġi dwar id-domanda ta`
Leg 9 PQ #7991 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li b'xi mod jew ieħor qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi operazzjoni jew intervent kirurġiku? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ilhom jistennew u x'tip ta' operazzjon jew intervent għandu jsir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7992 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sahha — Vista ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm wieħed irid idum jistenna biex isirlu appuntament għal vista ta' l-għajnejn f'kull health centre li hawn? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list f'kull health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-ġurnata tal-lum 17/6/98 in-next available appointment (kemm wieħed irid jistenna għall-appuntament) u n-numru ta' persuni fuq il-waiting list (jiġifieri li huma fuq il-listi tal-appuntamenti ġa meħuda) għal visti ta' l-għajnejn f'kull Ċentru tas-Saħħa huma hekk: _________________________________________ ____________________ Health Centre Next Available Appt. Numru ta' nies fil-waiting list ____________________________________________ __________________ Mosta 6 ta' Diċembru 719 Gżira 5 ta' Novembru 475 Paola 4 ta' Ottubru 624 Qormi 24 ta' Settembru 282 Floriana 21 ta' Diċembru 810 _____________________________________________ __________________ Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-appuntamenti waqgħu lura għax fi Frar irriżenja Optometrist u ma kienx possibli li jiġi provdut sostitut u f'Mejju l-Oftalmologu li kienet tattendi fil-klinika ta' Raħal Ġdid mardet u għadha ma daħlitx għax-xogħol. F'nofs Ġunju daħlu jaħdmu żewġ Optometrists part-time li bejniethom qed jaħdmu tlett sessions fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #7981 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni f'pussess ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mgħoddija persuni mill-Forzi Armati lill-pulizija wara li nqabdu f'pussess ta' droga din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li din is-sena ġew mgħoddija mill-Forzi Armati lill-Pulizija wara li nqabdu f'pussess ta' droga kien ta' 35.