Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li sabu impjieg ġdid mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum? X'kienu l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' persuni li sabu mpjieg mill-5 ta' Settembru sat-30 ta' Ġunju u l-etajiet tagħhom huwa kif ġej: ETA' NUMRU 15-20 sena 6,098 21-25 sena 4,117 26-30 sena 1,999 31-35 sena 1,440 36-40 sena 1,405 41-77 sena 2,900 TOTAL 17,959 Dawn il-figuri jinkludu biss impjieg full-time u jeskludu apprentisti u studenti oħra.
Leg 9 PQ #9688 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda bid-drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inqabdux persuni ddaħħlu droga ġo pajjiżna fl-aħħar xahrejn? Kemm kienu barranin, kemm Maltin u kemm kien l-ammont u tip ta' droga li nqabdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar xahrejn inqabdet persuna waħda iddaħħal droga ġo pajjiżna. Din kienet ta' nazzjonalita` Maltija, u nqabdet b'nofs gramma tar-raża tal-Cannabis. 07.10.99
Leg 9 PQ #9689 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni li nqabdu mhux fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux jew humiex se jittieħdu passi kontra impjegati tas-saħħa li nstabu nieqsa mill-post tax-xogħol tagħhom aktar kmieni din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa diġa bdiet tieħu passi kontra l-impjegati li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #9690 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk nħarġux xi direttivi lit-tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa dwar talbiet għal visti minn persuni barranin? X'kienu dawn id-direttivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Policy tad-diviżjoni tas-saħħa dwar talbiet għal viżti miċ-ċentri tas-saħħa għall-persuni barranin hija li ma jsirux viżti fuq persuni barranin ħlief f'kazi fejn il-kundizzjoni tkun tali li jkun hemm periklu għall-ħajja tal-persuna, irrispettivament min-nazzjonalita' tal-persuna konċernata. fuq persuni ta' nazzjonalita' Ingliża jew Awstraljana li huma koperti bi ftehim reċiproku li l-Gvern Malti għandu mal-Gvernijiet rispettivi tagħhom. Din il-policy ġiet mgħarrfa lit-tobba taċ-ċentri tas-saħħa permezz ta' ċirkolari interna maħruġ fil-11 ta' Mejju 1999 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9691 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' salmonella

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każijiet ta' salmonella u E-coli induced enteritis xahar b'xahar din is-sena? X'passi ħa d-dipartiment fuq dawn il-każi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Awissu 1999, in-numru ta' każijiet ta' Salmonella rappurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard kien ta' 204 filwaqt li ġie rappurtat każ wieħed ta' E. Coli O11:K58 f'Ġunju. It-tabella hawn taħt tindika kif dawn il-każijiet ġew rappurtati xahar b'xahar. Xahar Salmonella E.Coli _____________________________________ Jannar 6 - Frar - - Marzu 8 - April 6 - Mejju 17 - Ġunju 5 1 Lulju 153 - Awissu 9 - __________________________________________ Total 204 1 Ninfurmak li ġew meħuda il-passi kollha neċessarji biex dawn il-każijiet jiġu investigati. Dawn jinkludu testijiet tal-ippurgar, spezzjonijiet fejn kien meħtieġ, kif ukoll ġew meħuda kampjuni tal-ikel minn postijiet allegatament involuti. Kien hemm każijiet fejn id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ taħrikiet lill-persuni li kisru r-regolamenti sanitarji.
Leg 9 PQ #9692 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni li mietu kawża tat-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' tipjip ta' tabakk din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni ċertifikati li mietu kawża tat-titjip ta' tabakk kien ta' 341 fl-1998 u 262 sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #9693 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet privati — Trattamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas flus il-ministeru lill-isptarijiet privati għal trattamenti jew testijiet fuq persuni mibgħuta hemm mill-gvern kull sena fl-aħħar tliet snin? Kemm kien in-numru ta' persuni li ntbagħtu ġo dawn l-isptarijiet privati u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tliet snin intbagħtu pazjenti għal testijiet jew kura fl-isptarijiet privati minħabba li:- fil-każ ta' operazzjonijiet tal-qalb ġewwa Capua Palace Hospital peress li kienu każijiet urġenti u l-ITU ta' L-isptar San Luqa ma kienx hemm wisa' biex dawn il-morda jistgħu jiġu rikoverati wara l-operazzjoni. Wasal biex jitlesta c-CICU biex dan il-bżonn jiġi eliminat. fil-każ ta' MRI scans ġewwa St. James Hospital, peress li l-Gvern m'għandux is-servizz tiegħu fl-Isptar San Luqa. Id-dipartiment sejjer ikollu l-MRI tiegħu għall-bidu tas-sena d-dieħla. L-informazzjoni l-oħra mitluba kienet kif ġej:- Sena Numru ta' Spiża pazjenti ________________________________________________ _________________ Operazzjonijiet 1997 10 informazzjoni ta' tal-qalb natura kummerċjali li qatt ma saret pubblika ________________________________________________ __________________ MRI Scans 1997 (minn 1/5/97) 223 informazzjoni ta' 1998 330 natura kummerċjali 1999 (sa 31/8/99) 310 li qatt ma saret pubblika ________________________________________ __________________________
Leg 9 PQ #9682 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xogħol f'Paceville

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija fuq xogħol ġewwa Paceville matul Awissu u Settembru f'kull weekend u festa pubblika jew lejlieta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #9683 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' stupru lill-pulizija xahar b'xahar din is-sena? Fejn saru l-allegatijiet każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #9684 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u/jew ġew irrapportati reati lill-pulizija fix-xahar ta' Lulju u Awissu ta' din is-sena u jagħti breakdown ta' x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99

Qrati — Kawżi ta' separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ta' separazzjonijiet fil-Qrati tagħna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sat-30 ta` Ġunju 1999 ġew intavolati 57 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla tal-Qorti Ċivili. Fl-istess perjodu ġew intavolati ukoll 21 rikorsi ġodda konnessi ma` l-istess kawzi.
Leg 9 PQ #9687 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi investigazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi żgurat li ma sar l-ebda ksur ta' kodiċi ta' etika minn tobba li xtraw sptar privat din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tobba li jaħdmu mal-gvern u li għandhom sehem minn dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Saru u għadhom qed isiru investigazzjonijiet dwar sehem dirett jew indirett ta' tobba fi sptar privat. Sa issa ma kienx hemm riżultati li jindikaw xi ksur ta' kodiċi ta' l-etika jew xi ksur ta' obbligazzjonijiet kuntrattwali ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern.
Leg 9 PQ #9676 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija li għandhom il-permess jaħdmu fid-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni ta' pajjiżna? Fejn qed jaħdmu u mil-liema pajjiżi ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent hemm għaxar għalliema ta' nazzjonalita` barranija li jinkludu, Taljan (1), tliet Brittaniċi (3), Amerikan (1), Tuneżin (1), Niġerjan (1), wieħed mir-Repubblika Ċeka (1), wieħed mill-Burundi (1), u wieħed mill-Ġordan (1). Informat ukoll li fl-Universita` ta' Malta hemm wieħed u għoxrin persuna ta' Nazzjonalita` barranija jaħdmu bħala Research Scientists, Lecturers, Associate Professors, u Professors. Dawn il-persun ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom: Italja, Libja, Russja, Spanja, Awstralja, Stati Uniti, Ingilterra, Ġermanja, Jugoslavja, Repubblika Ċeka, Kroazja u l-Afrika t'isfel.
Leg 9 PQ #9677 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu Malta bil-permess illum? Kemm minn dawn jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew pajjiżi li qed jistennew li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) hu ta' 2,209 skond il-lista pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-6 ta' Settembru, 1999. Minn dan in-numru hemm 1,031 persuni ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qed jistennew li jidħlu fl-Unjoni. 05.10.99

Impjiegi — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena u li kienu barranin? Minn fejn kienu? Kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena li ħadmu dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 9595. Kif diġa' għidt f'dik it-Tweġiba, il-persuni ndikati kollha ttieħdu passi kontrihom bil-pulizija. Il-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ tirreferi dawn il-każi lill-pulizija sabiex jittieħdu passi bil-Qorti.
Leg 9 PQ #9679 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT din is-sena u kemm tħallsu flus f'refunds dovuti lit-taxpayer?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 ta Jannar u d-29 ta Settembru ta din is-sena kien ta Lm 61,744,758. Minn dan l-ammont tħallsu lura f refunds Lm 7,918,937.
Leg 9 PQ #9680 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni llegalment jgħixu Malta, mill-pulizija din is-sena? Kemm minn dawn daħlu pajjiżna llegalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena (sat-23 ta' Settembru) il-Pulizija qabdet 511-il persuna jgħixu Malta illegalment, li minnhom 127 kienu daħlu Malta illegalment. 05.10.99
Leg 9 PQ #9681 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt is-16-il sena f'bars

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġo bars, discos u parties, fejn mhux supost li jidħlu xahar b'xahar din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena ġo bars, discos jew matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inġibditli l-attenzjoni illi meta kienet qed tinġabar l-istatistika għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7477 mid-diversi uffiċini u taqsimiet tal-Pulizija, bi svista ma ġewx inklużi numru ta' każijiet u għalhekk tirriżulta diskrepanza fin-numru globali ta' dawn il-każijiet bejn kif mogħtija fit-Tweġiba msemmija u dik mogħtija llum. 05.10.99

Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħolqu mpjiegi ġodda, xahar b'xahar mis-sena l-oħra 'l hawn? X'tip ta' xogħlijiet kienu dawk ġodda li nħolqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi xahar b'xahar minn Lulju 1998 sa Lulju 1999 kemm inħolqu mpjiegi ġodda u mill-liema setturi (bħala xogħolijiet) ġew dawn l-impjiegi. 4.10.99