Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi biex jintużaw: (i) dishes tas-satellita; (ii) settijiet tat-television; u (iii) settijiet ta' citizen's band radios/transmitters?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Settembru;
(i) in-numru ta` liċenzji għar-riċezzjoni ta` xandir
bis-satellita (TVROs) huwa ta` 2,050. Hemm numru
ieħor ta` applikazzjonijiet li qegħdin fil-proċess
biex titħallas il-liċenzja;
(ii) in-numru ta` liċenzji tat-televizjoni jammonta għal
122,486;
(iii) in-numru ta` liċenzji li jikkonċernaw l-użu
tas-settijiet ta` `citizen`s band radio` sa
l-aħħar ta` Settembru huwa ta` 3,102.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jidħlu suldati meta fetħu l-applikazzjonijiet għar-reklutaġġ dan l-aħħar? Billi diġa' saru l-eżamijiet fiżiċi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru eżamijiet ta' dan it-tip, kemm għaddew u kemm weħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Peress li l-proċess ta' l-għażla għar-reklutaġġ ta' suldati qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l-Eżamijiet Lokali, din il-mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Billi persuni li applikaw biex jidħlu fl-Armata u li għamlu l-ewwel eżami - dak fiżiku - diġa' qed jirċievu r-riżultat, u billi l-armata qed tgħidilhom li huma kienu se jingħataw ir-riżultati finali wara li jkunu saru eżamijiet oħra, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuni li jkunu weħlu mill-eżami fiżiku humiex se jitħallew jidħlu fl-Armata? Jekk le, għaliex dawn qed jintalbu joqogħdu għall-eżami bil-miktub ukoll, u jekk iva, x'inhu l-iskop li jsir l-eżami fiżiku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati huma dawk li dehru fil-Gażżetta tal-Gvern Nru 16801 ta' l-4 ta' Ġunju 1999.
Peress li l-proċess ta' l-għażla qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l-Eżamijiet Lokali, nissuġerixxi li l-Onorevoli Nterpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Skond l-Avviż imsemmi min ma jgħaddix mill-physical efficiency test ma jistax joqgħod għall-eżami bil-miktub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spluzzjonijiet jew każi ta' tqegħid ta' bombi kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Fejn saru dawn il-bombi u/jew spluzzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
12.10.99(p.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni Zammit Clapp Hospital, xahar b'xahar, din is-sena? Mil-liema belt jew raħal kienu dawk li daħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Zammit Clapp ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għaldaqstant din il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa u sajjieda fulltime u part-time llum? Kemm ħareġ flus il-gvern f'forma ta' għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u sajjieda sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' bdiewa u sajjieda irreġistrati full-time mal-E.T.C. huma 2515.
Hemm 1,569 sajjieda part-time reġistrati mad-Dipatiment tas-Sajd. Skond iċ-ċensiment ta' l-Agrikoltura tal-1991 hemm 21,418 bdiewa part-time.
L-għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u s-sajjieda li ħareġ il-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin kienet hekk:
1995 Lm 53,363.29
1996 Lm144,077.95
1997 Lm 83,847.48
1998 Lm 66,477.50
1999 Lm 29,511.39 (sal-lum).
Il-figura tal-1999 tirrifletti l-ħlasijiet li saru matul is-sena sal-lum, il-parti l-kbira jikkonsistu f'sussjidju fuq interessi ta' self mill-banek. Barra dan il-ħlas, il-Gvern approva wkoll għajnuna ta' Lm50,000 bħala kumpens għall-ħsarat tal-maltempata tal-1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' frott, ħxejjex u ħut importat din is-sena? Kemm kien il-valur ta' dawn il-prodotti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Dwar l-ammont ta' frott u ħxejjex importati din is-sena nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 9422. Statistika dwar il-valur ma tinżammx mid-Dipartiment ta'l-Agrikoltura iżda mid-Dipartiment ta'l-Istatistika.
L-ammont ta' ħut importat sa Settembru 1999 huma hekk:
Kilos Lm
Ħut Friżat 1,463,315 1,591,254
Ħut Frisk 15,546 64,200
_________________________________________ ____
Total 1,478,861 1,655,454
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie esportat ħut u/jew ħlejjaq oħra tal-baħar is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm minn dan kien ħut mill-fish farms u kemm kien ħut maqbud mill-baħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-esportazzjoni għas-snin 1998 u 1999 (sa Awissu) hija kif isegwi hawn taħt:
1998 1998 1999
(sa Awissu) (sa Awissu)
Ħut maqbud mill-baħar 130,156 127,105 115,062
Fish Farms 1,852,000 1,413,149 1,235,000
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex se jkunu fuq sleep in, jiġifieri jorqdu fil-barracks u mhux id-dar f'xi jiem lejn l-aħħar tas-sena? Jekk iva, meta u għaliex inħasset din il-ħtieġa? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din il-miżura tolqotx lill-uffiċjali u jekk iva mil-liema rank 'l isfel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li permezz ta' direttiva maħruġa fis-27 ta' Awissu 1999, il-membri tal-Forzi Armati ġew avżati li matul il-perjodu bejn l-24 ta' Diċembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, mhux se jintlaqgħu talbiet għal-leave. Dan peress li ġie deċiż li għall-perjodu msemmi, partikolarment minħabba xi problemi li forsi jistgħu jinqalgħu b'konnessjoni mal-millenium bug, aħjar ikun hemm preżenti għax-xogħol l-ogħla numru ta' suldati.
Ma hemm l-ebda ħsieb li s-suldati jinżammu sleeping-in jekk mhux għax verament ikun hemm il-ħtieġa assoluta għal dan. Id-direttiva tapplika għal kull membru ta' l-Armata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum? X'inhu r-rank tagħhom? Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom. Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża it-trade waqt xogħolu? Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni li ntalbet mill-Onorevoli Nterpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati li għandhom xi tip ta' dekorazzjoni jew midalja llum? X'tip ta' dekorazzjoni jew midalja tista' tingħata lill-membri tal-Armata llum? Kemm hawn persuni f'kull tip divers ta' dekorazzjoni u x'inhu r-rank tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhal kull ċcittadin ieħhor, il-membri ta'l-Armata jistgħu jkunu eliġibbli għal dekorazzjonijiet u midalji oħra dejjem skond l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika (Att Numru XXIX ta l-1975).
Iżda qiegħed nassumi li l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi primarjament għall-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti li l-għoti tagħha huwa regulat skond l-Att imsemmi.
B'kollox hemm 297 membru li għadhom iservu fl-Armata li ngħataw il-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti jew il-Clasp/s skond kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Minbarra dan kull għotja ta' dekorazzjoni jew midalja oħra anki minn xi Stati barranin, tiġi dejjem ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern, kif stipulat fl-istess Att imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom, kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' tobba jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 551. Il-gradi tagħhom huwa kif ġej:
Nisa Rġiel Total
___________________________________________ ____________________
Chairman/Director - 8 8
Consultant 5 76 81
Senior Registrar 8 41 49
Principal Medical Officer 4 7 11
Registrar 13 30 43
Senior Medical Officer 3 9 12
Senior House Officer 33 55 88
Medical Officer 53 103 156
Houseman 36 67 103
_____________________________________________ ___________________
Total 155 396 551
In-numru ta' tobba barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa llum huwa 42.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm minn dawn kienu taħt is-16-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ, qabdu 1,755 persuna li kienu qed jaħdmu bla permess. Dawn kienu mqassmin hekk:
Barranin 122
Persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 226
Persuni li ma kellhomx il-'part-time' irreġistrat mal-ETC 147
Persuni li ma kienux irreġistrati mal-ETC (mingħajr ktieb 1.219
tax-xogħol)
Persuni li kienu taħt is-16 il-sena 41
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt is-16-il sena jaħdmu bil-permessi neċessarji? X'inhu it-tip ta' xogħol li jagħmlu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent hemm 137 persuni taħt is-16-il sena li għandhom 'school exemption' u qed jaħdmu.
It-tip ta' xogħol li dawn qed jagħmlu hu kif ġej:
1 Musician
12 Clerks
51 Service workers and shop and market sales workers
1 Craft amd related Sales workers
17 Plant and Machine operators and assemblers
55 Elementary occupations
___
137
---
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu mal-gvern fuq leave speċjali llum? X'inhu l-grad tal-persuni in kwestjoni? Għaliex qegħdin fuq l-ispecial leave? Kemm huma nisa u rġiel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-għadd totali ta' l-impjegati li jaħdmu mal-Gvern taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li qegħdin fuq leave speċjali huwa ta' sebgħa u tletin (37).
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Peress li kull Ministeru jżomm id-dokumentazzjoni tiegħu fuq il-leave speċjali, jekk l-Onorevoli Nterpellant jixtieq informazzjoni fuq Ministeri oħra huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu mal-gvern llum? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tal-gradi tagħhom u kemm huma nisa u kemm irġiel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sat-23 ta' Settembru, 1999 kien hemm jaħdmu mal-Gvern 30,886 ħaddiem. Din il-figura tinkludi ħaddiema każwali u part-time iżda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi kif inhuma mqassmin dawn il-ħaddiema kif mitlub mill-Onorevoli Nterpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jwettaq il-wegħda elettorali li għamel il-partit fil-gvern illi dawk illi huma impressed mal-gvern isiru tal-post?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba Parlamentari Nru 8265 mogħtija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali dwar dan is-suġġett.
Il-Working Group li nħatar ingħata sa l-aħħar ta' Novembru biex jissottometti r-rapport għal kunsiderazzjoni tal-Gvern.