Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq: (a) vjolenza domestika; u (b) abbuż fuq it-tfal u x'kien it-tip ta' abbuż f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Planning Authority hijiex se tibqa' tagħti permess għal change of use ġo bini eżistenti ġewwa Ta' Xbiex? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti? Kemm ingħataw permessi sena b'sena fil-ħames snin li għaddew?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Kummissjoni għal Kontroll ta' l-Iżvilupp jeżamina kull applikazzjoni u jiddeċiedi kull każ skond il-meriti tiegħu.
Hemm sitt applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti.
Il-permessi li għaddew f'dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk :
1993 - 1
1994 - 1
1995 - 1
1996 - 2
1997 - 6
1998 - 5
1999 - 4
Ma' dawn wieħed għandu jżied tlett (3) permessi li ngħataw mill-Bord ta' l-Appell [wieħed (1) fl-1998 u tnejn (2) fl-1999].
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena l-pulizija tellgħetx nisa ta' nazzjonalita' barranija l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni u/jew għemil żieni? Jekk iva, min liema pajjiżi kienu u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, ma kienx hemm nisa ta' nazzjonalita` barranija li ttellgħu l-Qorti fuq reati konnessi ma`
Jista' l-Ministru jgħid jekk materjal importat Malta minn fabbriki biex imbagħad jinħadem għall-esportazzjoni, għandux taxxa fuqu? Jekk iva, kemm? Ġaladarba Malta tidħol membru sħiħ tal-komunita', kemm se tkun it-taxxa fuq dan il-materjal kemm-il darba dan ikun jew min pajjiż tal-Unjoni, kif ukoll jekk minn pajjiż ieħor?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-mistoqsija tirrigwarda taxxa fuq l-importazzjoni, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizzha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni il-ħabs illum? Kemm minnhom huma sentenzjati u kemm fuq arrest preventiv? Kemm minn dawn huma barranin u min liema pajjiż huma?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa miżżewġin jaħdmu llum? Kemm minn dawn huma fulltime, kemm part-time u kemm għandhom xogħol kemm fulltime u ieħor part-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Lulju 1999 in-numru ta' nisa miżżewġin jaħdmu "full time" biss, kien ta' 13,554, filwaqt li n-numru ta' nisa miżżewġa li għandhom 'part time' biss, kien ta' 6,057, u kien hemm l,335 nisa miżżewġa li għandhom kemm full time kif ukoll 'part time'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji tal-gvern, jew kumpanniji fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju illi għandhom arretrati tat-taxxa x'jgħaddu lid-dipartiment? Liema huma, kemm għandhom jagħtu u
x'inhi t-tip ta' taxxa li ma tħallsitx?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` kumpaniji b`sehem maġġoritarju tal-Gvern li għandhom xi arretrati ta` taxxa huma tnax (12). L-ammonti dovuti huma dawn:
Settlement Tax: Lm489,752 li minnhom hemm taxxa ta` Lm87,866 li
għadha kontestata
Company Tax
(bilanċ ta` taxxa li
kellha titħallas mas-
sottomissjoni tal-
formola tat-taxxa
sat-30 ta` Ġunju
1998): Lm60,336
Dettalji dwar il-kumpaniji involuti ma jistgħux jingħataw minħabba s-segretezza imposta fl-Income Tax Management Act.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpanniji jew azjendi tal-gvern li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju illi għandhom xi arretrati ta' bolol xi jħallsu lid-dipartiment? Liema huma u kemm għandhom jagħtu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħatat fl-ewwel parti tad-domanda numru 3864 fejn kont għidt li sa Diċembru ta' l-1997, kien hemm arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali fl-ammont ta' Lm45,000 dovuti minn korporazzjonijiet u kumpaniji li fihom il-gvern għandu sehem. Dan l-ammont hu dovut kollu minn kumpaniji li huma fl-istadju ta' likwidazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid min kien jifforma parti mid-delegazzjoni li akkumpanjata fuq il-mawra li għamlet barra minn Malta waqt il-vaganzi tal-parlament? Kemm swiet din il-mawra, x'kien l-iskop tagħha u x'kienet ir-raġuni għaliex akkumpanjata il-persuna msemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Iż-żjara tal-Ministru għal Għawdex f'Toronto l-Kanada u Detroit u New York fl-Istati Uniti kienet waħda simili għal dawk li saru qabel minn diversi Prim Ministri u Ministri f'amministrazzjonijiet differenti. Il-Gvern preżenti għandu għal qalbu l-emigranti Maltin f'pajjiżi barranin bħalma huma l-Canada, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Awstralja u l-Ingilterra u jrid ikompli jsaħħaħ ir-rabtiet magħhom.
Naħseb li l-Onor Interpellant jaf li parti kbira ta' dawn l-emigranti huma Għawdxin li l-Ministeru għal Għawdex għandu interess speċjali fil-ġid tagħhom.
Fiż-żjara tagħha l-Ministru għal Għawdex li kienet akkumpanjata minn żewġha u mis-Segretarju Permanenti ltaqgħet ma' diversi għaqdiet tal-Maltin u l-Għawdxin. F'dawn il-laqgħat il-Ministru fissret u ddiskutiet il-politika preżenti tal-Gvern Malti f'oqsma li huma ta' interess għall-emigranti.
Saru laqgħat ukoll ma' imprendituri Maltin u Għawdxin li matulhom ġiet mistħarrġa l-possibilita' ta' investiment fil-gżejjer Maltin. Saru żjarat ukoll lil diversi fabbriki u postijiet oħra ta' xogħol li huma propjeta' ta' emigranti Maltin. F'Toronto, il-Ministru qiegħdet l-ewwel ġebla ta' fabbrika kbira tal-kumpanija Upwardor, kumpanija li timmanifattura l-bibien u li hija propjeta' ta' emigranti Għawdxin li għandhom ukoll fergħa tal-kumpanija f'Għawdex. Il-Ministru stħarrġet ukoll il-possibilta' li bil-koperazzjoni u bl-għajnuna tal-Gozo Club ta' Toronto jitwaqqaf databank tal-Għawdxin fil-Canada biex tkun tista' tissaħħaħ iktar ir-rabta ta' l-emigranti u wliedhom mal-gżira ta' Għawdex. Dan id-databank ikun jista' jiġi estiż għall-emigranti Għawdxin f'pajjiżi oħra barranin. Ġie deċiż li dan il-proġett jiġi implimentat u ġa ngħata bidu għalih.
Il-Ministru kellha wkoll taħdidiet dwar għajnuna li organizzazzjonijiet mhux Governattivi Għawdxin jistgħu jiksbu minn għaqdiet filantropiċi barranin.
Il-Ministru kienet il-mistiedna ta' l-unur għal riċeviment li sar f'Toronto biex jitfakkar Jum l-Indipendenza fejn kellha l-okkażjoni tiltaqa' ma' diversi rappreżentanti ta' pajjiżi barranin kif ukoll ma' emigranti oħra Maltin ta' diversi professjonijiet. Hija tat ukoll intervista lil mezzi tax-xandir.
L-ispejjez ta' l-ajru għal din iż-żjara kienu Lm4327 filwaqt li l-ispejjez l-oħra laħħqu Lm3369.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn orfanatrofji mmexxija mill-knisja llum? Liema huma u kemm hemm tfal f'kull wieħed minn dawn l-orfanatrofji jew istituti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Illum orfanatrofji (djar residenzjali għall-minuri) immexxija mill-knisja hawn tlettax li huma s-segwenti, l-ammonti ta' tfal li fihom - bniet u subien:
DAR SUBIEN BNIET TOTAL
Angela House, G'Mangia 22 42 64
Creche', Sliema 28 26 54
Creche', Valletta 5 7 12
St Rita Home, Tarxien 7 15 22
Fra Diegu, Ħamrun 4 11 15
St Joseph, Ħamrun 29 - 29
Fatima House, Sliema - 7 7
St Joseph, Żabbar 8 11 19
Jesus of Nazareth, Żejtun 3 5 8
Jesus of Nazareth Hostel, Żejtun - 4 4
Sagra Familja, Żabbar 3 14 17
St Theresa Home, Żurrieq 4 2 6
Lourdes Home, Għajnsielem, Gozo 4 7 11
Total ta' mitejn u tmienja u sittin (268)
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq minn istituzzjonijiet reliġjużi din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din is-sena (sad-29 ta' Settembru) saru 28 rapport lill-Pulizija ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi.
13.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser din is-sena u kemm minnhom kienu pożittivi? Kemm minn dawn saru fuq persuni li jkunu nvoluti f'inċident tat-traffiku? F'liema postijiet ta' Malta saru dawn it-testijiet f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9930. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
13.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet il-pulizija, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin, għal tiswijiet fuq karozzi tagħha li kienu nvoluti f'kollizjonijiet tul dan iż-żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, mill-1996, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Sena Ammont
Lm
1996 5,606
1997 5,903
1998 6,578
1999 * 5,203
* Sat-30 ta' Settembru
13.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti din is-sena talli kissru il-Liġi tal-VAT? X'kienet l-offiża li allegatament ikkommettew?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 1999 u Settembru 1999 ġew imsejħa l-Qorti 444 persuna taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għax naqsu li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa.
Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att ta` l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, persuna li tinqabad ma toħroġx irċevuta jew li toħroġ irċevuta li ma tkunx korretta jewli tkun tqarraq f`rigward materjal tista` tagħżel li tħallas multa ta` kompromess minnflok li titressaq il-Qorti. Il-ħlas tal-multa għandu jsir fi żmien sebat ijiem minn meta dik il-persuna tingħata l-għażla permezz ta` ittra mid-Dipartiment.
Matul il-perjodu msemmi kien hemm 400 persuna li ġew avżati b`ittra bħal din mid-Dipartiment. Minnhom 231 għażlu li jħallsu l-multa, fil-waqt li 125 oħra iż-żmien li fih jistgħu jħallsu. Il-bqija d-Dipartiment qed jieħu l-passi meħtieġa biex il-persuni kkonċernati jitressqu l-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat sussidju il-Water Services Corporation kull sena għall-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta f'Unjoni Ewropea dan is-sussidju iridx jitneħħa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus il-Water Services Corporation minn ħlasijiet fuq il-kontijiet ta' l-ilma kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Mill-flejjes kollha li iddaħħal din il-kumpannija x'inhu l-persentaġġ mill-ammont kollu li ġej minn: (a) sussidju; (b) ħlasijiet għal użu ta' ilma s-sena l-oħra u din is-sena?
Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn is-servizzi iridux jiġu liberalizzati: (i) pompi tal-petrol; (ii) taxis (bojod); u (iii) mini-buses (homor)?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-Unjoni Ewropea tħaddan sistemi sabiex jiġi inkoraġġit in-negozju u l-kummerċ u tiġi msaħħa il-kompetizzjoni. Dan ifisser ukoll li kull Membru tal-Unjoni jista' jieħu dawk il-miżuri xierqa li jkunu konformi mal-'aquis communitaire' sabiex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u il-konsumatur jingħata prodotti u servizzi tajba bi prezz xieraq.
Ta' min ifakkar li f'pajjiżna teżisti kompetizzjoni bejn l-operaturi fis-setturi imsemmija mil-Onorevoli Interpellant.