Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10079 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Road Marches

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road marches mill-Armata din is-sena? Kif jikkonferma dan in-numru mal-ħames snin ta' qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru 1999, saru mija u tlieta w għoxrin (123) route marches. Huwa stmat li dan in-numru jikkompara mal-ħames snin ta'qabel.
Leg 9 PQ #10080 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi — Ksur ta' regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi allegatament jiksru r-regolamenti tal-kaċċa matul ix-xahar ta' Settembru, x'allegatament għamlu ħażin dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Settembru ta` din is-sena inqabdu 31 kaċċatur jiksru r-regolamenti dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ. 20.10.99 (a.m.)

Djar — Talbiet minn persuni homeless

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm verament irċeva talbiet din is-sena id-Dipartiment tas-Social Housing minn persuni li qalu li kienu homeless? Kemm kellhom żmien dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali din is-sena irċieva 5 applikazzjonijiet minn persuni li qalu li huma "homeless". L-eta' tagħhom tvarja minn 20 sena sa 94 sena.
Leg 9 PQ #10083 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Oġġetti ta' valur

Question

Billi ġewwa l-Port ta' Marsamxett ħdejn Manoel Island hemm ħafna oġġetti ta' valur storiku, jista' l-Ministru jgħid jekk il-materjal illi jkun tħammel waqt ix-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island huwiex se jiġi ċċekjat jew le? Jekk iva, kif u minn min?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi s-suġġett jiġi trattat waqt il-proċess biex joħroġ il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #10084 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Beach patrols

Question

Billi dan is-sajf bdew isiru l-beach patrols mill-pulizija jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti għax kienu topless meta dan għadu mhux permess bil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Minn tfixxija akkurata tar-records tal-Pulizija, jirriżulta li mill-1988 'l hawn ma tressaq ħadd fuq għawn 'topless', iżda ttellgħu persuni dwar nudiżmu. Nirreferi għad-domanda numru 2691 fil-Leġislatura li għaddiet, fejn fuq domanda dwar l-istess suġġett magħmula mill-Onor. Interpellant ingħata tweġiba mill-Onor. Alfred Sant li ``m` hemm l-ebda ħsieb li nibdlu dak li kien isir sa issa fuq dan is-suġġett mikxuf``. 20.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #9742 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/Ċentri tas-Saħħa — Kura lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ta' nazzjonalita' barranija ingħataw kura ġo l-isptarijiet u health centres is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw kura hawn Malta huma kif ġej: Ċentri tas-Saħħa ____________________ 1998 1337 1999 1588 (sa Settembru) Sptar San Luqa __________________ 1998 Inpatients 2659 Outpatients 2700 1999 Inpatients 2101 (sa Settembru) Outpatients 2015 (sa Settembru) Il-figuri għall-1998 ma humiex kompluti għaliex f'xi Ċentri tas-Saħħa bħall-Gżira ma żammewx records sewwa għall-1998. Din is-sena r-records qed jinżammu b'aktar esatezza. Din hi r-raġuni għaliex jidher illi sa disa xhur ta' din is-sena aktar barranin ingħataw kura milli f'1998 kollha.
Leg 9 PQ #9743 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

UE — Sħubija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea residenti barranin jew turisti li jkunu Malta jkunux intitolati għal mediċini b'xejn f'każ ta' mard kroniku kif isir għal Maltin illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-għoti tal-mediċini b'xejn jaqa' taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Sigurta' Soċjali — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intilfu ġranet ta' xogħol minħabba korriment fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u kemm intilfu xahar b'xahar din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' ġranet ta' inkapaċita' għax-xogħol li ntilfu minħabba korriment fuq ix-xogħol fis-sena 1998, kien ta' 91,488. It-totali tal-ġranet ta' nkapaċita' mogħtija hawn taħt għax-xhur tas-sena 1999, ġew kkalkulati meta ngħalqet it-talba għall-Benefiċċju għall-Korriment. Jannar 9,395 Frar 7,186 Marzu 7,537 April 8,691 Mejju 10,231 Ġunju 7,784 Lulju 9,326 Awissu 8,769 Settembru 4,337

ETC — Registrar minn barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jirreġistraw għax xogħol illum u ta' liema nazzjonalista' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' persuni barranin li qed jirreġistraw għax-xogħol huwa ta' 82. In-Nazzjonalita' tagħhom hija kif ġej: Algeria 1 Australia 3 Belgium 1 Bulgaria 1 Canada 4 Egypt 8 France 1 Germany 2 Greece 2 Iraq 1 Italy 8 Libya 10 Morocco 3 Romania 1 Syrian Arab Rep. 4 Tunisia 7 Turkey 1 United Kingdom 22 United States of America 1 Yugoslavia 1 ---------------------------------------- TOTAL 82
Leg 9 PQ #10077 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi/Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi/nassaba liċenzjati llum? Ta' liema għaqda huma membri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sas-7 ta' Ottubru, 1999, kien hawn 32,152 persuna li għandhom liċenzja tal-kaċċa u 10,718 persuna li għandhom liċenzja għall-insib. Infurmat ukoll li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10078 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċa/Nsib — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet liċenzji/applikazzjonijiet ġodda għall-kaċċa u nsib il-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mill-1995, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Sena Kaċċa Insib ---- ----- ----- 1995 535 179 1996 567 113 1997 1,006 72 1998 516 51 1999 444 64 * Sas-6 ta` Ottubru 19.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #9736 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Persuni nieqsa fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema fid-dekasteru tiegħu nieqsa minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Min liema dipartimenti kienu dawk irrapportati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li b'effett mill-5 ta' Settembru 1998 in-numru ta' ħaddiema fit-Taqsima tax-Xogħlijiet li nstabu nieqsa minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom huwa ta' 55. Dawn kienu: Manufacturing and Servicing Department 4 Finance and Administration Department 2 Drainage Department 17 Construction and Maintenance Department 4 Central Districts Office 22 Maintenance of Roads Infrastructure 6 ---- TOTAL 55 ---- Fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent inqabdu ħdax-il ħaddiem nieqsa minn fuq il-post tax-xogħol u dawn kollha impjegati tas-Sezzjoni tal-Countryside.
Leg 9 PQ #9737 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq sal-lum il-ministeru u d-diversi dipartimenti li jaqgħu taħtu biex il-vejikoli tad-dipartiment jiġu rranġati ħali jkunu up to standard għal VRT?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma ntefqu l-ebda flus għall-vejikoli tal-Ministeru għall-Ambjent, id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet jew tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent partikolari biex dawn jiġu rranġati ħalli jkunu "up to standard" għal VRT. Tajjeb wieħed jgħid li l-vetturi jsirulhom it-tiswijiet meħtieġa skond il-bżonn li jinqala' minn żmien għal żmien biex jinżammu fi stat tajjeb.
Leg 9 PQ #9738 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Prezz tad-dawk u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk sarx xi eżerċizzju mill-WSC u mill-Enemalta biex jiġi stabbilit il-prezz ta' l-ilma u tad-dawl meta l-gvern ineħħi s-sussidju? Jekk iva, kemm huwa maħsub li jkun il-prezz il-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-uniku eżerċizzju dwar il-prezz ta' l-ilma u tad-dawl, li sar taħt din l-amministrazzjoni, kien dak li wassal għad-definizzjoni ta' tariffi ġodda li wasslu għar-roħs sinifikattiv fil-prezz ta' dawn is-servizzi. Mhux previst li, fil-futur qarib, ikun hemm tibdiliet oħra f'dawn it-tariffi. Il-mira attwali tal-Gvern hija li tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni kemm tal-ilma kif ukoll ta' l-elettriku sabiex eventwalment jispiċċa il-bżonn ta' kwalunkwe forma ta' sussidju ta' dawn is-servizzi, mill-gvern.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għajnuna li jgaħti il-gvern lil persuni eliġġibli, fuq il-kontijiet tad-dawl,ilma u t-telephone, jibqax jingħata jekk Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirx li hemm xi aspett ta' l-'acquis communautaire' ta' l-Unjoni Ewropea li ma jippermettux lill-Gvern li jkompli jipprovdi l-għajnuna msemmija mill-Onor. Membru jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni.
Leg 9 PQ #9740 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gwież

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gwież ta' l-għalf għall-annimali, u fish farms jogħliex jew jorħosx u jekk iva, b'kemm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz tal-ġwież u l-għalf għall-bhejjem u l-ħut ivarja skond is-swieq internazzjonali tal-ingredjenti. Malta tista' tinnegozja miżuri speċjali għall-provvista ta' dawn, iżjed w iżjed meta hija l-prattika fl-UE li fil-każ ta' gżejjer dawn jinagħtaw trattament speċjali mill-istess UE.
Leg 9 PQ #9741 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

UE — Sħubija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pazjenti barranin li jkunu fl-isptarijiet tagħna jingħatawx ukoll kura b'xejn bħal Maltin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, persuni li jkunu ċittadini ta' pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jahdmu f'Malta, ikollhom dritt għall-istess kura medika bla ħlas bħal ċittadini Maltin. Dan għaliex il-provedimenti ta' sigurta' soċjali dwar kura medika jibdew japplikaw ukoll għal dawn il-persuni. Persuni li jkunu f'Malta bhala viżitaturi temporanji, per eżempju turisti, ikunu koperti għal dawk is-servizzi mediċi bla ħlas li jkun lest li jhallas għalihom il-pajjiż tagħhom. Il-viżitatur temporanju irid ikollu permess bil-miktub mill-awtorita' ta' pajjiżu qabel jasal Malta, u Malta titħallas lura l-ispejjeż tas-servizz mediku li tkun tat lil dak iċ-ċitadin ta' l-Unjoni Ewropea. Dan kollu huwa bħalissa s-suġġett ta' dibattitu mqanqal fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wara sentenza tal-Qorti Ewropea fuq il-'Kohll and Decker cases' li fetħet beraħ il-kunċetti użati sa issa fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' moviment ħieles ta' pazjenti għall-kura fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea. Naturalment dan kollu japplika bl-istess mod għall-Maltin li jkunu jaħdmu f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.