Legislature:
Category:
Reset
Active:

SWDP — Viċi kap

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ġie appuntat l-viċi kap ta' l-SWDP? Saret sejħa għall-applikazzjonijiet u kemm applikaw persuni? X'kienu l-kondizzjonijiet li riedu jissodisfaw l-applikanti u min kien fuq il-bord ta' l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Deputat Kap ta' l-SWDP kien ġie 'designated' f'dik il-pożizzjoni minn fost l-impjegati ta' l-Aġenzija mill-Kap ta' l-SWDP fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti. Ma kienet saret l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet qabel ma saret dik il-ħatra.

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew written off karozzi sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġew written off karozzi mill-ewwel ta' Ottubru sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija kawża tal-VRT?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi li ġew skrappjati minn sidhom f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: Sena Numru ta' Vetturi 1995 1,761 1996 2,224 1997 2,480 1998 3,599 sa 30/09/99 2,485 Mill-1 ta' Ottubru 1999 sa llum ma ġiet skrappjata l-ebda vettura kawża tal-Vehicle Roadworthiness Test.

Vetturi — Test tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu vetturi għall-VRT sal-lum? Kemm weħlu mill-ewwel test u kemm weħlu anke mit-tieni test? X'kienet ir-raġuni għaliex weħlu f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għad m'għandux l-informazzjoni mitluba b`mod uffiċjali, madanakollu mill-informazzjoni miġbura jirriżulta li sa l-20 ta` Ottubru, 1999 telgħu madwar 3200 vettura għat-test li minnhom weħlu madwar 1000. Naħseb li l-Onor. Interpellant mhux qed jistenna li jkollu lista ta` 1000 vettura bin-numri tagħhom u r-raġuni għaliex weħlu.

VRT Test — Commercial vehicles

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu commercial vehicles mill-VRT mill-ewwel test u kemm anke mit-tieni? Għaliex weħlu f'kull każ u x'tip ta' vettura kienu f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għad m'għandux l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun tista` tingħata meta tkun għand id-Dipartiment.

VRT test — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal-gvern għall-VRT? Kemm weħħlu mill-ewwel test u kemm weħħlu anki mit-tieni? X'tip ta' vejikola kienet u ta' liema dipartiment tal-gvern kienu dawk li weħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għad m'għandux l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun tista tingħata meta tkun għand id-Dipartiment.

VRT test — Veijkoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu: (a) ambulanzi; (b) karozzi tal-pulizija; (ċ) fire engines; (d) karozzi tal-linja; (e) taxis; (f) hearses; (g) vejikoli ta' l-armata; u (h) minibuses għall-VRT? Kemm weħħlu mill-ewwel test u kemm anki mit-tieni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għad m'għandux l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun tista` tingħata meta tkun għand id-Dipartiment.

Ministeru tat-Trasport — Karozzi għal VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi: (a) tal-ministri, uffiċjali u assistenti/segretarji tagħhom; (b) karozzi impressed mal-gvern; (ċ) karozzi ta' segretarji permanenti uffiċjali; (d) karozzi ta' kapijiet ta' dipartimenti tal-gvern uffiċjali, għal VRT? Kemm weħlu mill-ewwel test? Kemm weħlu mit-tieni test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet għad m'għandux l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun tista` tingħata meta tkun għand id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #10091 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Serq ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin talli allegatament serqu jew abbużaw mid-dawl għad-dannu ta' l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Korporazzjoni Enemalta għaddiet lill-Pulizija 2322 każ ta' allegat serq elettriku. In-numru ta' każi kull sena kien hekk 1989 159 1990 106 1991 225 1992 158 1993 272 1994 369 1995 264 1996 227 1997 168 1998 184 1999 90 (sa Ġunju)
Leg 9 PQ #10092 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xiri ta' armi

Question

Billi f'ċerti ħwienet jistgħu jinstabu armi ta' kull tip u għamla u billi dawn għandhom aktar minn ħamsin sena u jissejħu antiques u għalhekk jistgħu jinxtraw liberalment, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw armi ta' dan it-tip sena b'sena f'dawn l-aħħar tliet snin? X'kienet isem ta' l-arma, x'tip hi, u liema sena ġiet manifatturata?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar l-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni preċedenti kienet iddeċidiet li l-armi kollha tan-nar manifatturati qabel l-1940 jiġu meqjusa bħala `antiques`. Ninsab infurmat illi n-numru ta` armi tal-kategorija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li nbiegħu fis-snin speċifikati minnu kien kif ġej : - Sena Numru ---- ----- 1997 62 1998 151 1999 (sal-10 ta` Ottubru) 193 It-tagħrif mitlub dwar dawn l-armi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.10.99
Leg 9 PQ #10093 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Importazzjoni ta' armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar illi ġew manifatturati aktar min 50 sena ilu u għalhekk jissejħu antiques, kull sena minn mindu bdiet isseħħ din il-konċessjoni? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ġew importati armi bl-isem ta' l-arma, x'tip ta' arma u l-year of manufacture?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika li ma tinżammx klassifikata separata ta' armi tan-nar taħt antikitajiet. It-tieni parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.

Pensjonijiet — Żieda fir-rata

Question

Billi dan l-aħħar tħabbar li anzjani residenti f'St Vincent de Paule se tiżdidilhom ir-rata mill-pensjoni tagħhom illi se jżomma l-gvern, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid din iż-żieda ta' 20% x'issarraf fi flus? Kemm inżammilhom flus żejda minn mindu bdiet topera din l-ordni u kemm kien in-numru t'anzjani nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ebda flus żejda ma nżammu mingħand l-anzjani f'San Vinċenz de Paule billi s'issa ebda żieda ta' 20% fir-rata tal-pensjoni għada ma seħħet.
Leg 9 PQ #10095 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' stupru lill-pulizija din is-sena u fejn allegatament ġraw dawn l-istupri? Kemm kellhom żmien dawk li allegatament ġew stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9683. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-etajiet kienu jvarjaw bejn il-15 u l-41 sena, u l-persuni kienu ta` nazzjonalita` Maltija, Svediża, Franċiża, Norveġiża, Ġermaniża u Ingliża. 25.10.99
Leg 9 PQ #10096 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħarba ta priġunier - Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija lestitx l-inkjesta li kellha ssir fuq il-ħarba tal-priġunier Azzabi? X'inhuma il-konklużjonijiet u jekk għandhiex x'informazzjoni dwar liema pajjiż qiegħed jekk irnexxielu jaħrab minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9873. 25.10.99
Leg 9 PQ #9704 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum? X'inhu r-rank tagħhom? Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom. Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża it-trade waqt xogħolu? Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum huwa kif gej: Rank Numru ta' Membri Warrant Officer I 5 Warrant Officer II 34 Staff Sergeant 53 Sergeant 95 Bombardier 174 Lance Bombardier 223 Gunner 619 TOTAL 1203 Uħud minn dawn għandhom aktar minn trade waħda. Tmienja u ħamsin persuna qed jagħmlu xogħol li mhux konness mat-trade/s tagħhom. Dan ġeneralment hu meħtieġ skond l-esiġenzi tas-Servizz. Normalment din is-sitwazzjoni tkun waħda temporanja, sakemm l-individwu kkonċernat jingħata taħrig f'dik it-trade li jkun meħtieg jaħdem biha. Min ikun qed jaħdem bit-trade, jieħu l-allowance dovuta għat-trade u l-kategorija li jkun ikkwalifikat fiha. Ma jingħata ebda ħlas lill-individwi b'rank ogħla minn dak ta' Staff Sergeant.

Djar — Kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji li għandhom housing soċjali jew ta' l-Awtorita' tad-Djar li kellhom il-kera riveduta din is-sena? Kemm hemm familji illi għolitilhom il-kera u b'kemm, u kemm hemm li tnaqqsitilhom u b'kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta definittiva tkun tista' tingħata iżjed il-quddiem. Sallum, nista' ngħid li r-reviżjoni tas-sussidju tal-kera ta' madwar 1,800 inkwilin li kien imisshom din is-sena għadha sejra għax hemm numru sostanzjali li għad ma bagħtux id-dokumenti meħtieġa.
Leg 9 PQ #10086 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-Qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika. 20.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10087 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda u/jew espandew din is-sena u kemm impjegaw nies dawk li fetħu u kemm impjegaw nies ġodda dawk li espandew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena seba` kumpaniji ġodda bdew l-operat tagħhom. Tnejn minn dawn il-kumpaniji assumew l-operat ta` kumpaniji oħra. Dawn is-seba` kumpaniji bejniethom jimpjegaw 209 persuni. Bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, 71 kumpanija żiedu n-numru ta` ħaddiema. It-total ta` ħaddiema ġodda f`dawn l-ażjendi kien ta` 464. Tajjeb jingħad ukoll li matul l-istess perijodu 132 ażjenda għamlu nvestiment ġdid f`impjant u makkinarju. Dan l-investiment kien jammonta għal Lm17,710,929.
Leg 9 PQ #10088 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Persuni taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni ta' taħt is-16-il sena din is-sena l-Qorti? X'allegatament għamlu dawn it-tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 125 persuna taħt is-16-il sena. Fost l-offiżi li dwarhom tressqu quddiem il-Qorti hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku, ksur ta` bon ordni, offiżi fuq il-persuna, kliem oxxen, insulti, dħul f`postijiet ta` divertiment u droga. 20.10.99 (p.m.)

Sigurta' Soċjali — Nies li ġew boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded-out mix-xogħol persuni minn Malta u minn Għawdex separatament, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kellhom żmien dawk li għaddew din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.

Servizzi Soċjali — Abbuż

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mid-dipartiment tas-servizzi soċjali illi abbużaw min xi forma ta' għajnuna mogħtija mid-dipartiment f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'ammont ta' flus igwadanjat kull persuna? X'servizz ġie abbużat u x'kien l-istatus tal-persuni in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jitħallsu 'l fuq minn tletin benefiċċju, f'Penzjonijiet, Benefiċċji, Assistenza u Allowances. Uħud minn dawn il-benefiċċji jitħallsu lil eluf ta' Maltin u Għawdxin, bi spiża rikorrenti li għal din is-sena hi stmata li ser tlaħħaq Lm180 miljun. L-Onor. Interpellant jifhem li mhux possibbli li tinżamm statistika li tkun tinkludi dik l-informazzjoni kif mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-għan li jonqos kemm jista' jkun dan it-tip ta' abbuż, din l-Amministrazzjoni approvat it-twaqqif ta' sezzjoni li ser ikollha l-kompitu li tagħmel investigazzjonijiet aktar fil-fond dwar l-għoti ta'benefiċċju. Minbarra r-riżorsi umani meħtieġa, din it-taqsima ser tkun mgħammra b'apparat modern meħtieġ biex jiġu faċilitati investigazzjonijiet b'forma aktar wiesgħa, u biex jiġi assigurat aktar ko-ordinazzjoni ma' Dipartimenti u Entitajiet oħra f'dan il-qasam.